22.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5935 – VION/Weyl)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 200/06

1.

Fil-15 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi VION Enschede B.V., Premium Fleischspezialitäten GmbH u VION Buchloe GmbH, proprjetà ta' VION Food Group (flimkien “VION”, il-Pajjiżi l-Baxxi), akkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-assi kollha tal-impriża Weyl Beef Products B.V. (“Weyl”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u ċerti assi mill-kumpaniji li jagħmlu parti mill-grupp ta' kumpaniji tagħha, permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

VION: kumpanija internazzjonali tal-ikel attiva fix-xiri u l-qatla tal-bhejjem; il-produzzjoni u l- bejgħ ta’ prodotti magħmulin mil-laħam u prodotti tal-ikel ta’ konvenjenza ġejjin minnu u ingredjenti,

Weyl: kumpanija internazzjonali li tipproċessa l-laħam taċ-ċanga u tal-vitella.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5935 – VION/Weyl, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).