16.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/8


MINUTI TAS-SEDUTA TAL-ĦAMIS, L-1 TA’ APRIL 2010

(2010/C 193/04)

(Is-seduta nfetħet fid-9.05 am)

JIPPRESIEDI: is-Sur MILUPI

Ko-President

Il-Ko-President Milupi avża s-sostituzzjoni tal-Ko-President Michel mis-Sur Arif.

1.   Approvazzjoni tal-minuti tal-laqgħa tal-Erbgħa 31 ta’ Marzu 2010, filgħodu u waranofsinhar

Il-minuti ġew approvati.

2.   Rapporti sommarji mill-workshops u Dibattitu dwar il-Migrazzjoni

Ir-rapporti segwenti mill-workshops kienu ppreżentati:

Is-Sur Jo Leinen dwar l-enerġija rinnovabli u l-provvista tal-ilma

Is-Sur Glen Benedict Noel (Grenada) dwar it-turiżmu sostenibbli

Is-Sra Mariya Nedelcheva dwar il-migrazzjoni fir-reġjun

Il-preżentazzjoni ta’ dan il-workshop kienet segwita minn dibattitu dwar il-proċedura “catch the eye”.

Kelliema: Gahler, Mato Adrover, Ponga, Assarid Imbarcaouane (Mali), Guerrero Salom, William (is-Seychelles), Jensen, Hamatoukour (il-Kamerun), Zimmer u Ould Guelaye (il-Mawritanja).

Ir-rapporteur ikkonkluda d-dibattitu.

3.   Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet inklużi fir-rapporti sottomessi mill-kumitati permanenti

Il-Ko-President fakkar lill-Assemblea dwar il-proċeduri tal-votazzjoni.

L-impatt finanzjajru u ekonomiku tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi tal-AKP

Rapport mis-Sur Buti Manamela (Afrika t’Isfel) u Frank Engel

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u n-Negozju (AKP-UE/100.642)

Tintalab votazzjoni maqsuma dwar il-Premessa A mill-gruppi tal-PPE u l-ALDE u l-premessa ġiet adottata.

Kienet ippreżentata emenda orali mis-Sur Manamela (Afrika t’Isfel) għall-emenda 1 u l-emenda ġiet adottata.

Intalbet votazzjoni separata dwar l-Artikoli 10, 13 u 16 u kienu kollha miċħuda.

Ir-riżoluzzjoni emendata kienet adottata.

L-impatt Soċjali tal-kriżi globali

Rapport mis-Sur Hlophe (Sważiland) u s-Sur López Aguilar

Il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent (AKP-UE/100.640)

Intalbet votazzjoni maqsuma dwar il-paragrafu 6 mill-grupp S&D u l-paragrafu ġie adottat.

Kienet ippreżentata emenda orali mis-Sur Schnellhardt biex jiżdied paragrafu ġdid, 19a, u ġiet miċħuda.

Ir-riżoluzzjoni emendata kienet adottata.

4.   Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet urġenti għal riżoluzzjoni

Mozzjoni urġenti għal riżoluzzjoni dwar ir-rikostruzzjoni u r-rijabilitazzjoni ta’ wara d-diżastru fil-Ħaiti, u l-konnessjoni bejn il-faqar u d-diżastri naturali (AKP-UE/100.726/comp)

Tliet emendi orali kienu ppreżentati mis-Sur Assarid Imbarcaouane (Mali) għal inċiż 4, paragrafu 2b u paragrafu 2c rispettivament u ġew adottati.

Ir-riżoluzzjoni emendata kienet adottata unanimament.

Mozzjoni urġenti għal riżoluzzjoni dwar l-appoġġ għall-konsolidazzjoni tal-paċi fis-Sudan tan-Nofsinhar (AKP-UE/100.725)

Kienet ippreżentata emenda orali mis-Sur Mugambe (l-Uganda) għall-Premessa B u ġiet adottata.

Kienet ippreżentata emenda orali mis-Sur Gahler għall-Premessa E u ġiet adottata.

Ir-riżoluzzjoni emendata kienet adottata unanimament.

5.   Votazzjoni dwar l-abbozz ta’ konklużjonijiet dwar id-Dokumenti ta’ Strateġija Reġjonali

Il-konklużjonijiet dwar id-Dokumenti ta’ Strateġija Reġjonali ġew adottati b’akklamazzjoni.

6.   Dikjarazzjoni

Id-dikjarazzjoni dwar il-Ftehima dwar il-banana bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-impatt tagħha fuq il-produtturi tal-banana tal-AKP u tal-UE ġiet adottata b’akklamazzjoni.

Il-Ko-President avża li d-dikjarazzjoni dwar ir-reġjuni l-aktar imbiegħda, li d-deċiżjoni dwarha ttieħdet waqt il-laqgħa tal-Bureau tal-Ħadd 29 ta’ Marzu 2010, ma kinetx se ssir votazzjoni dwarha ladarba l-membri AKP tal-Bureau ħtieġu aktar konsultazzjoni mal-konsulenti u l-kostitwenzi tagħhom.

7.   Kwistjonijiet varji

Is-Sur William (is-Seychelles) tkellem dwar il-Ħames Laqgħa Reġjonali li jmiss fis-Seychelles f’Lulju 2010.

Is-Sinjura Malahoo Forte (il-Ġamajka) tkellmet dwar l-organizzazzjoni tal-Assemblea. Il-Ko-President Milupi, il-Ko-President Arif fil-kariga u s-Sur Assarid Imbarcaouane (Mali) wieġbu.

8.   Id-data u l-post tal-Għoxrin Sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-AKP u l-UE

L-għoxrin sessjoni tal-AKP se ssir bejn it-2 u l-5 ta’ Diċembru 2010 f’Kinshasa (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo).

(Is-seduta ngħalqet fil-10.45 a.m.)

