29.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/12


Sejħa għall-Proposti – EAC/41/10

Netwerk tal-Politiki Ewropej dwar il-Kompetenzi Ewlenin fl-Edukazzjoni Skolastika

2010/C 205/08

1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

Din is-Sejħa għall-Proposti se ssostni l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja. Hija sejra tagħmel dan billi tindirizza b’mod partikolari l-kwistjonijiet imqajma mill-Komunikazzjoni tal-2009 “Kompetenzi Ewlenin għal Dinja li qiegħda Tinbidel” li tqies is-sitwazzjoni tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni, u tissuġġerixxi oqsma għal xogħol addizzjonali.

2.   L-applikanti eliġibbli

Din is-Sejħa għall-Proposti hija miftuħa għall-organizzazzjonijiet indipendenti pubbliċi jew privati b’personalità legali li għandhom uffiċċju rreġistrat f’wieħed mill-pajjiżi li qegħdin jieħdu sehem fil-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja.

3.   Baġit u tul ta' żmien

Il-Qafas ta' Ftehim ser idum erba’ snin; mill-2011-2014. Twarrab baġit ta’ EUR 500 000 għall-2011.

4.   Data tal-għeluq

15 ta' Ottubru 2010

5.   Aktar Tagħrif

It-test sħiħ tas-Sejħa għall-Proposti u l-formoli tal-applikazzjoni huma disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fil-websajt li ġejja:

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/calls/grants_en.html

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-test sħiħ u għandhom jitressqu permezz tal-formola pprovduta.