30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 265/66


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA — COM/AD/13/10 U COM/AD/14/10

(2010/C 265 A/07)

Interessat f'karriera mal-Istituzzjonijiet Ewropej?

Il-profil tiegħek jissodisfa l-kriterji tagħna?

Għalfejn ma tapplikax?

Agħti lilek innifsek ċans li tirnexxi.

Il-Kummissjoni Ewropea qed torganizza kompetizzjonijiet miftuħa, abbażi ta' kwalifiki u eżamijiet sabiex toħloq listi ta' riżerva minn fejn tappunta Amministraturi tar-Riċerka fil-gradi AD6 u AD7 (1).

COM/AD/13/10 — AMMINISTRATURI TAR-RIĊERKA (AD6)

COM/AD/14/10 — AMMINISTRATURI TAR-RIĊERKA (AD7)

fid-dominju li ġej:

XJENZI TAL-ENERĠIJA

Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-istruzzjonijiet fil-gwida ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali C 184 A tat-8 ta' Lulju 2010 u fuq il-websajt tal-EPSO http://europa.eu/epso/apply/index_mt.htm

Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli tal-proċedura u kif għandek tapplika.

WERREJ

I.

SFOND ĠENERALI

II.

DMIRIJIET

III.

ELIĠIBBILTÀ

IV.

AMMISSJONI FIL-KOMPETIZZJONIJIET U STEDINA FIĊ-ĊENTRU TAL-EVALWAZZJONI

V.

KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA

VI.

LISTI TA' RIŻERVA

VII.

KIF TAPPLIKA

 

ANNESSI

I.   SFOND ĠENERALI

Qed jiġu organizzati żewġ kompetizzjonijiet miftuħa, waħda fil-grad AD6 u l-oħra fil-grad AD7, fid-dominju tax-Xjenzi tal-Enerġija sabiex jiġu appuntati rispettivament Amministraturi tar-Riċerka mal-Kummissjoni Ewropea, l-aktar fiċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC).

Il-JRC għandu l-missjoni li jipprovdi sostenn xjentifiku u tekniku, b'enfasi fuq il-konsumatur, għat-tnissil, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-UE. Bħala servizz tal-Kummissjoni Ewropea, il-JRC jiffunzjona bħala ċentru ta' referenza xjentifika u teknoloġika għall-Unjoni. F'livell qrib il-proċess tat-tfassil tal-politika, il-JRC jaqdi l-interess komuni tal-Istati Membri, filwaqt li huwa indipendenti minn interessi speċjali, kemm privati kif ukoll nazzjonali.

L-iskop ta' dawn il-kompetizzjonijiet huwa li jinħolqu listi ta' riżerva biex jimtlew il-postijiet vojta l-aktar fl-Istituti differenti tal-JRC, u b'mod iktar partikolari, fl-Istitut għall-Enerġija (IE) f'Petten, il-Pajjiżi l-Baxxi.

L-għadd ta' kandidati li jgħaddu, skont il-kompetizzjoni u l-qasam kif ukoll indikazzjoni tal-post tax-xogħol huma elenkati hawn taħt:

 

Għadd ta' kandidati li jgħaddu skont il-kompetizzjoni

 

Dominju

Oqsma

AD6

AD7

Istituti/Lokalitajiet

Xjenzi tal-enerġija

1

Teknoloġisti tal-Enerġija

5

2

IE, Petten (NL)

2

Speċjalisti tal-Immudellar u s-Sigurtà tas-Sistemi tal-Enerġija

5

2

IE, Petten (NL)

3

Inġiniera u Speċjalisti fis-Sikurezza tal-Enerġija

8

2

IE, Petten (NL)

4

Xjentisti tal-Materjal, il-Fiżika, il-Kimika u Inġiniera Strutturali

4

2

IE, Petten (NL)

Rimarki

Il-Kummissjoni sadattant se tippubblika l-kompetizzjonijiet f'dawn li ġejjin:

COM/AD/01/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD6) fil-kimika, il-bijoloġija u x-xjenzi tas-saħħa

COM/AD/02/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD7) fil-kimika, il-bijoloġija u x-xjenzi tas-saħħa

COM/AD/03/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD6) fil-fiżika

COM/AD/04/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD7) fil-fiżika

COM/AD/05/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD6) fil-mekkanika strutturali

COM/AD/06/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD7) fil-mekkanika strutturali

COM/AD/07/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD6) fl-analiżi kwantitattiva tal-politika

COM/AD/08/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD7) fl-analiżi kwantitattiva tal-politika