Charles MILUPI u

Kader ARIF (aġent)

Ko-Presidenti

Mohamed Ibn CHAMBAS u

Luis Marco AGUIRIANO NALDA

Ko-Segretarji-Ġenerali


ANNESS I

LISTA ALFABETIKA TAL-MEMBRI TAL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA

Rappreżentanti tal-AKP

Rappreżentanti tal-PE

MILUPI (ŻAMBJA), Ko-President

MICHEL, Ko-President

BOTSWANA (VP)

ARIF (VP)

BURUNDI (VP)

ŠŤASTNÝ (VP)

KAMERUN (VP)

HOARAU (VP)

KONGO (Repubblika tal-) (VP)

KLASS (VP)

IL-GŻEJJER COOK (VP)

NICHOLSON (VP)

GUJANA (VP)

McAVAN (VP)

LESOTO (VP)

RONZULLI (VP)

LIBERJA (VP)

GOERENS (VP)

MALI (VP)

SCOTTA’ (VP)

SAN VINĊENZ U L-GRENADINI

ROITHOVÁ (VP)

TANZANIJA (VP)

OUZKÝ (VP)

TUVALU (VP)

RIVASI (VP)

ANGOLA

ALFONSI

ANTIGWA U BARBUDA

ALVES

BAĦAMAS

BAUER

BARBADOS

BEARDER

BELIZE

BOVÉ

BENIN

BULLMANN

BURKINA FASO

CALLANAN

KAP VERDE

CARVALHO

IR-REPUBBLIKA AFRIKANA ĊENTRALI

CASA

ĊAD

CASINI

KOMOROS

CASPARY

KONGO (Repubblika Demokratika tal-)

CASTEX

CÔTE D’IVOIRE

Christensen

ĠIBUTI

COELHO

DOMINIKA

DE KEYSER

IR-REPUBBLIKA DOMINIKANA

DELVAUX

GINEA EKWATORJALI

DE MITA

ERITREA

DE SARNEZ

ETJOPJA

DURANT

FIĠI

ENGEL

GABON

ESTARÀS FERRAGUT

GAMBJA

FERREIRA, Elisa

GANA

FERREIRA, João

GRENADA

FORD

GINEA

GAHLER

GINEA-BISSAU

GRIESBECK

ĦAITI

GUERRERO SALOM

ĠAMAJKA

HALL

KENJA

HÄNDEL

KIRIBATI

HANNAN

MADAGASKAR

HAUG

MALAWI

JADOT

IL-GŻEJJER MARSHALL (Repubblika tal-)

JENSEN

MAWRITANJA

JOLY

MAWRIZJU

KACZMAREK

MIKRONESJA (Stati Federali ta')

KORHOLA

MOŻAMBIK

KUHN

NAMIBJA

LEGUTKO

NAURU (Repubblika ta')

LE PEN

NIĠER

LÓPEZ AGUILAR

NIĠERJA

McMILLAN-SCOTT

NIUE

MANDERS

PALAW

MARTIN

PAPWA GINEA ĠDIDA

MARTÍNEZ MARTÍNEZ

RWANDA

MATO ADROVER

SAINT KITTS U NEVIS

MAYER

SANTA LUĊIJA

MITCHELL

SAMOA

MOREIRA

SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE

NEDELCHEVA

SENEGAL

NEUSER

SEYCHELLES

ROSSI

SJERRA LEONE

SCHLYTER

IL-GŻEJJER SOLOMON

SCHMIDT

SOMALJA

SCHNELLHARDT

L-AFRIKA T'ISFEL

SCICLUNA

SUDAN

SENYSZYN

SURINAM

SPERONI

SWAŻILAND

STRIFFLER

TIMOR-LESTE

STURDY

TOGO

TIROLIEN

TONGA

TOIA

TRINIDAD U TOBAGO

VLASÁK

UGANDA

WIELAND

VANWATU

ZANICCHI

ŻIMBABWE

ZIMMER


KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET POLITIĊI

Membri tal-AKP

Membri tal-PE

SAN VINĊENZ U L-GRENADINI, Ko-President

CASA, Ko-President

PAPALII (SAMOA), VC

KORHOLA, VC

DAYORI (BENIN), VC

CASTEX, VC

ANTIGWA U BARBUDA

ALFONSI

IR-REPUBBLIKA AFRIKANA ĊENTRALI

CALLANAN

IBOVI (KONGO, Repubblika ta')

CASINI

AMON-AGO (COTE D'IVOIRE)

DE KEYSER

ĠIBUTI

DE MITA

TOGA (ETJOPJA)

DURANT

SINGH (FIJI)

FERREIRA, Elisa

ROGOMBE (GABON)

GAHLER

GINEA

GRIESBECK

RAMOTAR (GUJANA)

HANNAN

BEAUPLAN (ĦAITI)

HÄNDEL

TIHELI (LESOTO)

KACZMAREK

MOSES (LIBERJA)

LE PEN

NORBERT-RICHARD (MADAGASKAR)

MANDERS

ASSARID IMBARCAOUANE (MALI)

MARTÍNEZ MARTÍNEZ

NAMBALU (NAMIBJA)

MOREIRA

NAURU

NICHOLSON

NIUE

ROITHOVÁ

PAPWA GINEA ĠDIDA

SCOTTA’

HAMDI-H-OSMAN (SUDAN)

SCHMIDT

Van GENDEREN (SURINAM)

SPERONI

KLASSOU (TOGO)

STRIFFLER

HLONGWANE (ŻIMBABWE)

WIELAND


KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU, IL-FINANZI U N-NEGOZJU

Membri tal-AKP

Membri tal-PE

KUTEKALA KAAWA (KONGO, Repubblika Demokratika tal-), Ko-President

CARVALHO, Ko-President

MUGAMBE (UGANDA), VC

LEGUTKO, VC

BUNDU (SIERRA LEONE), VC

ALVES, VC

PINTO (ANGOLA)

ARIF

BAĦAMAS

BOVÉ

BELIZE

BULLMANN

IL-GŻEJJER COOK

CASPARY

MALABO (GINEA EKWATORJALI)

ENGEL

KASSA TEKLE (ERITREA)

FORD

FUSEINI (GANA)

GOERENS

MALAHOO FORTE (ĠAMAJKA)

GUERRERO SALOM

AIPIRA (MALAWI)

HOARAU

OULD GUELAYE (MAWRITANJA)

JENSEN

DEERPALSING (MAWRIZJU)

KUHN

ABDULLAHI (NIĠERJA)

MARTIN

PALAU

MATO ADROVER

POLISI (RWANDA)

MAYER

SAN-KITTS-U-NEVIS

McMILLAN-SCOTT

JEAN-MARIE (SANTA-LUĊIJA)

MICHEL

SAO TOME U PRINCIPE

MITCHELL

SALL (SENEGAL)

SCHLYTER

WILLIAM (SEYCHELLES)

ŠŤASTNÝ

MANAMELA (AFRIKA T’ISFEL)

SCICLUNA

VAIPULU (TONGA)

STURDY

TUVALU

TIROLIEN

MWANSA (ŻAMBJA)

ZANICCHI


KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET SOĊJALI U L-AMBJENT

Membri tal-AKP

Membri tal-PE

SITHOLE (MOŻAMBIK), Ko-President

RIVASI, Ko-President

KENYA, VC

BAUER, VC

NOEL (GRENADA), VC

NEDELCHEVA, VC

BRATHWAITE (BARBADOS )

BEARDER

MOTLHALE(BOTSWANA)

