20.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/10


Sejħiet għal proposti mill-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS skont il-programm ta' ħidma “Kooperazzjoni” tas-Seba' Programm Kwadru tal-KE għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2010/C 196/05

B’dan qed tingħata notifika tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti mill-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS skont il-programm ta’ ħidma “Kooperazzjoni” tas-Seba' Programm Kwadru tal-KE għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013).

Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja.

Il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni”:

—   Tema: It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika)

—   Subtema: Appoġġ għas-Sistema Ewropea tan-Navigazzjoni Globali bis-Satelliti (Galileo) u EGNOS

—   Identifikazzjoni tas-Sejħa: FP7-GALILEO-2011-GSA-1-a & FP7-GALILEO-2011-GSA-1-b

Din is-sejħa għal proposti għandha x’taqsam mal-programm ta’ ħidma adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4900 tad-19 ta’ Lulju 2010.

Informazzjoni dwar il-baġit , l-iskadenzi u l-modalitajiet, tas-sejħ, il-programm ta' ħidma, deskrizzjoni tas-suġġetti u l-gwida għall-applikanti dwar kif jippreżentaw proposti huma disponibbli fis-sit eletroniku tal-CORDIS.

http://cordis.europa.eu/fp7/dc/index.cfm