30.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 265/78 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA — COM/AD/15/10 U COM/AD/16/10
(2010/C 265 A/08)
Interessat f'karriera mal-Istituzzjonijiet Ewropej?
Il-profil tiegħek jissodisfa l-kriterji tagħna?
Għalfejn ma tapplikax?
Agħti lilek innifsek ċans li tirnexxi.
Il-Kummissjoni Ewropea qed torganizza kompetizzjonijiet miftuħa, abbażi ta' kwalifikazzjonijiet u eżamijiet sabiex toħloq listi ta' riżerva minn fejn tappunta Amministraturi tar-Riċerka fil-grad AD6 u fil-grad AD7 (1).
COM/AD/15/10 — AMMINISTRATURI TAR-RIĊERKA (AD6)
COM/AD/16/10 — AMMINISTRATURI TAR-RIĊERKA (AD7)
fid-dominju li ġej:
TEKNOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI/INFORMAZZJONI
Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-istruzzjonijiet fil-gwida ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali C 184 A tat-8 ta' Lulju 2010 u fuq il-websajt tal-EPSO http://europa.eu/epso/apply/index_mt.htm
Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli tal-proċedura u kif għandek tapplika.
WERREJ
I. |
SFOND ĠENERALI |
II. |
DMIRIJIET |
III. |
ELIĠIBBILTÀ |
IV. |
AMMISSJONI FIL-KOMPETIZZJONIJIET U STEDINA FIĊ-ĊENTRU TAL-EVALWAZZJONI |
V. |
KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA |
VI. |
LISTI TA' RIŻERVA |
VII. |
KIF TAPPLIKA |
|
ANNESSI |
I. SFOND ĠENERALI
Qed jiġu organizzati żewġ kompetizzjonijiet miftuħa, waħda fil-grad ta' AD6 u l-oħra fil-grad ta' AD7, fid-dominju tat-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni/Informazzjoni sabiex jiġu appuntati rispettivament Amministraturi tar-Riċerka mal-Kummissjoni Ewropea, l-aktar fiċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC).
Il-JRC għandu l-missjoni li jipprovdi sostenn xjentifiku u tekniku, b'enfasi fuq il-konsumatur, għat-tnissil, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-UE. Bħala servizz tal-Kummissjoni Ewropea, il-JRC jiffunzjona bħala ċentru ta' referenza xjentifika u teknoloġika għall-Unjoni. F'livell qrib il-proċess tat-tfassil tal-politika, il-JRC jaqdi l-interess komuni tal-Istati Membri, filwaqt li huwa indipendenti minn interessi speċjali, kemm privati kif ukoll nazzjonali.
Dawn il-kompetizzjonijiet ser iservu biex jitħejjew listi ta' riżerva minn fejn jimtlew il-postijiet vakanti, l-aktar fl-Istituzzjonijiet differenti tal-JRC, u b'mod partikolari, fl-Istitut għall-Protezzjoni u s-Sigurtà taċ-Ċittadin (IPSC) f'Ispra, l-Italja.
L-għadd ta' kandidati li jgħaddu, skont il-kompetizzjoni u l-qasam kif ukoll indikazzjoni tal-post tax-xogħol huma elenkati hawn taħt:
|
Għadd ta' kandidati li jgħaddu skont il-kompetizzjoni |
|
|||||||||||||||||||||||||||||||
Dominju |
Oqsma |
AD6 |
AD7 |
Istituti/Lokalitajiet |
|||||||||||||||||||||||||||||
Teknoloġija tal-Komunikazzjoni/Informazzjoni |
1 |
Sigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni |
5 |
2 |
IPSC, Ispra (IT) |
||||||||||||||||||||||||||||
2 |
Estrazzjoni tal-Informazzjoni, Analiżi u Teknoloġiji tal-Internet |
5 |
2 |
IPSC, Ispra (IT) |
|||||||||||||||||||||||||||||
3 |
Teknoloġiji tal-Komunikazzjoni Bla Wajers |
5 |
2 |
IPSC, Ispra (IT) |
|||||||||||||||||||||||||||||
4 |
Sigurtà tan-Netwerks |
4 |
2 |
IPSC, Ispra (IT) |
|||||||||||||||||||||||||||||
Rimarki |
Fl-istess waqt il-Kummissjoni qiegħda tippubblika l-kompetizzjonijiet li ġejjin:
Jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha (ara t-titlu III), tista' tapplika kemm għall-kompetizzjoni AD6 kif ukoll għall-kompetizzjoni AD7 f'dominji differenti, iżda tista' tapplika għal qasam wieħed biss fl-istess dominju, inkella tiġi skwalifikat. Trid tagħmel l-għażla tiegħek meta tapplika onlajn u ma tkunx tista' tibdilha wara li tkun ikkonfermajt u bgħatt il-formola tal-applikazzjoni tiegħek onlajn. |
II. DMIRIJIET
Id-dmirijiet dettaljati għal kull qasam jinsabu fl-Annessi.