COM/AD/09/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD6) fix-xjenzi spazjali

COM/AD/10/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD7) fix-xjenzi spazjali

COM/AD/11/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD6) fix-xjenzi ambjentali

COM/AD/12/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD7) fix-xjenzi ambjentali

COM/AD/15/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD6) fit-teknoloġija tal-komunikazzjoni/informazzjoni

COM/AD/16/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD7) teknoloġija tal-komunikazzjoni/informazzjoni

Jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha (ara t-titlu III), tista' tapplika kemm għall-kompetizzjoni AD6 kif ukoll għall-kompetizzjoni AD7 f'dominji differenti, iżda tista' tapplika għal qasam wieħed biss fl-istess dominju, inkella tiġi skwalifikat. Trid tagħmel l-għażla tiegħek meta tapplika onlajn u ma tkunx tista' tibdilha wara li tkun ikkonfermajt u bgħatt il-formola tal-applikazzjoni tiegħek onlajn.

II.   DMIRIJIET

Id-dmirijiet dettaljati għal kull qasam jinsabu deskritti fl-Annessi.

L-Amministraturi tar-Riċerka (AD6) ser iwettqu d-dmirijiet rilevanti bħala membri ta' tim tar-riċerka taħt is-superviżjoni ta' xjenzat superjuri.

L-Amministraturi tar-Riċerka (AD7) ser iwettqu d-dmirijiet rilevanti f'livell għoli, kemm individwalment kif ukoll bħala mexxejja ta' tim xjentifiku.

III.   ELIĠIBBILTÀ

, trid tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha li ġejjin:

1.

Kundizzjonijiet ġenerali

a)

Trid tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

b)

Għandek tkun tista' tgawdi mid-drittijiet sħaħ tiegħek bħala ċittadin.

c)

Trid tkun issodisfajt kwalunkwe obbligu rilevanti ta' servizz militari.

d)

Trid tkun tissodisfa r-rekwiżiti b'rabta mal-karattru tiegħek meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet involuti.

2.

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kompetizzjonijiet

2.1

Kwalifiki akkademiċi:

Ara l-punt 2 tal-Annessi

2.2

Esperjenza professjonali:

Ara l-punt 3 tal-Annessi

2.3

Għarfien ta' lingwi:

Irid ikollok lingwa prinċipali (lingwa 1) u lingwa oħra (lingwa 2) kif speċifikat hawn isfel. Trid tindika l-lingwi li tagħżel fil-formola tar-reġistrazzjoni onlajn. Ma tkunx tista' tibdel l-għażliet tiegħek wara l-validazzjoni finali tal-applikazzjoni.

(a)

Lingwa 1

Lingwa prinċipali:

Għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma dawn:

BG (Bulgaru)

CS (Ċek)

DA (Daniż)

DE (Ġermaniż)

EL (Grieg)

EN (Ingliż)

ES (Spanjol)

ET (Estonjan)

FI (Finlandiż)

FR (Franċiż)

GA (Irlandiż)

HU (Ungeriż)

IT (Taljan)

LT (Litwan)

LV (Latvjan)

MT (Malti)

NL (Olandiż)

PL (Pollakk)

PT (Portugiż)

RO (Rumen)

SK (Slovakk)

SL (Sloven)

SV (Svediż)

u

 

(b)

Lingwa 2

It-tieni lingwa (trid tkun differenti mil-lingwa 1):

Għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż, Franċiż jew Ġermaniż.

IV.   AMMISSJONI FIL-KOMPETIZZJONIJIET U STEDINA FIĊ-ĊENTRU TAL-EVALWAZZJONI

1.   Ammissjoni fil-kompetizzjonijiet

Se jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi abbażi tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni onlajn, sabiex jiġu identifikati l-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-ammissjoni fil-kompetizzjonijiet.

2.   Stedina fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni: għażla abbażi tal-kwalifiki

Sabiex jintgħażlu l-kandidati li ser jiġu mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni, il-bord tal-għażla ser jagħżel skont il-kwalifiki, wara li jkun stabbilixxa l-kriterji li bihom ser jevalwa l-kwalifiki. Din l-għażla ser issir abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati fl-applikazzjoni onlajn tagħhom. Il-bord tal-għażla ser jagħżel dawk il-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u li għandhom il-kwalifiki (speċjalment diplomi, pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati minn pari u esperjenza akkademika u/jew professjonali) li huma l-aktar rilevanti, f'termini ta' kwalità u livell, għat-tip ta' dmirijiet deskritti fl-avviż tal-kompetizzjoni (ara l-punt 4 tal-Annessi). Din l-għażla ser issir abbażi ta' skema ta' mmarkar stabbilita kif ġej:

a)

kull kriterju tal-għażla jiġi ppiżat minn 1 sa 3, skont kemm il-kriterju jitqies importanti mill-bord tal-għażla;

b)

il-bord tal-għażla jagħti marka minn 1 sa 4 lil kull kriterju, skont il-kwalifiki tal-kandidat.