CHRISTENSEN

TAPSOBA(BURKINA FASO)

COELHO

MANIRAKIZA (BURUNDI)

DELVAUX

HAMATOUKOUR (KAMERUN)

DE SARNEZ

ALMADA (KAP VERDE)

ESTARAS FERRAGUT

DARBO(ĊAD)

FERREIRA, João

KOMOROS

HALL

DOMINIKA

HAUG

JIMÉNEZ (REPUBBLIKA DOMINIKANA)

JADOT

BALDEH (GAMBJA)

JOLY

GINEA BISSAW

KLASS (VP)

KIRIBATI

LÓPEZ AGUILAR

IL-GŻEJJER MARSHALL

McAVAN

MIKRONESJA (Stati Federali ta')

NEUSER

NIĠER

OUZKÝ

IL-GŻEJJER SOLOMON

RONZULLI

SOMALJA

ROSSI

HLOPE (SWAŻILAND)

SCHNELLHARDT

MPOROGOMYI(TANZANIJA)

SENYSZYN

TIMOR LESTE

TOIA

TRINIDAD U TOBAGO

VLASÁK

TOSUL (VANWATU)

ZIMMER


ANNESS II

REKORD TA’ ATTENDENZA GĦAS-SESSJONI TA’ BEJN ID-29 TA’ MARZU U L-1 TA’ APRIL F’TENERIFE (SPANJA)

MILUPI (Żambja), Ko-President

MICHEL, Ko-President (2)  (3)  (4)

PINTO (Angola)

BRATHWAITE (Barbados)

FERNANDEZ (Beliże)

DAYORI (Benin)

MOTLHALE (Botswana) (VP)

TAPSOBA (Burkina Faso)

MANIRAKIZA (Burundi) (VP)

HAMATOUKOUR (Kamerun) (VP)

ALMADA (Kap Verde)

DARBO (Ċad)

IBOVI (Kongo, Repubblika tal-) (VP)

KUTEKALA KAAWA (Kongo, Repubblika Demokratika tal-)

AMON-AGO (Côte d'Ivoire)

SOUBANE (Ġibuti)

JIMÉNEZ (Repubblika Dominikana)

SERICHE DOUGAN (Ginea Ekwatorjali)

NAIB (Eritrea)

TOGA (Etjopja)

ROGOMBE (Gabon)

BALDEH (Gambja)

KUMI (Gana) (1)

NOEL (Grenada)

RAMOTAR (Gujana) (VP)

BEAUPLAN (Ħaiti)

MALAHOO FORTE (Ġamajka) )

KEMBI-GITURA (Kenja) (1)

TIHELI (Lesoto) (1) (VP)

KOLLIE (Liberja) (VP)

AIPIRA (Malawi)

ASSARID IMBARCAOUANE(Mali) (VP)

OULD GUELAYE (Mawritanja)

DEERPALSING (Mawrizju)

SITHOLE (Możambik)

NAMBAHU (Namibja)

ABDULLAHI (Niġerja)

POLISI (RWANDA)

JEAN MARIE (Santa Luċija)

STRAKER (San Vinċenz u l-Grenadini) (VP)

PAPALII (Samoa)

SALL (Senegal)

WILLIAM (Seychelles)

BUNDU (Sierra Leone)

MA'AHANUA (Gżejjer Solomon) (1)

AWALE (Somalja)

MANAMELA (Afrika t'Isfel)

TAHA (Sudan) (1)

Van GENDEREN (Surinam) (1)

HLOPHE (Sważiland)

MPOROGOMYI (Tanzanija) (VP)

KLASSOU (Togo)

VAIPULU (Tonga)

NELESONE (Tuvalu) (VP)

MUGAMBE (Uganda)

TOSUL (Vanwatu)

MWANSA (Żambja)

HLONGWANE (Żimbabwe)

ALFONSI

ARIF (VP) (2)  (4)  (5)

AYLWARD (għal BEARDER)

BAUER

BULLMANN

CALLANAN

CARVALHO

CASTEX

CHRISTENSEN

CZARNECKI (għal FORD)

DE SARNEZ (2)  (3)  (4)

DURANT

ENGEL

ESTARAS FERRAGUT

GAHLER

GERINGER DE OEDENBERG (għal MOREIRA)

GOEBBELS (għal DE KEYSER)

GOMES (għal FERREIRA, Elisa) (2)  (3)

GUERRERO SALOM

GURMAI (għal TOIA)

HALL (2)  (3)  (4)

HÄNDEL

HAUG

HIGGINS (għal KUHN)

HOARAU (VP)

JENSEN

KACZMAREK

KLASS (VP)

KORHOLA

LEGUTKO

LEINEN (għal ALVES)

LISEK (għal DELVAUX)

LULLING (għal STRIFFLER)

MANDERS

MARTIN

MARTÍNEZ MARTÍNEZ

MATO ADROVER (3)  (4)  (5)

MITCHELL

NEDELCHEVA

NEUSER

NICHOLSON (VP)

OUZKÝ (VP) (3)  (4)  (5)

PONGA (għal CASPARY)

PREDA (għal COELHO)

RINALDI (għal GOERENS) (4)

RIVASI (VP) (3)  (4)  (5)

ROITHOVÁ (VP)

RONZULLI (VP)

SARGENTINI (għal SCHLYTER) (2)  (3)  (4)

SCHMIDT

SCHNELLHARDT

SCICLUNA

SENYSZYN

SPERONI

ŠŤASTNÝ (VP)

STURDY

TIROLIEN

WIELAND

WŁOSOWICZ (għal HANNAN)

ZANICCHI

ZIMMER

ZWIEFKA (għal CASA) (3)  (4)  (5)

OSSERVATURI:

KUBA

MARICHAL

MADAGASKAR

NORBERT RICHARD (1)

NIĠER

GOUKOYE (1)

Preżenti wkoll:

ANGOLA

ALEXANDRE

KABANGU

MENDES DOS SANTOS

SIMBRÃO da CARVALHO

BENIN

ALIA

SEIDOU ADAMBI

BURKINA FASO

OUEDRAOGO

OUOBA

BURUNDI

BARADANDIKANYA

GAHIMBARE

HARUSHINGINGO

KAVURE

NIYONGERE

KAMERUN

AWUDU MBAYA

KOMBO

OWONA KONO

ĊAD

DJIMAI

MALLOUM

KONGO (Repubblika tal-)

BALOU

BOUNKOULOU

MBOYI

MOKA

KONGO (Repubblika Demokratika tal-)