L-Amministraturi tar-Riċerka (AD6) ser iwettqu d-dmirijiet rilevanti bħala membri ta' tim tar-riċerka taħt is-superviżjoni ta' xjenzat superjuri.
L-Amministraturi tar-Riċerka (AD7) ser iwettqu d-dmirijiet rilevanti f'livell għoli, kemm individwalment kif ukoll bħala mexxejja ta' tim tar-riċerka.
III. ELIĠIBBILTÀ
, trid tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha li ġejjin:
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
|||||||||||
2.1 |
Kwalifiki akkademiċi: Ara l-punt 2 tal-Annessi |
||||||||||
2.2 |
Esperjenza professjonali: Ara l-punt 3 tal-Annessi |
||||||||||
2.3 |
Għarfien ta' lingwi: Irid ikollok lingwa prinċipali (lingwa 1) u lingwa oħra (lingwa 2) kif speċifikat hawn isfel. Trid tindika l-lingwi li tagħżel fil-formola tar-reġistrazzjoni onlajn. Ma tkunx tista' tibdel l-għażliet tiegħek wara l-validazzjoni finali tal-applikazzjoni. |
||||||||||
|
Lingwa prinċipali: Għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma dawn: |
||||||||||
BG (Bulgaru) CS (Ċek) DA (Daniż) DE (Ġermaniż) EL (Grieg) EN (Ingliż) ES (Spanjol) ET (Estonjan) |
FI (Finlandiż) FR (Franċiż) GA (Irlandiż) HU (Ungeriż) IT (Taljan) LT (Litwan) LV (Latvjan) MT (Malti) |
NL (Olandiż) PL (Pollakk) PT (Portugiż) RO (Rumen) SK (Slovakk) SL (Sloven) SV (Svediż) |
|||||||||
u |
|
||||||||||
|
It-tieni lingwa (trid tkun differenti mil-lingwa 1): Għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż, Franċiż jew Ġermaniż. |
IV. AMMISSJONI FIL-KOMPETIZZJONIJIET U STEDINA FIĊ-ĊENTRU TAL-EVALWAZZJONI
1. Ammissjoni fil-kompetizzjonijiet
Se jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi abbażi tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni onlajn, sabiex jiġu identifikati l-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-ammissjoni fil-kompetizzjonijiet.
2. Stedina fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni: Għażla abbażi tal-kwalifiki
Sabiex jintgħażlu l-kandidati li ser jiġu mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni, il-bord tal-għażla ser jagħżel skont il-kwalifiki, wara li jkun stabbilixxa l-kriterji li bihom ser jivvaluta l-kwalifiki. Din l-għażla ser issir abbażi tad-dikjarazzjonijet tal-kandidati li jkunu taw fl-applikazzjoni elettronika tagħhom. Il-bord tal-għażla ser jagħżel dawk il-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u li għandhom il-kwalifiki (speċjalment diplomi, pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati minn pari u esperjenza akkademika u/jew professjonali) li huma l-aktar rilevanti, f'termini ta' kwalità u livell, għat-tip ta' dmirijiet deskritti fl-avviż tal-kompetizzjoni (ara l-punt 4 tal-Annessi). Din l-għażla ser issir abbażi ta' skema ta' mmarkar stabbilita kif ġej:
a) |
Kull kriterju tal-għażla jiġi ppiżat minn 1 sa 3, skont kemm il-kriterju jitqies importanti mill-bord tal-għażla; |
b) |
Il-bord tal-għażla jagħti marka minn 1 sa 4 lil kull kriterju, skont il-kwalifiki tal-kandidat. |
Wara jistabbilixxi klassifika (2) tal-kandidati skont dawn il-marki.
L-għadd ta' kandidati mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni ma jistax ikun aktar mit-triplu (3) tal-għadd ta' kandidati li jikkwalifikaw kif indikat fit-taqsima I ta' dan l-avviż ta' kompetizzjoni u ser jiġi ppubblikat fil-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu).
3. Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati
Wara s-sessjoni fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni u fid-dawl tar-riżultati ta' din is-sessjoni, id-dikjarazzjonijiet li jkunu taw il-kandidati fl-applikazzjoni onlajn tal-kandidatura tagħhom se jiġu vverifikati mill-EPSO skont il-kundizzjonijiet ġenerali kif ukoll mill-bord tal-għażla skont il-kundizzjonijiet speċifiċi u l-kriterji tal-għażla. Jekk jirriżulta li d-dikjarazzjonijiet ma jkunux jaqblu mad-dokumenti ta' sostenn rilevanti, il-kandidati konċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni.