Wara jistabbilixxi klassifika (2) tal-kandidati skont dawn il-marki.

L-għadd ta' kandidati mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni ma jistax ikun aktar mit-triplu (3) tal-għadd ta' kandidati li jikkwalifikaw kif indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni u ser jiġi ppubblikat fil-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu).

3.   Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati

Wara s-sessjoni fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni u fid-dawl tar-riżultati ta' din is-sessjoni, id-dikjarazzjonijiet tal-kandidati fl-applikazzjoni onlajn tal-kandidatura tagħhom se jiġu vverifikati mill-EPSO skont il-kundizzjonijiet ġenerali kif ukoll mill-bord tal-għażla skont il-kundizzjonijiet speċifiċi u l-kriterji tal-għażla. Jekk jirriżulta li d-dikjarazzjonijiet ma jkunux jaqblu mad-dokumenti ta' sostenn rilevanti, il-kandidati konċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni.

Il-verifika ssir, f'ordni ta' mertu mill-ogħla wieħed sal-anqas wieħed, għall-kandidati li jkunu ġabu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki aggregati fl-eżamijiet d), e) u f) taċ-ċentru tal-evalwazzjoni għall-kompetizzjoni AD6 u d), e), f) u g) għall-kompetizzjoni AD7 (ara t-taqsima V). Il-kandidati jridu wkoll ikunu ġabu l-minimu meħtieġ fit-testijiet tal-aptitudni a), b) u c) (ara t-taqsima V). Din il-verifika tibqa' ssir sakemm jintlaħaq il-limitu ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-eliġibbiltà. Id-dokumenti ta' sostenn tal-kandidati li jikklassifikaw taħt dan il-limitu minimu mhux ser jiġu vverifikati.

V.   KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA

1.

Stedina fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni

Tiġi mistieden (4) fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni jekk tkun tagħmel parti mil-lista ta' kandidati li:

skont id-dikjarazzjonijiet fl-applikazzjoni elettronika tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tal-ammissjoni tat-taqsima III.

u

ikunu ġabu l-aħjar marki fl-għażla tal-kwalifiki (ara l-punt 2 tat-taqsima IV).

2.

Ċentru tal-evalwazzjoni

Tiġi mistieden tattendi f'ċentru tal-evalwazzjoni fi Brussell għall-eżamijiet.

L-eżamijiet tal-kompetizzjonijiet AD6 u AD7 huma l-istess minbarra eżami supplimentari fis-sottodominju tal-kompetizzjoni AD7. L-immarkar tal-eżamijiet tar-raġunament u tal-eżamijiet tal-kompetenzi ġenerali u speċifiċi jiġi adattat skont il-livell tal-kompetizzjoni.

Ser tiġi evalwat fuq il-Ħiliet tar-raġunament tiegħek abbażi tal-elementi li ġejjin (ara l-punt 4 tal-gwida għall-kompetizzjonijiet miftuħa u l-eżempji fil-websajt tal-EPSO (http://europa.eu/epso/apply/index_mt.htm)):

a)

Raġunament verbali

b)

Raġunament numeriku

c)

Raġunament astratt

Ser tkun ivvalutat ukoll fuq il-Kompetenzi speċifiċi fil-qasam li tkun għażilt kif ukoll fuq il-Kompetenzi ġenerali li ġejjin:

 

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

 

Komunikazzjoni

 

Prestazzjoni ta' kwalità kif ukoll ta' riżultati

 

Tagħlim u żvilupp

 

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

 

Reżiljenza

 

Ħidma mal-oħrajn

 

Tmexxija

Dettalji dwar dawn il-kompetenzi jinsabu fil-punt 1.2 tal-gwida għall-kompetizzjonijiet miftuħa.

