30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5934 – Veolia Water UK and Veolia Voda/Subsidiaries of United Utilities Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 265/10

1.

Fit-23 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Veolia Water UK Plc (“VWUK”, ir-Renju Unit) u Veolia Voda SA (“VV”, ir-Repubblika Ċeka), it-tnejn li huma finalment ikkontrollati minn Veolia Environment SA (“VE”, Franza), jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' ċerti negozji ta' United Utilities Group PLC (“in-Negozju fil-Mira”, ir-Renju Unit) fir-Renju Unit, permezz ta' xiri tal-ishma Barra minn hekk, VE Group se jakkwista pussess ta' ishma tan-Negozju fil-Mira f'konċessjonijiet ta' tħaddim tal-ilma fil-Bulgarija, l-Estonja u l-Polonja.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal VWUK: provvistà ta' servizzi tal-ilma b'kuntratti minn barra u tal-ġestjoni tad-drenaġġ għal kumpaniji u konsumaturi industrijali tal-ilma rregolat u d-drenaġġ fir-Renju Unit u l-Irlanda,

għal VV: provvistà ta' infrastrutturi u servizzi tal-ilma u d-drenaġġ fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant,

għal VE group: provvistà ta’ sevizzi ta’ ġestjoni tal-ambjent,

għan-Negozju fil-Mira: provvistà ta' servizzi tal-ilma b'kuntratti minn barra u tal-ġestjoni tad-drenaġġ għal kumpaniji u konsumaturi industrijali tal-ilma rregolat u d-drenaġġ fir-Renju Unit u l-konnessjonijiet fir-Renju Unit. Fil-Bulgarija, l-Polonja u l-Estonja, hi għandha interessi f'kumpaniji li jħaddmu konċessjonijiet għall-provvistà muniċipali tal-ilma u l-infrastruttura tad-drenaġġ u s-servizzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5934 – Veolia Water UK and Veolia Voda/Subsidiaries of United Utilities Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).