Il-verifika ssir, f'ordni ta' mertu mill-għola wieħed sal-anqas wieħed, għall-kandidati li jkunu ġabu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki aggregati fl-eżamijiet d), e) u f) taċ-ċentru tal-evalwazzjoni għall-kompetizzjoni AD6 u d), e), f) u g) għall-kompetizzjoni AD7 (ara t-taqsima V). Il-kandidati jridu wkoll ikunu ġabu l-minimu meħtieġ fit-testijiet tal-aptitudni a), b) u c) (ara t-taqsima V). Din il-verifika tibqa' ssir sakemm jintlaħaq l-għadd massimu ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-eliġibbiltà. Id-dokumenti ta' sostenn tal-kandidati li jikklassifikaw taħt dan il-limitu minimu mhux ser jiġu vverifikati.
V. KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA
|
Tiġi mistieden (4) fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni jekk tkun tagħmel parti mil-lista ta' kandidati li:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Tiġi mistieden tattendi f'ċentru tal-evalwazzjoni fi Brussell għall-eżamijiet. L-eżamijiet tal-kompetizzjonijiet AD6 u AD7 huma l-istess minbarra eżami supplimentari fis-sottodominju tal-kompetizzjoni AD7. L-immarkar tal-eżamijiet tar-raġunament u tal-eżamijiet tal-kompetenzi ġenerali u speċifiċi jiġi adattat skont il-livell tal-kompetizzjoni. Ser tiġi evalwat fuq il-Ħiliet tar-raġunament tiegħek abbażi tal-elementi li ġejjin (ara l-punt 4 tal-gwida għall-kompetizzjonijiet miftuħa u l-eżempji fil-websajt tal-EPSO (http://europa.eu/epso/apply/index_mt.htm)):
Ser tkun ivvalutat ukoll fuq il-Kompetenzi speċifiċi fil-qasam li tkun għażilt kif ukoll fuq il-Kompetenzi ġenerali li ġejjin:
Dettalji dwar dawn il-kompetenzi jinsabu fil-punt 1.2 tal-gwida għall-kompetizzjonijiet miftuħa. Il-kompetenzi speċifiċi u ġenerali jiġu eżaminati permezz ta':
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
Lingwa tal-eżamijiet |
Eżamijiet a) sa f) u, jekk applikabbli eżami g): lingwa 2 (Ġermaniż, Ingliż jew Franċiż) Eżami d): Matul dan l-eżami ser jiġi eżaminat ukoll l-għarfien tiegħek tal-lingwa 1 tiegħek (il-lingwa prinċipali) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Immarkar |
Ħiliet tar-raġunament
Trid iġġib il-marka li biha tgħaddi mill-eżamijiet a), b) u c) iżda dawn il-punti ma jingħaddux mar-riżultati tal-eżamijiet d), e), f) u jekk applikabbli, g). Kompetenzi speċifiċi Kemm għall-kompetizzjoni AD6 kif ukoll għal dik AD7, il-kompetenzi speċifiċi tiegħek fil-qasam magħżul, eżaminati f'd), e) u f) ser ikunu mmarkati b'punti minn 0 sa 100. Marka biex tgħaddi: 50 punt Għall-AD7 biss: il-kompetenzi speċifiċi tiegħek fil-qasam magħżul, eżaminati fl-eżami addizzjonali g) ser ikunu mmarkati b'punti minn 0 sa 30. Marka biex tgħaddi: 15-il punt Kompetenzi ġenerali Il-kompetenzi ġenerali totali tiegħek ser ikunu mmarkati b'punti minn 0 sa 80 Marka biex tgħaddi:
|
VI. LISTI TA' RIŻERVA
|
Il-bord tal-għażla ser jistabbilixxi lista ta' riżerva għal kull kompetizzjoni (lista waħda għall-AD6 u oħra għall-AD7) u jniżżel ismek fil-lista ta' riżerva AD6 u/jew AD7 (5) jekk tkun wieħed/waħda mill-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tat-taqsima V u tkun ġibt tal-anqas il-marki minimi fl-eżamijiet kollha kif ukoll waħda mill-aħjar marki fl-eżamijiet (d), (e), u (f) għall-kompetizzjoni AD6 u (d), (e), (f) u (g) għall-kompetizzjoni AD7 (ara t-taqsima V). L-għadd ta' kandidati li jikkwalifikaw skont il-kompetizzjoni u skont il-qasam huwa limitat għal dak li jidher fit-taqsima I, mingħajr preġudizzju għal żieda eventwali tal-għadd ta' kandidati li jikkwalifikaw fil-lista ta' riżerva AD6, li jkun daqs l-għadd ta' kandidati li jikkwalifikaw imniżżla kemm fil-lista ta' riżerva AD6 kif ukoll dik AD7 tal-istess qasam. Il-listi ta' riżerva ser jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2012. |
||
|
Il-listi ta' riżerva ser ikunu stabbiliti fi gruppi ta' mertu għal kull qasam. L-ismijiet tal-kandidati ser ikunu elenkati skont l-ordni alfabetiku fi ħdan kull grupp ta' mertu. |
||
|