Il-kompetenzi speċifiċi u ġenerali jiġu eżaminati permezz ta':

d)

Studju ta' każ bil-kitba fil-qasam magħżul

e)

Eżerċizzju fi grupp

f)

Intervista strutturata

g)

Għall-AD7 biss: eżami addizzjonali bil-kitba fil-qasam magħżul

Lingwa tal-eżamijiet

Eżamijiet a) sa f) u, jekk applikabbli eżami g): lingwa 2 (Ġermaniż, Ingliż jew Franċiż)

Eżami d): Matul dan l-eżami ser jiġi eżaminat ukoll l-għarfien tiegħek tal-lingwa 1 tiegħek (il-lingwa prinċipali)

Immarkar

Ħiliet tar-raġunament

a)

Raġunament verbali: immarkat minn 0-20 punti

b)

Raġunament numeriku: immarkat minn 0-10 punti

c)

Raġunament astratt: immarkat minn 0-10 punti

AD6:

Il-marki biex tgħaddi mill-eżamijiet a), b) u c) flimkien huma 20 punt

AD7:

Il-marka biex tgħaddi mill-eżami a) hija 10 punti

Il-marka biex tgħaddi mill-eżamijiet b) u c) flimkien hija 10 punti

Trid iġġib il-marka li biha tgħaddi mill-eżamijiet a), b) u c) iżda dawn il-punti ma jingħaddux mar-riżultati tal-eżamijiet d), e), f) u jekk applikabbli, g).

Kompetenzi speċifiċi

Kemm għall-kompetizzjoni AD6 kif ukoll għal dik AD7, il-kompetenzi speċifiċi tiegħek fil-qasam magħżul, eżaminati f'd), e) u f) ser ikunu mmarkati b'punti minn 0 sa 100.

Marka biex tgħaddi: 50 punt

Għall-AD7 biss: il-kompetenzi speċifiċi tiegħek fil-qasam magħżul, eżaminati fl-eżami addizzjonali g) ser ikunu mmarkati b'punti minn 0 sa 30.

Marka biex tgħaddi: 15-il punt

Kompetenzi ġenerali

Il-kompetenzi ġenerali totali tiegħek ser ikunu mmarkati b'punti minn 0 sa 80

Marka biex tgħaddi:

AD6:

40 punt għat-total tat-8 kompetenzi ġenerali.

AD7:

3 punti għal kull kompetenza ġenerali u 40 punt għat-total tat-8 kompetenzi ġenerali.

VI.   LISTI TA' RIŻERVA

1.

Kandidati li jiddaħħlu fil-lista ta' riżerva

Il-bord tal-għażla ser jistabbilixxi lista ta' riżerva għal kull kompetizzjoni (lista waħda għall-AD6 u oħra għall-AD7) u ser iniżżel l-ismijiet tal-kandidati fil-lista ta' riżerva AD6 u/jew AD7 (5) għall-kompetizzjonijiet, sakemm ikunu fost il-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tat-taqsima V, u li jkunu ġabu tal-anqas il-marki minimi fl-eżamijiet kollha kif ukoll waħda mill-aħjar marki fl-eżamijiet d), e), u f), tal-kompetizzjoni AD6 u d), e), f) u g) tal-kompetizzjoni AD7 (it-taqsima V). L-għadd ta' kandidati li jikkwalifikaw għal kull kompetizzjoni u għal kull qasam huwa limitat għal dak li jidher taħt it-taqsima I, mingħajr preġudizzju għaż-żieda eventwali tal-għadd ta' kandidati fil-lista ta' riżerva AD6 meta mqabbel mal-għadd ta' kandidati li jikkwalifikaw irreġistrati fil-lista ta' riżerva AD6 u AD7 tal-istess qasam.

Il-listi ta' riżerva ser jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2012.

2.

Klassifikazzjoni

Il-listi ta' riżerva ser ikunu stabbiliti skont grupp ta' mertu għal kull qasam. L-ismijiet tal-kandidati ser ikunu elenkati skont l-ordni alfabetika fi ħdan kull grupp ta' mertu.

3.

Post tal-ħatra

Il-kandidati li jitpoġġew fil-lista/i ta' riżerva ser ikunu eliġibbli għal ħatra bħala Amministraturi tar-Riċerka mal-Kummissjoni Ewropea, l-aktar fis-siti tal-JRC, kif spjegat fit-taqsima I.

Minħabba li s-siti tal-JRC mhumiex ċentralizzati iżda mxerrda madwar l-Ewropa (Ispra, Sivilja, Karlsruhe, Petten, Geel, Brussell), il-JRC huwa impenjat li jgħin lill-uffiċjali l-ġodda jintegraw aħjar professjonalment kif ukoll li jgħin lin-nisa/irġiel u l-familji tagħhom biex jintegraw aħjar fl-ambjent soċjali ġdid tagħhom.

VII.   KIF TAPPLIKA

1.

Applikazzjoni onlajn

Int għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO.

