25.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/2 |
Ħatra ta’ Mħallef li jissostitwixxi l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bħala Mħallef għal miżuri provviżorji
2010/C 260/02
Fit-8 ta’ Settembru 2010, skont l-Artikolu 103(2) tar-Regoli tal-Proċedura, it-Tribunal għas Servizz Pubbliku ddeċieda li, għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011, l-Imħallef H. TAGARAS, President tat-Tieni Awla, ser jissostitwixxi l President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-każ ta’ assenza jew impediment bħala Mħallef għal miżuri provviżorji.