Il-kandidati li jitniżżlu fil-lista/i ta' riżerva ser ikunu eliġibbli għal ħatra bħala Amministraturi tar-Riċerka mal-Kummissjoni Ewropea, l-aktar fis-siti tal-JRC, kif spjegat fit-taqsima I. Minħabba li s-siti tal-JRC mhumiex ċentralizzati iżda mxerrda madwar l-Ewropa (Ispra, Sivilja, Karlsruhe, Petten, Geel, Brussell), il-JRC huwa impenjat li jgħin lill-uffiċjali l-ġodda jintegraw aħjar professjonalment kif ukoll li jgħin lin-nisa/irġiel u l-familji tagħhom biex jintegraw aħjar fl-ambjent soċjali ġdid tagħhom. |
VII. KIF TAPPLIKA
|
Int għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO. Data ta' għeluq: l-4 ta' Novembru 2010 sa 12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell |
||
|
Jekk inti tkun wieħed mill-kandidati mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni, se tiġi mitlub tissottometti fajl komplut tal-applikazzjoni (formola tal-applikazzjoni onlajn iffirmata u dokumenti ta' sostenn). Data tal-għeluq: Id-data tal-għeluq se tkun ikkomunikata permezz tal-kont EPSO tiegħek. Proċedura: Ara l-punt 2.2 tal-gwida għall-kompetizzjonijiet miftuħa. |
(1) F'dan l-avviż kwalunkwe referenza għal persuna tas-sess maskil trid titqies li tirreferi wkoll għal persuna tas-sess femminil.
(2) Il-kandidati li ma jiġux mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni jkunu jistgħu jiksbu, fuq domanda fi żmien għaxart ijiem tal-kalendarju wara li jitħabbru r-riżultati, kopja tal-formola tal-evalwazzjoni tal-kwalifiki tagħhom mill-bord tal-għażla.
(3) Mingħajr preġudizzju għal żieda eventwali tal-għadd ta' kandidati mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni għall-kompetizzjoni AD6 li jkun daqs l-għadd ta' kandidati mistiedna għaż-żewġ kompetizzjonijiet AD6 u AD7 tal-istess qasam.
(4) Fil-każ li fl-aħħar post ikun hemm aktar minn kandidat wieħed li ġabu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jiġu mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni.
(5) Fil-każ li fl-aħħar post ikun hemm aktar minn kandidat wieħed li jġib l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta' riżerva.
ANNESS I
Qasam 1: Sigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni
1. Dmirijiet
Id-dmirijiet ser ikunu jinvolvu l-aktar:
— |
Żvilupp ta' softwer |
— |
Valutazzjoni tar-riskji |
— |
Mudellar u simulazzjoni fil-laboratorju |
— |
Preparazzjoni ta' pubblikazzjonijiet |
— |
Preżentazzjoni ta' riżultati waqt konferenzi, seminars u laqgħat |
2. Kwalifiki akkademiċi:
Diploma fix-xjenzi tal-kompjuter, il-matematika jew grad universitarju ieħor korrispondenti fil-livell li ġej:
AD6 Amministraturi tar-Riċerka:
(i) |
livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati ta' mill-anqas tliet snin u ċċertifikati b'diploma. |
AD7 Amministraturi tar-Riċerka:
(ii) |
livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar, jew |
(iii) |
livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma, fejn il-perjodu normali ta' edukazzjoni universitarja jkun ta' mill-anqas tliet snin u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-anqas sena fil-qasam magħżul. |
3. Esperjenza professjonali
AD6: |
esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (i) ta' mill-anqas tliet snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin. |
AD7: |
esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (ii) u 2. (iii) ta' mill-anqas sitt snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Dawn is-sitt snin ta' esperjenza professjonali jridu jkunu b'żieda mas-sena speċifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (iii). Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin. |
4. Għażla abbażi tal-kwalifiki
Waħda jew iżjed minn dawn l-esperjenzi, għarfien u ħiliet ikunu ta' vantaġġ:
a. |
Diploma addizzjonali fil-qasam |
b. |
Pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati minn pari |
c. |
Esperjenza akkademika u/jew professjonali fl-oqsma li ġejjin:
|
ANNESS II
Qasam 2: Estrazzjoni tal-Informazzjoni, Analiżi u Teknoloġiji tal-Internet
1. Dmirijiet
Id-dmirijiet ser ikunu jinvolvu l-aktar fi:
— |
Żvilupp ta' softwer |