BETYNA NGILASE

KAMBAYI

MABAYA GIZI AMINE

NENGA GAMANDA

GINEA EKWATORJALI

NFA NDONG NSENG

OLO BAHANONDE

ETJOPJA

ABERA

AHMEDIN

GEBRE-CHRISTOS

GABON

MESSONE

NGOYO MOUSSAVOU

GAMBJA

JAGNE

GANA

KUMI

ĦAITI

JOAZILE

MALI

BA

CISSE

SYLLA

MAWRITANJA

BILAL

KAMARA

OULD HAMOUL

OULD ZAMEL

MAWRIZJU

GUNNEESSEE

MOŻAMBIK

DOS SANTOS LUCAS

NIĠERJA

BARAYA

RWANDA

AYINKAMIYE

SAMOA

CHAN TUNG

SENEGAL

DEMBA DIOP

EL WALY DIOP

SJERRA LEONE

BUYA

JUMU

TORTO

L-AFRIKA T’ISFEL

DAVIDSON

SIBHIDLA

SOOKLAL

SWAŻILAND

DLAMINI

TOGO

GBONE

UGANDA

DOMBO

KATENTA-APULI

OGWAL ATIM

ŻIMBABWE

MLOTSHWA

MNKANDHLA

 

 

 

IL-KUNSILL TAL-AKP U L-UE

BUNDUKU-LATHA, Ministru Delegat għall-Ministru tal-Ekonomija, il-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu (Gabon), President fil-Kariga tal-Kunsill AKP

MORATINOS, Ministru għall-Affarijiet Barranin, (Spanja), President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE

LOSSADA, Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin, (Spanja)

 

KUMMISSJONI EWROPEA

PIEBALGS, Membru tal-Kummissjoni bir-responsabilità tal-iżvilupp

 

AU

ANNADIF

BOKILO

 

Kumitat AKP tal-ambaxxaturi

MAKONGO, President

 

KESE

JAHIER

DANTIN

BAIZOU

KING

 

UNISDR

WAHLSTRÖM, Rappreżentattiv Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri – l-Istrateġija Internazzjonali tal-Istati Uniti għas-Segretarjat tat-Tnaqqis tar-Riskju

 

COMESA

NKANAGU

 

CTA

BOTO

BURGUET

 

SEGRETARJAT TAL-AKP

CHAMBAS Ko-Segretarju-Ġenerali

 

SEGRETARJAT TAL-UE

AGUIRIANO NALDA Ko-Segretarju-Ġenerali


(1)  Il-pajjiż irrappreżentat minn persuna oħra li mhix Membru tal-Parlament.

(2)  Preżenti fid-29 ta’ Marzu 2010

(3)  Preżenti fit-30 ta’ Marzu 2010

(4)  Preżenti fil-31 ta’ Marzu 2010

(5)  Preżenti fl-1 ta’ April 2010


ANNESS III

ANNESS TAS-SEDUTA TAT-TNEJN, 29 TA’ MARZU 2010

Akkreditament tad-delegati mhux parlamentari

1.

Il-GANA

L-Eċċellenza Tagħha, is-Sinjura Nana Bema KUMI

Ambaxxatur

Ambaxxata tal-Gana, Brussell

2.

IL-KENJA

L-Eċċellenza Tiegħu, is-Sur James KEMBI-GITURA

Ambaxxatur

Ambaxxata tal-Kenja, Brussell

3.

LESOTHO

L-Eċċellenza Tagħha, is-Sinjura Mamoruti A. TIHELI

Ambaxxatur

Ambaxxata ta’ Lesotho, Brussell

4.

IL-MADAGASKAR

Is-Sur Ibrahim NORBERT-RICHARD

Chargé d’Affaires a.i.

Ambaxxata tal-Madagaskar, Brussell

5.

IN-NIĠER

Il-Kurunell Abdoulkarim GOUKOYE

Porte-parole du Conseil Suprême pour la restauration de la Démocratie

In-Niġer

6.

IL-GŻEJJER SOLOMON

L-Eċċellenza Tiegħu, is-Sur Joseph MA’AHANUA

Ambaxxatur, Brussell

Ambaxxata tal-Gżejjer Solomon, Brussell

7.

IS-SUDAN

Ambaxxatur Hamid TAHA

Kap Deputat tal-Missjoni

Ambaxxata tas-Sudan, Brussell

8.

IS-SURINAM

Is-Sur Olten Lionel Van GENDEREN

Konsulent,

Ambaxxata tas-Surinam, Brussell

9.

TUVALU

L-Eċċellenza Tiegħu, is-Sur Panapasi NELESONE

Ambaxxatur,

Ambaxxata ta’ Tuvalu, Brussell


ANNESS IV

RIŻOLUZZJONIJIET ADOTTATI

dwar l-impatt finanzjarju u ekonomiku tat-tibdil fil-klima f’pajjiżi AKP (AKP-UE/100.642/10/fin.) 20

dwar l-impatt soċjali tal-kriżi globali (AKP-UE/100.640/10/fin.) 25

dwar ir-rikostruzzjoni u r-rijabilitazzjoni ta’ wara d-diżastru fil-Ħaiti, u l-konnessjoni bejn il-faqar u d-diżastri naturali (AKP-UE/100.726/10/fin.) 31

dwar l-appoġġ tal-konsolidazzjoni tal-paċi fis-Sudan tan-Nofsinhar (AKP-UE 100.725/10/fin.) 34

Dikjarazzjoni - Il-ftehima dwar il-banana bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-impatt tagħha fuq il-produtturi tal-banana tal-AKP u tal-UE 38

Dokumenti ta’ Strateġija Reġjonali - konlużjonijiet

Konklużjonijiet dwar id-Dokumenti ta’ Strateġija Reġjonali (RSP) u l-Programm Reġjonali Indikattiv (RIP) skont l-10 FEŻ — il-Karibew 41

Konklużjonijiet dwar id-Dokumenti ta’ Strateġija Reġjonali (RSP) u l-Programm Indikattiv Reġjonali (RIP) skont l-10 FEŻ — l-Afrika tal-Lvant u l-Afrika t’Isfel u l-Oċean Indjan 45

Konklużjonijiet dwar id-Dokumenti ta’ Strateġija Reġjonali (RSP) u l-Programm Indikattiv Reġjonali (RIP) skont l-10 FEŻ — SADC 48

Konklużjonijiet dwar id-Dokumenti ta’ Strateġija Reġjonali (RSP) u l-Programm Indikattiv Reġjonali (RIP) skont l-10 FEŻ — l-Afrika Ċentrali 51

Konklużjonijiet dwar id-Dokumenti ta’ Strateġija Reġjonali (RSP) u l-Programm Indikattiv Reġjonali (RIP) skont l-10 FEŻ — l-Afrika tal-Punent 53

Konklużjonijiet dwar id-Dokumenti ta’ Strateġija Reġjonali (RSP) u l-Programm Indikattiv Reġjonali (RIP) skont l-10 FEŻ — il-Paċifiku 55

RIŻOLUZZJONI (1)

dwar l-impatt finanzjarju u ekonomiku tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi tal-AKP

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

wara li ltaqgħet f’Tenerife (Spanja) mid-29 ta’ Marzu sal-1 ta’ April 2010,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tat-8 ta’ Settembru 2000, li tistabbilixxi l-Għanijiet tal-Iżvilupp għall-Millennju (MDGs) bħala kriterji stabbiliti b’mod konġunt mill-komunità internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-faqar,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni dwar l-Integrazzjoni tal-Adattament għall-Bidla fil-Klima fil-Koperazzjoni għall-Iżvilupp, adottata mill-ministri għall-Iżvilupp u l-Ambjent tal-pajjiżi membri tal-OECD fl-4 ta’ April 2006,

wara li kkunsidrat ir-raba’ Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Panel Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), maħruġ f’Valencia (Spanja) fis-17 ta’ Novembru 2007,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tagħha dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi tal-AKP u l-irwol tal-koperazzjoni AKP-UE, adottata f’Ljubljana fl-20 ta’ Marzu 2008 (2),

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tagħha dwar il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi tal-AKP, adottata fi Praga fid-9 ta’ April 2009 (3),

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet adottati fl-10 ta’ Lulju 2009 waqt is-Samit tal-G8 u l-Forum tal-Ekonomiji l-Kbar dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija li sar f’L’Aquila (l-Italja),

wara li kkunsidrat ir-Rapport tal-2010 dwar l-Iżvilupp Dinji tal-Bank Dinji: L-Iżvilupp u t-Tibdil fil-Klima, maħruġ f’Washington, l-Istati Uniti tal-Amerika, fil-15 ta’ Settembru 2009,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tagħha dwar it-tibdil fil-klima, adottata f’Luwanda fit-2 ta’ Diċembru 2009 (4),

wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li sar fl-10 u l-11 ta’ Diċembru 2009,

wara li kkunsidrat ir-riżultati tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima li saret f’Kopenħagen mis-7 sat-18 ta’ Diċembru 2009,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ (AKP-UE/100.642/10/fin.),

A.

billi t-tibdil naturali fil-klima globali seħħ matul iż-żmien, iżda r-rapidità u l-volum kemm tat-tisħin globali kif ukoll tat-telf tal-bijodiversità osservati huma tant li r-rabta kawżali mal-attività umana ma tistax tiġi aktar dubitata,

B.

billi t-tibdil fil-klima jikkostitwixxi theddida serja għat-tnaqqis fil-faqar, id-drittijiet tal-bniedem, il-paċi u s-sigurtà, id-disponibilità tal-ilma, l-enerġija u r-riżorsi tal-ikel u l-kisba tal-MDGs f’ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw,

C.

billi l-aħħar seklu ra żieda medja ta’ 0.74 °C fit-temperatura tal-wiċċ tad-dinja u l-IPCC jipprevedi li din se tkompli togħla sa bejn 1.1 °C u 6.4 °C, skont is-sitwazzjoni,

D.

billi l-konsegwenzi umani, soċjali, finanzjarji u ekonomiċi ta’ dawn il-bidliet se jinħassu fil-kisba tal-MDGs u f’ħafna setturi, inkluż fil-produttività agrikola u dik tal-bhejjem, fl-attivitajiet tal-baħar, fil-flussi tat-turisti, fl-infrastruttura fiżika u fis-servizzi tas-saħħa; billi dawn x’aktarx jirriżultaw f’deżertifikazzjoni u jheddu l-eżistenza ta’ ħafna persuni indiġeni, gżejjer u foresti li jikkostitwixxu patrimonju dinji tanġibbli u mhux,

E.

billi l-pajjiżi tal-AKP huma dawk li l-inqas ikkontribwew għat-tibdil fil-klima iżda qed jaffrontaw l-aktar konsegwenzi serji; billi t-tibdil fil-klima għandu l-potenzjali li jnaqqas jew saħansitra jelimina t-tendenzi tal-iżvilupp globali billi jeqred il-potenzjal produttiv madwar id-dinja li qed tiżviluppa,

F.

billi l-finanzi pubbliċi fraġli, il-livelli għoljin ta’ dejn pubbliku u d-dipendenza kbira fuq il-monokulturi għall-esportazzjoni li jikkarettirizzaw lilll-pajjiżi tal-AKP jagħmluhom vulnerabbli għal xokkijiet esoġeni; billi d-dipendenza kbira ta’ dawn il-pajjiżi fuq il-produzzjoni tas-settur primarju bħala s-sors ewlieni tad-dħul nazzjonali jqegħidhom l-aktar fir-riskju minn tibdiliet klimatiċi,

G.

billi fil-livell tad-dar it-tibdil fil-klima se jnaqqas is-sigurtà finanzjarja, soċjali u fiżika individwali, billi jżid il-faqar u l-vulnerabilità, b’mod partikolari fost il-gruppi l-aktar vulnerabbli; billi, fil-livell makroekonomiku, it-tibdil fil-klima x’aktarx iżid il-ħtieġa għan-nefqa pubblika, filwaqt li fl-istess ħin inaqqas is-sorsi tad-dħul tal-gvern,

H.

billi t-tibdil fil-klima jista’ jwassal għal żieda fl-iskarsezza ta-riżorsi, bħall-art abitabbli, l-ilma għax-xorb u l-art li tinħarat, ħaġa li tikkawża konflitti ġodda, nuqqas ta’ sigurtà u flussi ta’ migrazzjoni, problemi li x’aktarx iżidu l-instabilità globali,

I.

billi l-produzzjoni agrikola, li tħaddem 70 % tal-popolazzjoni fil-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, diġà hija mhedda bit-temperaturi li qed jiżdiedu u l-livelli tax-xita li qed jinbidlu u li jikkontribwixxu għal tnaqqis fil-prodotti u nuqqas ta’ previżjoni tal-ammont ta’ dan; billi flimkien ma’ dan, il-prattiki tal-biedja li mhumiex sostenibbli jiddegradaw aktar l-artijiet b’mod potenzjalment permanenti,

J.

billi kważi l-persuni kollha tal-biljun persuna stmati li m’għandhomx biżżejjed x’jieklu fid-dinja jgħixu f’żoni rurali u huma dipendenti fuq id-disponibilità tal-art li tinħadem u l-prodotti agrikoli għall-għajxien tagħhom, u għaldaqstant għas-sopravivenza tagħhom,

K.

billi l-attivitajiet tal-baħar qed jgħaddu minn bidliet minħabba żieda fil-livell tal-baħar u żieda fl-aċidità tal-oċean li jikkawżaw ħsara lill-bijodiversità, u b’hekk jipperikolaw id-dħul tas-sajjieda lokali, id-dħul mill-industriji kostali tat-turisti u l-qasam ta’ applikazzjoni tal-portafolli kummerċjali tal-pajjiżi kostali; billi t-turiżmu fuq skala industrijali, meta ma jkunx sostenibbli ambjentalment, għandu jerġa’ jiġi kkunsidrat,

L.

billi l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-attivitajiet tal-agrikultura u tal-baħar jimponi theddid serju għas-sigurtà tal-ikel,

M.

billi l-perikli qawwija li huma maħsuba li huma konnessi mat-tibdil fil-klima spiss huma imprevedibbli jew devastanti u jistgħu jeqirdu għalkollox il-produzzjoni tas-settur primarju, l-infrastruttura fiżika u l-industriji tat-turisti u jikkawżaw firxa wiesgħa ta’ telf ta’ ħajjiet,

N.

billi l-Istati Gżejjer Żgħar li Qed Jiżviluppaw spiss huma dawk l-aktar milquta minn perikli qawwija u jsofru wkoll l-iżvantaġġ ġeografiku tal-fatt li jinsabu fil-baxx u għalhekk jinsabu f’periklu li gradwalment jinqerdu mill-baħar u fl-aħħar nett li jegħrqu għalkollox meta l-livelli tal-ilma jogħlew,

O.

billi kundizzjonijiet klimatiċi mhux stabbli jfissru li ċerti reġjuni huma indikati bħala żoni b’ “riskju għoli”, għalhekk jonqos il-potenzjal tagħhom biex jiġbdu l-investiment barrani dirett,

P.

billi l-atturi ekonomiċi li jsegwu b’mod strett l-interessi tagħhom stess, bi ħsara għall-klima globali, l-ambjenti lokali, il-ħabitats u l-benessri soċjali, huma rari jinżammu responsabbli għad-danni li jikkawżaw,

Q.

billi f’dinja globalizzata bi profitti globali, ir-responsabbiltà korporattiva għandha ssir ukoll globali, kif għandu jsir ukoll l-obbligu li jiġu kkumpensati d-danni u t-telf.

1.

Jiddispjaċiha għall-falliment tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima li saret f’Kopenħagen mis-7 sat-18 ta’ Diċembru 2009, li minħabba li ma wasslitx għal ftehima internazzjonali legalment vinkolanti u komprensiva, uriet li filwaqt li hemm kważi unanimità dwar it-tipi ta’ sfidi, hemm ħafna inqas qbil dwar il-modi biex dawn jiġu affrontati; tinnota li l-UE, matul in-negozjati f’Kopenħagen, ma rtiratx il-miri tagħha, u għalhekk tistieden lill-UE biex tieħu għalkollox ir-responsabilità, bħala attur sinifikanti, fl-isforzi kontinwi biex jintlaħaq ftehim vinkolanti matul il-konferenza li se ssir f’Cancún mid-29 ta’ Novembru sal-10 ta’ Diċembru 2010;

2.

Tirrikonoxxi li jeħtieġ li jsiru sforzi globali sostanzjali b’mod urġenti, b’mod partikolari fil-pajjiżi l-aktar industrijalizzati u żviluppati, biex jiġi limitat it-tisħin globali permezz tal-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ mitigazzjoni u ta’ addattament koordinati, konverġenti, ambizzjużi u proattivi;

3.

Tinnota li fost l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw se jkun hemm tnaqqis fil-potenzjal tal-produttività tagħhom, tnaqqis fl-esportazzjoni u fid-dħul tal-gvern, ħaġa li tagħmel l-ekonomiji tagħhom aktar fraġli; jinsisti li jiġu implimentati miżuri ta’ appoġġ favur prattiki agrikoli sostenibbli u produttivi li jeżistu lokalment, sabiex itejbu s-sigurtà tal-ikel u jevitaw erożjoni u tnaqqis tal-ħamrija bla bżonn;

4.

Titlob lill-UE u lill-pajjiżi tal-AKP biex jinvestu f’sorsi alternattivi ta’ enerġija li ma tniġġisx u f’teknoloġiji biex itejbu l-effiċjenza tal-enerġija sabiex wieħed jieħu vantaġġ sħiħ mill-effetti benefiċjarji li jista’ jkollu l-użu tagħhom fuq is-suq tax-xogħol, is-sigurtà tal-enerġija u l-bijodiversità u konsegwentement fuq is-sigurtà tal-ikel; tenfasizza b’mod partikolari l-ħtieġa għal użu mifrux ta’ enerġiji rinnovabbli, b’mod partikolari l-eneriġija solari, u metodi tal-biedja li huma aktar effiċjenti f’termini tal-konsum tal-ilma; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni biex tappoġġja s-soluzzjonijiet innovattivi bħal żoni li ma jistgħux jinbnew madwar l-ibliet biex jissodisfaw ir-rekwiżiti bażiċi tal-popolazzjonijiet urbani fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

5.

Titlob lill-UE u lill-pajjiżi tal-AKP biex jimplimentaw programm konġunt mifrux ta’ riċerka pubblika b’finanzjament fuq skala kbira mill-UE, li jinvolvi kumpaniji innovattivi u ċentri ta’ riċerka speċjalizzata biex jiżviluppaw teknoloġiji ġodda b’saħħtihom biex jintużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, li jagħmlu l-privattivi u l-proċessi disponibbli bla ħlas għall-imprendituri u għall-kumpaniji tal-Istat fl-UE u fil-pajjiżi tal-AKP;

6.

Jistieden lill-UE, bħala parti mill-koperazzjoni tagħha ta’ żvilupp, u lill-pajjiżi tal-AKP biex jiżviluppaw Sħubiji ta’ Tekonoloġija sabiex jiffaċilitaw l-użu ta’ teknoloġiji li ma jniġġsux fil-pajjiżi tal-AKP u biex jappoġġjaw, potenzjalment permezz tal-istabbiliment ta’ inizjattiva tal-enerġija, riċerka u żvilupp ta’ teknoloġiji simili bejn l-AKP u l-UE fil-pajjiżi tal-AKP stess; f’kuntest usa’, tenfasizza l-ħtieġa li jiġu ċċarati u mtejba d-drittijiet tas-sjieda fil-pajjiżi tal-AKP, sabiex jinħoloq potenzjal addizzjonali għall-iżvilupp fuq il-bażi tal-proprjetà u l-użu tagħha għall-produzzjoni u bħala garanzija;

7.

Tenfasizza l-ħtieġa li l-atturi ekonomiċi privati mill-pajjiżi tal-UE jaġixxu b’modi soċjalment responsabbli sakemm ikunu preżenti fil-pajjiżi tal-AKP, b’mod partikolari rigward ir-rispett għax-xogħol u d-drittijiet ta’ rimunerazzjoni tal-popolazzjonijiet u r-riżorsi naturali, l-ambjent, il-ħabitats, il-pajsaġġi naturali, il-fawna u l-flora tal-pajjiżi li fihom huma joperaw u li l-popolazzjonijiet lokali jiddependu fuqhom; tenfasizza b’mod partikolari l-ħtieġa biex titjieb ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fir-rigward tal-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali;

8.

Titlob li l-fondi għall-attivitajiet marbuta mal-klima jkunu taħlita ta’ flus u impenji li ilhom jeżistu tad-donaturi fil-livelli tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) u li jinżammu rekords ċari tal-fondi allokati permezz ta’ dawn iż-żewġ mezzi separati;

9.

Tilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva mill-President Bolivjan Evo Moralek Ayma li tiġi organizzata Konferenza tan-Nies tad-Dinja dwar it-Tibdil fil-Klima u d-Drittijiet tad-Dinja f’Cochabamba (il-Bolivja) mid-19 sal-21 ta’ April 2010 bħala parti mill-isforz internazzjonali fit-triq minn Kopenħagen għal Cancún;

10.

Tfakkar li l-impenji internazzjonali li saru rigward l-MDGs ikunu jistgħu jinkisbu biss jekk il-pajjiżi industrijalizzati iżommu l-impenn tagħhom li jikkontribwixxu 0.7 % tal-PGD tagħhom f’ODAs;

11.

Titlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jgħinu b’mod adegwat lill-Istati gżejjer żgħar tal-AKP biex jindirizzaw il-problemi kkawżati mit-tibdil fil-klima fis-setturi agrikoli u tal-baħar/tas-sajd tagħhom, inkluża s-sigurtà tal-ikel, billi jippromwovu l-iżvilupp ta’ ekonomiji favur l-ambjent permezz tat-trasferiment tat-teknoloġija u l-provvista ta’ miżuri addizzjonali għall-finanzjament tal-istrateġiji tagħhom ta’ adattament u ta’ mitigazzjoni;

12.

Tistqarr li fil-futur, is-somom meħtieġa għall-ġlieda kontra l-impatt tat-tibdil fil-klima f’pajjżi li qed jiżviluppaw ma jistgħux jinġabru mill-istati li jirrikorru għall-fondi pubbliċi biss, iżda s-settur privat għandu jikkontribwixxi wkoll; tilqa’ b’sodisfazzjon, għalhekk, l-inizjattivi tal-Istati Membri tal-UE dwar l-istabbiliment ta’ dazji volontarji fuq l-emissjonijiet tat-trasport bl-ajru u bil-baħar u titlob għal tassazzjoni konsegwenti fuq it-trasport internazzjonali tal-merkanzija li għandha tiġi applikata skont il-volum tat-tniġġis proporzjonali u l-intensità ta’ kull mezz ta’ trasport;

13.

Titlob l-implimentazzjoni ta’ prinċipju “l-entità responsabbli tħallas” bħala estensjoni loġika tal-prinċipju “min iniġġes iħallas”;

14.

Titlob li l-UE u dawk mill-Istati Membri tagħha li għandhom postijiet individwali fil-G20 jidħlu f’negozjati mal-G20 u mal-imsieħba tal-OECD u, b’mod aktar ġenerali, fi ħdan l-istituzzjonijiet finanzjarji globali li huma mfassla biex jiksbu ftehim dwar il-ħtieġa għal dazju globali, li r-riżultat tiegħu jintuża għall-finanzjament ta’ oġġetti pubbliċi globali, inkluża l-ġlieda kontra l-agħar effetti tat-tibdil fil-klima;

15.

Tinnota bi tħassib li, minbarra l-Afrika t’Isfel, l-ebda stat jew grupp ta’ stati tal-AKP mhuma preżenti fuq il-Laqgħa tal-G20; tistqarr li ma jistax jiġi żviluppat mudell ġdid għal governanza globali sostenibbli mingħajr parteċipazzjoni akbar mill-ifqar pajjiżi fl-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku;

16.

Tistieden lill-pajjiżi tal-AKP u tal-UE biex jimplimentaw l-aqwa prattiki internazzjonali fl-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni nazzjonali maħsuba għall-iżvilupp sostenibbli, għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju, it-trawwim ta’ teknoloġiji tal-enerġija li ma jniġġsux u l-promozzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli;

17.

Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Presidenza tal-Kunsill tal-UE u lill-Unjoni Afrikana.

RIŻOLUZZJONI (5)

dwar l-impatt soċjali tal-kriżi globali

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

wara li ltaqgħet f’Tenerife (Spanja) mid-29 ta’ Marzu sal-1 ta’ April 2010,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat l-objettivi tal-Ftehima ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmata f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (il-Ftehima ta’ Cotonou) u l-emendi kollha tagħha,

wara li kkunsidrat l-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju (MDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari l-impenn lejn il-ħolqien ta’ sħubija globali għall-iżvilupp, u l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Laqgħa ta’ Livell Għoli tan-NU li saret fi New York fil-25 ta’ Settembru 2008,

wara li kkunsidrat il-Kunsens ta’ Monterrey, li kien adottat fil-Konferenza Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp li saret fil-21 u t-22 ta’ Marzu 2002, u d-Dikjarazzjoni ta’ Doha dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp adottata fit-2 ta’ Diċembru 2008 waqt il-Konferenza Internazzjonali ta’ Segwitu dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp biex tkun riveduta l-Implimentazzjoni tal-Kunsens ta’ Monterrey,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna tat-2 ta’ Marzu 2005 u l-Aġenda ta’ Accra għall-Azzjoni adottata fil-Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna li ltaqa’ f’Accra bejn it-2 u l-4 ta’ Settembru 2008,

wara li kkunsidrat il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-8 ta’ April 2009 intitolata “Appoġġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ilaħħqu mal-kriżi” (6),

wara li kkunsidrat id-dikjarazzjonijiet maħruġa mill-G20 wara l-laqgħat tagħha dwar il-kriżi finanzjarja li saru f’Washington fil-15 ta’ Novembru 2008, f’Londra fit-2 ta’ April 2009, u f’Pittsburgh fl-24 u l-25 ta’ Settembru 2009,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet adottati fl-10 ta’ Lulju 2009 waqt is-Samit tal-G8 li sar f’L’Aquila (l-Italja),

wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta’ Diċembru 2009,

wara li kkunsidrat l-appell mill-President tal-Bank Dinji, Robert B. Zoellick, lill-pajjiżi żviluppati sabiex iwiegħdu 0.7 % tal-pakketti ta’ stimulu tagħhom lil “Fond għall-Vulnerabilità” għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-2008 tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa intitolat “Il-kura tas-saħħa primarja: issa aktar minn qatt qabel”,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-IMF ta’ Marzu 2009 dwar il-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja dinjija għal pajjiżi bi dħul baxx (“The implications of the Global Financial Crisis for Low-Income Countries”),