Data ta' għeluq: l-4 ta' Novembru 2010 sa 12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell

2.

Sottomissjoni tal-fajls tal-applikazzjoni

Jekk inti tkun wieħed mill-kandidati mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni, se tiġi mitlub tissottometti fajl komplut tal-applikazzjoni (formola tal-applikazzjoni onlajn iffirmata u dokumenti ta' sostenn).

Data tal-għeluq: Id-data tal-għeluq se tkun ikkomunikata permezz tal-kont EPSO tiegħek.

Proċedura: Ara l-punt 2.2 tal-gwida għall-kompetizzjonijiet miftuħa.


(1)  F'dan l-avviż kwalunkwe referenza għal persuna tas-sess maskil trid titqies ukoll li tagħmel referenza għal persuna tas-sess femminil.

(2)  Il-kandidati li ma jiġux mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni jkunu jistgħu jiksbu, fuq domanda fi żmien għaxart ijiem tal-kalendarju wara li jitħabbru r-riżultati, kopja tal-formola tal-evalwazzjoni tal-kwalifiki tagħhom mill-bord tal-għażla.

(3)  Mingħajr preġudizzju għal żieda eventwali tal-għadd ta' kandidati mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni għall-kompetizzjoni AD6 li jkun daqs l-għadd ta' kandidati mistiedna għaż-żewġ kompetizzjonijiet AD6 u AD7 tal-istess sottodominju.

(4)  Fil-każ li fl-aħħar post ikun hemm aktar minn kandidat wieħed li ġabu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jiġu mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni.

(5)  Fil-każ li fl-aħħar post ikun hemm aktar minn kandidat wieħed li jġib l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta' riżerva.


ANNESS I

Qasam 1: Teknoloġisti tal-Enerġija

1.   Dmirijiet (ara t-taqsima II tal-avviż tal-kompetizzjoni)

Id-dmirijiet ser ikunu jinvolvu l-aktar:

preparazzjoni ta' pubblikazzjonijiet

preparazzjoni ta' rapporti ta' politika

preżentazzjoni ta' riżultati waqt konferenzi, seminars u laqgħat

parteċipazzjoni f'netwerks internazzjonali xjentifiċi u tal-politika

2.   Kwalifiki akkademiċi:

Diploma fl-inġinerija mekkanika, kimika, industrijali jew tal-enerġija jew kwalunkwe grad universitarju ieħor korrispondenti fil-livell li ġej:

AD6 Amministraturi tar-Riċerka:

(i)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati ta' mill-anqas tliet snin u ċċertifikati b'diploma.

AD7 Amministraturi tar-Riċerka:

(ii)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar,

jew

(iii)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma, fejn il-perjodu normali ta' edukazzjoni universitarja jkun tal-anqas ta' tliet snin u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-anqas sena fil-qasam magħżul.

3.   Esperjenza professjonali

AD6:

esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa, skont kif imsemmi fil-punt 2. (i) ta' mill-anqas tliet snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

AD7:

esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa, skont kif imsemmi fil-punt 2. (ii) u 2. (iii) ta' mill-anqas sitt snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Dawn is-sitt snin ta' esperjenza professjonali jridu jkunu b'żieda mas-sena speċifika meħtieġa, skont kif imsemmi fil-punt 2. (iii). Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

4.   Għażla abbażi tal-kwalifiki (ara l-punt 2, it-taqsima IV tal-avviż tal-kompetizzjoni)

Waħda jew iżjed minn dawn l-esperjenzi, għarfien u ħiliet ikunu ta' vantaġġ:

a.

Diploma addizzjonali fil-qasam

b.

Pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati minn pari

c.

Esperjenza akkademika u/jew professjonali fl-oqsma li ġejjin:

teknoloġiji avvanzati ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tal-karburanti fossili (valutaazzjoni tal-prestazzjoni teknoekonomika u tal-potenzjal tal-iżvilupp tat-teknoloġija, l-impatt tal-iskjerament fuq il-miri tal-politika tal-enerġija u, il-ħidma esperimentali u tal-immudellar fuq aspetti teknoloġiċi magħżula)

teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli (valutazzjoni tal-prestazzjoni teknoekonomika u tal-potenzjal tal-iżvilupp tat-teknoloġija, l-impatt tal-iskjerament fuq il-miri tal-politika tal-enerġija, il-ħidma esperimentali u tal-immudellar fuq aspetti teknoloġiċi magħżula)

infrastruttura tal-enerġija (analiżi ta' limitazzjonijiet tekniċi u strutturali, ippjanar ta' tranżizzjoni)

mudellar ta' grids ta' distribuzzjoni u trażmissjoni tas-sistema tal-enerġija fuq skala pan-Ewropea; kemm għall-gass kif ukoll għall-elettriku; inklużi interazzjonijiet u effetti kaskata tal-grids tal-enerġija u l-implikazzjoni għal grids oħrajn