— |
Valutazzjoni tar-riskji |
— |
Preparazzjoni ta' pubblikazzjonijiet |
— |
Preżentazzjoni ta' riżultati waqt konferenzi, seminars u laqgħat |
2. Kwalifiki akkademiċi:
Diploma fix-xjenzi tal-kompjuter, lingwistika komputazzjonali, statistika jew grad universitarju ieħor korrispondenti fil-livell li ġej:
AD6 Amministraturi tar-Riċerka:
(i) |
livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati ta' mill-anqas tliet snin u ċċertifikati b'diploma. |
AD7 Amministraturi tar-Riċerka:
(ii) |
livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar, jew |
(iii) |
livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma, fejn il-perjodu normali ta' edukazzjoni universitarja jkun ta' mill-anqas tliet snin u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-anqas sena fil-qasam magħżul. |
3. Esperjenza professjonali
AD6: |
esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (i) ta' mill-anqas tliet snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin. |
AD7: |
esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (ii) u 2. (iii) ta' mill-anqas sitt snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Dawn is-sitt snin ta' esperjenza professjonali jridu jkunu b'żieda mas-sena speċifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (iii). Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin. |
4. Għażla abbażi tal-kwalifiki
Waħda jew iżjed minn dawn l-esperjenzi, għarfien u ħiliet ikunu ta' vantaġġ:
a. |
Diploma addizzjonali fil-qasam |
b. |
Pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati minn pari |
c. |
Esperjenza akkademika u/jew professjonali fl-oqsma li ġejjin:
|
ANNESS III
Qasam 3: Teknoloġiji tal-Komunikazzjoni Bla Wajers
1. Dmirijiet
Id-dmirijiet ser ikunu jinvolvu l-aktar fi:
— |
Żvilupp ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi avvanzati |
— |
Valutazzjoni tar-riskji |
— |
Preparazzjoni ta' pubblikazzjonijiet |
— |
Preżentazzjoni ta' riżultati waqt konferenzi, seminars u laqgħat |
2. Kwalifiki akkademiċi:
Diploma fl-Inġinerija Elettronika/Elettrika/tat-Telekomunikazzjonijiet, Fiżika jew Matematika jew grad universitarju korrispondenti ieħor f'dan il-livell:
AD6 Amministraturi tar-Riċerka:
(i) |
livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati ta' mill-anqas tliet snin u ċċertifikati b'diploma. |
AD7 Amministraturi tar-Riċerka:
(ii) |
livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar, jew |
(iii) |
livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma, fejn il-perjodu normali ta' edukazzjoni universitarja jkun ta' mill-anqas tliet snin u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-anqas sena fil-qasam magħżul. |
3. Esperjenza professjonali
AD6: |
esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (i) ta' mill-anqas tliet snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin. |
AD7: |
esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (ii) u 2. (iii) ta' mill-anqas sitt snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Dawn is-sitt snin ta' esperjenza professjonali jridu jkunu b'żieda mas-sena speċifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (iii). Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin. |
4. Għażla abbażi tal-kwalifiki
Waħda jew iżjed minn dawn l-esperjenzi, għarfien u ħiliet ikunu ta' vantaġġ:
a. |
Diploma addizzjonali fil-qasam |
b. |
Pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati minn pari |
c. |
Esperjenza akkademika u/jew professjonali fl-oqsma li ġejjin:
|
ANNESS IV
Qasam 4: Sigurtà tan-Netwerks
1. Dmirijiet
Id-dmirijiet ser ikunu jinvolvu l-aktar fi:
— |
Żvilupp ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi avvanzati |
— |
Valutazzjoni tar-riskji |
— |
Preparazzjoni ta' pubblikazzjonijiet |
— |
Preżentazzjoni ta' riżultati waqt konferenzi, seminars u laqgħat |
2. Kwalifiki akkademiċi:
Diploma fix-xjenzi tal-kompjuter, l-inġinerija elettronika, dixxiplini oħra tal-inġinerija, il-matematika, il-fiżika jew grad universitarju korrispondenti ieħor f'dan il-livell: