17.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5910 – Martank/MTTI/VTTI)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 194/05

1.

Fit-12 ta’ Lulju 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Martank B.V. (“Martank”, il-Pajjiżi l-Baxxi), li hi kkontrollata kollha kemm hi minn Vitol Holding B.V. (“Vitol”, il-Pajjiżi l-Baxxi), u MTTI SDN. BHD. (“MTTI”, il-Malasja), ikkontrollata indirettament minn Petroliam nasional Berhad (“Petronas”, il-Malasja) permezz ta' MISC Berhad (“MISC”, il-Malasja), jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' VTTI B.V. (“VTTI”, il-Pajjiżi l-Baxxi) kumpanija magħmula minn impriża konġunta, permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Vitol: kummerċ taż-żejt u tal-gass, attivitajiet ta' esplorazzjoni u produzzjoni fis-settur taż-żejt u tal-gass, inter alia,

għal MISC: pussess u tħaddim ta' vapuri u faċilitajiet li jżommu f'wiċċ l-ilma barra mix-xtut kif ukoll koverżjoni u inġinerija relatata mal-baħar u xogħlijiet ta' kostruzzjoni,

għal Petronas: attivitajiet differenti fis-settur taż-żejt u tal-gass.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5910 – Martank/MTTI/VTTI, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).