żvilupp ta' xenarji u konsegwenzi mudelli ta' interkonnetturi ġodda u l-integrazjoni ta' grids tal-enerġija ġodda, bħal grids intelliġenti u għażliet tal-ħżin tal-enerġija bl-għan li tittejjeb is-sigurtà tal-provvista

industrija tal-enerġija intensiva (analiżi tal-potenzjal tal-effiċjenza tal-enerġija, impatt tal-iskjerament fuq il-miri tal-politika tal-enerġija)

żvilupp ta' ħżin tal-enerġija u kunċetti ta' vektors tal-enerġija u l-integrazzjoni tagħhom fil-grids eżistenti

ħżin tal-enerġija (valutazzjoni tal-prestazzjoni teknoekonomika u tal-potenzjal tal-iżvilupp tat-teknoloġija, l-impatt tal-iskjerament fuq il-miri tal-politika tal-enerġija, il-ħidma esperimentali u tal-immudellar fuq aspetti teknoloġiċi magħżula)

raffinar tal-futur, billi jintużaw diversi sustanzi (fossili, bijomassa) biex jipproduċu firxa ta' prodotti tal-enerġija (sħana, elettriku, karburanti sintetiċi, kimiki)

il-ġbir, il-validazzjoni u l-analiżi tal-informazzjoni fuq it-teknoloġiji tal-enerġija

segwitu tal-iżviluppi fil-politika tat-teknoloġija tal-enerġija


ANNESS II

Qasam 2: Speċjalisti tal-Immudellar u s-Sigurtà tas-Sistemi tal-Enerġija

1.   Dmirijiet (ara t-taqsima II tal-avviż tal-kompetizzjoni)

Id-dmirijiet ser ikunu jinvolvu l-aktar fi:

preparazzjoni ta' pubblikazzjonijiet

preparazzjoni ta' rapporti ta' politika

preżentazzjoni ta' riżultati waqt konferenzi, seminars u laqgħat

parteċipazzjoni f'netwerks internazzjonali xjentifiċi u tal-politika

2.   Kwalifiki akkademiċi:

Diploma fl-inġinerija jew l-ekonomija, jew grad universitarju ieħor korrispondenti fil-livell li ġej:

AD6 Amministraturi tar-Riċerka:

(i)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati ta' mill-anqas tliet snin u ċċertifikati b'diploma.

AD7 Amministraturi tar-Riċerka:

(ii)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar,

jew

(iii)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma, fejn il-perjodu normali ta' edukazzjoni universitarja jkun tal-anqas ta' tliet snin u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-anqas sena fil-qasam magħżul.

3.   Esperjenza professjonali

AD6:

esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa, skont kif imsemmi fil-punt 2. (i) ta' mill-anqas tliet snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

AD7:

esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa, skont kif imsemmi fil-punt 2. (ii) u 2. (iii) ta' mill-anqas sitt snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Dawn is-sitt snin ta' esperjenza professjonali jridu jkunu b'żieda mas-sena speċifika meħtieġa, skont kif imsemmi fil-punt 2. (iii). Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

4.   Għażla abbażi tal-kwalifiki (ara l-punt 2 fit-taqsima IV tal-avviż tal-kompetizzjoni)

Waħda jew iżjed minn dawn l-esperjenzi, għarfien u ħiliet ikunu ta' vantaġġ:

a.

Diploma addizzjonali fil-qasam

b.

Pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati minn pari

c.

Esperjenza akkademika u/jew professjonali fl-oqsma li ġejjin:

it-tnissil, id-disinn u l-implimentazzjoni tal-politiki biex tittejjeb l-integrazzjoni tat-teknoloġiji tal-enerġija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju fis-swieq tal-enerġija u s-sigurtà tal-enerġija u l-internalizzazzjoni tal-għanijiet tal-politika tal-UE fis-setturi li jagħmlu użu intensiv mill-karbonju, it-teknoloġiji u/jew it-trasportaturi tal-enerġija

l-evoluzzjoni tas-sistema tal-enerġija Ewropea, it-taħlita tat-teknoloġija tal-enerġija, is-sigurtà tal-enerġija, l-infrastrutturi tal-enerġija u s-setturi li jagħmlu użu intensiv mill-karbonju skont oqfsa ta' politika differenti

l-impatt tal-iskjerament ta' teknoloġiji tal-enerġija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju fis-sistema tal-enerġija Ewropea u/jew setturi speċifiċi fil-miri tal-politika tal-enerġija u l-klima tal-UE kif ukoll fis-sigurtà tal-enerġija tal-provvista

l-ippjanar ta' transizzjoni tal-iskjerament ta' teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u infrastrutturi tal-enerġija ta' appoġġ fil-kuntest tad-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija Ewropea

l-immudellar ekonomettriku tal-impatt tal-iskjerament ta' għażliet ġodda ta' teknoloġiji tal-enerġija u l-impatt tagħhom fuq il-miri tal-politika tal-enerġija, tas-sigurtà tal-enerġija u tal-klima tal-Ewropa

l-iżvilupp, l-użu u l-manutenzjoni ta' mudelli ta' ekwilibriju parzjali tas-sistemi u s-setturi tal-enerġija, kif ukoll sistemi ta' informazzjoni ġeografika multireġjonali, u multiperjodika (GIS) u mudelli ta' pprogrammazzjoni lineari tat-teknoloġija tal-enerġija u t-tkabbir tal-kapaċità tal-infrastruttura

l-immudellar ta' distribuzzjoni tas-sistema tal-enerġija u l-grids tat-trasmissjoni fuq skala pan-Ewropea, inklużi l-effetti kaskata tal-grids tal-enerġija u l-implikazzjoni ta' grids oħra

l-iżvilupp ta' xenarji u mudelli ta' integrazzjoni ta' grids tal-enerġija ġodda, bħall-grids intelliġenti u l-għażliet tal-ħżin tal-enerġija bl-għan li tittejjeb is-sigurtà tal-provvista

l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' bażi tad-dejta li tinkludi mudelli tat-teknoloġija tal-enerġija

il-ġbir, il-validazzjoni u l-analiżi tal-informazzjoni fuq it-teknoloġiji tal-enerġija


ANNESS III

Qasam 3: Inġiniera u Speċjalisti fis-Sikurezza tal-Enerġija

1.   Dmirijiet (ara t-taqsima II tal-avviż tal-kompetizzjoni)

Id-dmirijiet ser ikunu jinvolvu l-aktar:

preparazzjoni ta' pubblikazzjonijiet

preparazzjoni ta' rapporti ta' politika

evalwazzjoni tas-sikurezza tal-enerġija

preżentazzjoni ta' riżultati waqt konferenzi, seminars u laqgħat

parteċipazzjoni f'netwerks internazzjonali xjentifiċi u tal-politika

2.   Kwalifiki akkademiċi:

Diploma fl-inġinerija, fil-fiżika, jew grad universitarju ieħor korrispondenti fil-livell li ġej:

AD6 Amministraturi tar-Riċerka:

(i)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati ta' mill-anqas tliet snin u ċċertifikati b'diploma.

AD7 Amministraturi tar-Riċerka:

(ii)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar,

jew

(iii)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma, fejn il-perjodu normali ta' edukazzjoni universitarja jkun tal-anqas ta' tliet snin u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-anqas sena fil-qasam magħżul.

3.   Esperjenza professjonali

AD6:

esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa, skont kif imsemmi fil-punt 2. (i) ta' mill-anqas tliet snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

AD7:

esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa, skont kif imsemmi fil-punt 2. (ii) u 2. (iii) ta' mill-anqas sitt snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Dawn is-sitt snin ta' esperjenza professjonali jridu jkunu b'żieda mas-sena speċifika meħtieġa, skont kif imsemmi fil-punt 2. (iii). Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

4.   Għażla abbażi tal-kwalifiki (ara l-punt 2, it-taqsima IV tal-avviż tal-kompetizzjoni)

Waħda jew iżjed minn dawn l-esperjenzi, għarfien u ħiliet ikunu ta' vantaġġ:

a.

Diploma addizzjonali fil-qasam

b.

Pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati minn pari

c.

