19.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5911 – TenneT/Elia/Gasunie/APX-Endex)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 224/04

1.

Fil-11 ta’ Awwissu 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi TenneT (“TenneT”, il-Pajjiżi l-Baxxi), Gasunie (“Gasunie”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Elia (“Elia”, il-Belġju) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' APX (“APX”, il-Pajjiżi l-Baxxi), li bħalissa hija kkontrollata b'mod konġunt minn TenneT u Gasunie, wara l-akkwist tal-ishma kollha minn APX f'Belpex (“Belpex”, il-Belġju) li bħalissa hija kkontrollata minn Elia.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

APX hija kambju tal-enerġija li joffri pjattaforma ta’ negozjar u servizzi relatati man-negozjar tal-enerġija, kemm għall-enerġija spot (elettriku) kif ukoll tal-gass fil-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit u l-Belġju,

Belpex topera kambju tal-enerġija li joffri pjattaforma ta' negozjar u servizzi relatati man-negozjar tal-elettriku fil-Belġju,

TenneT, entità kkontrollata mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi (Ministeru tal-Finanzi), hija primarjament attiva bħala operatur ta' sistema ta' trażmissjoni tan-netwerks ta' trażmissjoni ta' elettriku b'vultaġġ għoli u għoli ħafna fil-Pajjiżi l-Baxxi u ta' waħda mill-erba' netwerks ta' trażmissjoni tal-elettriku fil-Ġermanja (Transpower),

Elia hija primarjament attiva bħala operatur ta' sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku fil-Belġju u tikkontrolla b'mod konġunt waħda mill-erba' netwerks ta' trażmissjoni tal-elettriku fil-Ġermanja (50Hertz),

Gasunie, entità kkontrollata mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi (Ministeru tal-Finanzi), hija l-operatur ta' sistema ta' waħda mill-ikbar netwerks tal-gass fl-Ewropa, li tinkludi pajpijiet u stallazzjonijiet konnessi fil-Pajjiżi l-Baxxi u fit-Tramuntana tal-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5911 – TenneT/Elia/Gasunie/APX-Endex, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).