|
22.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/8 |
Sejħa għal proposti – EACEA/22/10 għall-implimentazzjoni ta’ Erasmus Mundus 2009-2013
Azzjoni 2 – Sħubiji
2010/C 200/04
Din is-Sejħa għal proposti tapplika għall-kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla Ewropej u ta’ pajjiżi terzi mir-Reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran (l-Eġittu, l-Israel u t-Territorju Palestinjan okkupat), ir-Repubbliki tal-Asja Ċentrali u l-Balkani tal-Punent (Azzjoni 2 Faxxa 1)
GĦANIJIET TAL-PROGRAMM
L-għan ġenerali tal-programm Erasmus Mundus huwa li jippromwovi l-edukazzjoni ogħla Ewropea, li jgħin fit-titjib u fit-tisħiħ tal-prospetti tal-karriera tal-istudenti u li jippromwovi l-fehim interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, skont l-għanijiet tal-politika barranija tal-UE sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostennibbli ta’ pajjiżi terzi fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla.
L-għanijiet speċifiċi tal-programm huma:
|
— |
li jippromwovi kooperazzjoni strutturata bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u joffri kwalità mtejba fl-edukazzjoni ogħla b’valur miżjud Ewropew distint, attraenti kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll ’il hinn mill-fruntieri tagħha, bil-ħsieb li jinħolqu ċentri ta’ eċċellenza, |
|
— |
li jikkontribwixxi għall-arrikkiment reċiproku ta’ soċjetajiet permezz tal-iżvilupp tal-kwalifiki ta’ nisa/rġiel sabiex ikollhom ħiliet xierqa, b’mod partikolari fir-rigward tas-suq tax-xogħol, u jkunu moħħhom miftuħ u b’esperjenza internazzjonali permezz tal-promozzjoni tal-mobilità għall-iktar studenti u akkademiċi ta’ talent minn pajjiżi terzi sabiex jiksbu kwalifiki u/jew esperjenza fl-Unjoni Ewropea u għall-aktar studenti u akkademiċi Ewropej ta’ talent lejn pajjiżi terzi, |
|
— |
li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-riżorsi umani u għall-kapaċità tal-kooperazzjoni internazzjonali ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla f’pajjiżi terzi permezz ta’ żieda fil-flussi tal-mobilità bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi, |
|
— |
li jtejjeb l-aċċessibiltà u t-titjib tal-profil u l-viżibbiltà tal-edukazzjoni ogħla Ewropea fid-dinja kif ukoll l-attrattiva tagħha għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi u għaċ-ċittadini tal-Unjoni. |
Il-Gwida għall-Programm ta’ Erasmus Mundus u l-formoli ta’ applikazzjoni rilevanti huma disponibbli fl-indirizz li ġej: http://eacea.ec.europa.eu/erasmus_mundus/funding/higher_education_institutions_en.php
AZZJONI 2 – SĦUBIJI TA’ ERASMUS MUNDUS
Din l-azzjoni għandha l-għan li żżid il-kooperazzjoni strutturata bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla ta’ pajjiżi Ewropej u ta’ pajjiżi terzi permezz tal-promozzjoni tal-mobilità ta’ kull livell ta’ studju għal studenti (li qed jistudjaw għall-ewwel degree tagħhom u fil-livell ta’ masters), kandidati dottorali, riċerkaturi, personal akkademiku u amministrattiv (mhux ir-reġjuni u l-lottijiet kollha jistgħu jinkludu l-flussi tal-mobilità kollha).
Azzjoni 2 – Sħubiji ta’ Erasmus Mundus (EMA2) huma maqsumin f’żewġ faxex:
|
— |
Azzjoni 2 tal-Erasmus Mundus – FAXXA 1 – Sħubiji ma’ pajjiżi koperti bl-istrumenti ENPI, DCI, EDF u IPA (1) (ex Tieqa ta’ Kooperazzjoni Esterna) |
|
— |
Azzjoni 2 tal-Erasmus Mundus – FAXXA 2 – Sħubiji ma’ pajjiżi u territorji koperti bl-Istrument ta’ Pajjiżi Industrijalizzati (ICI) |
1. Parteċipanti eliġibbli, Pajjiżi u Kompożizzjoni tas-Sħubija
Il-kondizzjonijiet applikabbli għall-parteċipanti eliġibbli u għall-kompożizzjoni tal-isħubiji għal EMA2–FAXXA 1 huma speċifikati fil-Gwida tal-Programm skont is-sezzjoni 6.1.2.a u fil-Linji gwida għas-Sejħa għal proposti EACEA/22/10 skont is-sezzjonijiet 5.2, 5.3.
2. Attivitajiet eliġibbli
Attivitajiet eleġibbli għal EMA2–STRAND 1 huma speċifikati fil-“Gwida għall-Programm ta’ Erasmus Mundus 2009-2013” skont is-sezzjoni 6.1.2.b u fil-“Linji gwida għas-Sejħa għal proposti EACEA/22/10” skont is-sezzjoni 5.3.
It-tul ippjanat tal-proġett huwa speċifikament indikat fil-opportunità ġeografiċi individwali / lott u ma jistax jaqbez 48 xahar.
L-attivitajiet eliġibbli, inklużi l-attivitajiet preparatorji, jistgħu jibdew mit-30 Novembru 2010.
3. Kriterji ta’ aġġudikazzjoni
L-applikazzjonijiet sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji ta’ aġġudikazzjoni li ġejjin:
|
Kriterji |
Piż |
||
|
25 % |
||
|
65 % |
||
|
20 % |
||
|
25 % |
||
|
20 % |
||
|
10 % |
||
|
Total |
100 % |
4. Baġit
L-ammont globali disponibbli taħt din is-Sejħa għal proposti huwa ta’ EUR 15 200 000 miljun, li timmira għal fluss minimu fil-mobilità ta’ 653 individwu.
5. Skadenza għas-sottomissjonijiet
L-iskadenza għas-sottomissjoni għall-Azzjoni 2 ta’ Erasmus Mundus –Sħubiji hija l-15 ta’ Ottubru 2010.
L-applikazzjoni għall-għotja għandha tintbagħat permezz ta’ ittra reġistrata fl-indirizz li ġej:
|
‘Education, Audiovisual and Culture’ Executive Agency |
|
Call for proposals EACEA/22/10 — Action 2 |
|
Att. Mr Joachim Fronia |
|
BOUR 02/29 |
|
Avenue du Bourget 1 |
|
1040 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
L-applikazzjonijiet li jiġu sottomessi sal-iskadenza u skont ir-rekwiżiti speċifikati fil-formoli ta’ applikazzjoni rilevanti biss sejrin jiġu aċċettati. Applikazzjonijiet sottomessi permezz ta’ feks jew b’e-mejl biss mhumiex sejrin jiġu aċċettati.
Meta applikant jibgħat diversi applikazzjonijiet differenti, kull waħda għandha tintbagħat f’envelop separat.
ENPI– Strument Ewropew tal-Viċinat u ta’ Sħubija
DCI– Strument ta’ Kooperazzjoni ta’ Żvilupp
IPA– Strument ta’ Assistenza għal Qabel l-Adeżjoni
EDF– Il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp (EDF) huwa l-istrument ewlieni għall-għoti ta’ għajnuna Komunitarja għall-kooperazzjoni ta’ żvilupp skont il-Ftehim ta’ Kotonù: “il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati tal-Afrika, Karibew u Paċifiku minn naħa u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra”.