Esperjenza akkademika u/jew professjonali fl-oqsma li ġejjin:

l-aħjar użu tal-operat tal-impjanti tal-enerġija ta' bħalissa — ġestjoni effettiva tat-titjib tas-sikurezza tal-impjanti tal-enerġija, spezzjoni u eżaminar tas-servizz, manutenzjoni, operat li qed jiqdiem u fuq tul ta' żmien twil, ġestjoni ta' ħajjet l-impjant

ir-rispons tal-esperjenza tal-operat tal-impjant tal-enerġija

l-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-impjant tal-enerġija — metodi ta' evalwazzjoni tas-sikurezza deterministiċi u probabilistiċi

il-ġestjoni operattiva tal-impjanti tal-enerġija — fatturi ta' organizzazzjoni u fatturi umani — kultura ta' sikurezza

disinji ta' sistemi avvanzati/innovattivi ta' impjanti tal-enerġija — studju tal-fattibbiltà' evalwazzjoni tal-iżvilupp u s-sikurezza ta' karburanti differenti, kunċetti u disinji tal-impjanti tal-enerġija

l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet innovattivi ta' impjanti, li jmorru lil hinn mill-produzzjoni tal-elettriku — forniment tas-sħana tal-proċess għal proċessi industrijali li jikkunsmaw l-enerġija f'temperaturi għoljin; il-produzzjoni ta' karburanti alternattivi għat-trasport (idroġenu u bijokarburanti)

it-tnissil, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni Ewropea dwar is-sikurezza tal-impjanti tal-enerġija

simulazzjoni u mmudellar numeriċi


ANNESS IV

Qasam 4: Xjentisti tal-Materjal, il-Fiżika, il-Kimika u Inġiniera Strutturali

1.   Dmirijiet (ara t-taqsima II tal-avviż tal-kompetizzjoni)

Id-dmirijiet ser ikunu jinvolvu l-aktar:

preparazzjoni ta' pubblikazzjonijiet

preparazzjoni ta' rapporti ta' politika

evalwazzjoni tas-sikurezza tal-enerġija

preżentazzjoni ta' riżultati waqt konferenzi, seminars u laqgħat

parteċipazzjoni f'netwerks internazzjonali xjentifiċi u tal-politika

2.   Kwalifiki akkademiċi:

Diploma fil-kimika, fil-fiżika, jew fl-inġinerija jew grad universitarju ieħor korrispondenti fil-livell li ġej:

AD6 Amministraturi tar-Riċerka:

(i)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati ta' mill-anqas tliet snin u ċċertifikati b'diploma.

AD7 Amministraturi tar-Riċerka:

(ii)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar,

jew

(iii)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma, fejn il-perjodu normali ta' edukazzjoni universitarja jkun tal-anqas ta' tliet snin u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-anqas sena fil-qasam magħżul.

3.   Esperjenza professjonali

AD6:

esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa, skont kif imsemmi fil-punt 2. (i) ta' mill-anqas tliet snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

AD7:

esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa, skont kif imsemmi fil-punt 2. (ii) u 2. (iii) ta' mill-anqas sitt snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Dawn is-sitt snin ta' esperjenza professjonali jridu jkunu b'żieda mas-sena speċifika meħtieġa, skont kif imsemmi fil-punt 2. (iii) Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

4.   Għażla abbażi tal-kwalifiki (ara l-punt 2, it-taqsima IV tal-avviż tal-kompetizzjoni)

Waħda jew iżjed minn dawn l-esperjenzi, għarfien u ħiliet ikunu ta' vantaġġ:

a.

Diploma addizzjonali fil-qasam

b.

Pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati minn pari

c.

Esperjenza akkademika u/jew professjonali fl-oqsma li ġejjin:

xjenza tal-materja applikata għal sistemi innovattivi ta' impjanti tal-enerġija: valutazzjoni tal-materjali strutturali, li jinkludu l-pajpijiet/ġonot/welding u sistemi miksija, fir-rigward tal-proprjetajiet termomekkaniċi, tar-reżistenza għall-korrużjoni u tad-dgħufija tal-materjali li tkun riżultat ta' irradjazzjoni u ta' fatturi ambjentali

standards u kodiċi tal-prestazzjoni tal-materjal: l-iżvilupp u l-armonizzazzjoni ta' kodiċi ta' prattika għal kampjuni avvanzati termomekkaniċi mhux standard u żgħar, eżaminar ambjentali u armonizzazzjoni ta' tekniki ta' eżaminar distruttivi u mhux distruttivi

metodi avvanzati ta' evalwazzjoni u definizzjoni armonizzata ta' proprjetajiet karatteristiċi ta' materjal

valutazzjoni strutturali tal-prestazzjoni tal-materjali taħt kundizzjonijiet operattivi u inċidentali transitorji

immudellar imsejjes fiżikament u validazzjoni esperimentali tal-prestazzjoni tal-materjali u diversi interazzjonijiet ta' ħsara

analiżi ta' teknoloġiji innovattivi tal-enerġija permezz tal-immudellar u s-simulazzjoni