11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5890 – Heinzel/Europapier)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 245/05

1.

Fit-2 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Heinzel Holding GmbH (“Heinzel”, l-Awstrija) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Europapier AG (“Europapier”, l-Awstrija) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Heinzel: Heinzel tipproduċi polpa, u sa ċertu punt, “kraft paper” fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u kif ukoll kumpanija għal kummerċ globali għall-polpa u tipi differenti ta' karta,

għal Europapier: Europapier tikkummerċja l-karti fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u fir-Russja. Lill-klijenti tagħha toffri firxa vasta ta' karti grafiċi, karti standards u karti kreattivi, karti għall-uffiċċju u soluzzjonnijiet għall-ippakkjar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5890 – Heinzel/Europapier, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).