|
5.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 212/3 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni
2010/C 212/03
Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' EUR 2 maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinni l-ġodda kollha tal-muniti tal-euro bil-ħsieb li tinforma lill-partijiet kollha kkonċernati mitluba li jużaw il-muniti f’xogħolhom kif ukoll biex tinforma lill-pubbliku b'mod ġenerali (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jiġu sodisfati ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li dawn ikunu biss muniti ta' EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom jippreżenta disinn kommemorattiv simboliku qawwi fuq livell nazzjonali jew Ewropew.
Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: L-Istat tal-Belt tal-Vatikan.
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: is-Sena għall-Patrijiet
Id-deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti ta' ġewwa tal-munita turi ragħaj li qiegħed joħroġ ħaruf minn ħalq iljun. Żewġ skrizzjonijiet huma mnaqqxa madwar id-disinn: il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita “CITTA' DEL VATICANO” fin-naħa ta' fuq u s-suġġett tal-kommemorazzjoni “ANNO SACERDOTALE” taħtha. Is-sena “2010” tidher fuq in-naħa tax-xellug tad-disinn, il-marka taz-zekka “R” fin-naħa t'isfel u l-isem tal-artist “VEROI” fuq il-lemin.
Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Il-kwantità ta’ muniti li għandhom jinħarġu:
Id-data tal-ħruġ: it-12 ta' Ottubru 2010
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-Linji Gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).