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tas-Samit Dinji dwar is-Sigurtà tal-Ikel li sar f’Ruma bejn is-16 u t-18 ta’ Novembru 2009,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni intitolata “L-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali fuq l-ekonomiji Afrikani: strateġiji u miżuri biex jiġu affrontati”, adottata mill-Unjoni Parlamentari Afrikana fit-32 Konferenza tagħha li saret f’Ouagadougou bejn id-19 u l-20 ta’ Novembru 2009,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tagħha dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq l-Istati tal-AKP, adottata f’Luwanda fit-3 ta’ Diċembru 2009 (7),

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent (AKP-UE/100.640/10/fin.),

A.

billi l-kriżi attwali hija ta’ natura eċċezzjonali u hija taħlita ta’ kriżijiet fil-livell soċjali, ambjentali, tal-enerġija, ekonomiku, finanzjarju u tal-ikel; billi l-mudell ta’ żvilupp jeħtieġ li jiġi aġġustat sabiex jiġi żgurat li jkun effikaċi u trasparenti,

B.

billi l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tistma li n-numru ta’ nies fid-dinja li jbatu l-ġuħ laħaq il-biljun u t-total żdied b’100 miljun minħabba l-kriżi globali; billi n-numru ta’ persuni li jgħixu fil-faqar jista’ jiżdied b’90 miljun sa Diċembru 2010,

C.

billi ħafna mill-pajjiżi tal-AKP huma dipendenti fuq l-esportazzjonijiet ta’ prodotti u riżorsi naturali, u l-kriżi wasslet għal tnaqqis fil-qligħ tal-esportazzjoni għal ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw, tnaqqis fit-trasferiment ta’ fondi lejn dawn il-pajjiżi u tnaqqqis fl-investiment barrani dirett,

D.

billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jaffaċjaw ukoll tnaqqis fis-somom ta’ flus mibgħuta mill-ħaddiema migranti lill-pajjiżi tal-oriġini tagħhom u tnaqqis fl-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA), li huwa stmat min-Nazzjonijiet Uniti għal USD 20 miljun inqas kull sena minn dak li ġie mwiegħed fil-laqgħa tal-G8 fi Gleneagles fl-2005 dwar għajnuna lill-Afrika,

E.

billi l-impatt tal-bosta kriżijiet fuq il-pajjiżi tal-AKP se jipperikola l-kisba tal-MDGs,

F.

billi l-marda tal-HIV/AIDS mhijiex biss kwistjoni ta’ saħħa minħabba l-fatt li nfirxet u b’hekk ħolqot pandemija b’konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u demografiċi fil-pajjiżi kollha,

G.

billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja x’aktarx iżżid it-telf ta’ ħaddiema b’ħiliet mill-pajjiżi tal-AKP, biex b’hekk l-effetti tal-kriżi fuq medda twila ta’ żmien marru għall-agħar,

H.

billi l-pajjiżi tal-AKP mhumiex ħatja għall-kriżi finanzjarja u ekonomika iżda huma fost dawk li qed jintlaqtu bl-agħar mod mill-effetti tagħha, li huwa veru wkoll fir-rigward tat-tibdil fil-klima; billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika ġiet ikkawżata, inter alia, mit-tneħħija tar-regolamentazzjoni fis-swieq finanzjarji u ekonomiċi,

I.

billi l-kundizzjonijiet tax-xogħol qed imorru għall-agħar wara l-kriżi: il-qgħad tela’ sa 59 miljun mad-dinja kollha u aktar minn 200 miljun ħaddiem huma esposti għall-faqar estrem wara l-kriżi finanzjarja u ekonomika, kemm fil-pajjiżi tal-AKP kif ukoll f’dawk tal-UE,

J.

billi l-gruppi vulnerabbli fis-soċjetà, l-ewwel u qabel kollox iż-żgħażagħ, se jkollhom ibatu l-effetti fuq terminu medju jew twil tal-kriżi; billi l-proporzjon diġà eċċessiva tal-qgħad li hemm fost iż-żgħażagħ se tkompli tikber,

K.

billi l-effetti tal-kriżi ekonomika globali fuq il-pajjiżi bi “dħul medju” li qed jiżviluppaw u fuq il-programmi tagħhom ta’ żvilupp soċjali m’għandhomx jiġu injorati,

Konsegwenzi b’ħafna aspetti tal-kriżi

1.

Tfakkar li l-UE hija mitluba li jkollha deċiżiv fil-mitigazzjoni tal-effetti tal-kriżi fuq il-pajjiżi tal-AKP, anke minħabba l-pożizzjoni tagħha bħala l-imsieħba kummerċjali ewlenija tal-Istati tal-AKP, il-fornitur prinċipali ta’ investiment privat u l-ikbar donatur tal-ODA fid-dinja;

2.

Tħeġġeġ lill-pajjiżi donaturi biex jużaw din il-kriżi mingħajr preċedent bħala katalista biex jesploraw aktar il-possibilitajiet eżistenti f’termini ta’ sorsi addizzjonali u innovattivi ta’ finanzjament għall-iżvilupp, bħal pereżempju taxxa internazzjonali fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, u biex jidentifikaw sorsi ġodda, sabiex jippermettu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiddiversifikaw is-sorsi ta’ dħul tagħhom u biex jimplimentaw programmi ta’ nfiq aktar effettivi, konkreti u operattivi;

3.

Tibża’ li l-kriżi tfixkel il-kisba tal-MDGs u l-kriżi finanzjarja ssir kriżi ta’ żvilupp, u titlob għalhekk li jkunu rrispettati u rrealizzati l-impenji li daħlu għalihom l-Istati Membri tal-UE biex iżidu l-ODA għal 0.56 % tal-GNI sal-2010 u għal 0.7 % sal-2015; titlob lill-Istati Membri biex jonoraw dawn l-impenji billi jinkluduhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali vinkolanti; titlob azzjoni koordinata u tisħiħ tal-programmi ta’ żvilupp sabiex tipproteġi l-allokazzjonijiet eżistenti tal-ODA għas-setturi tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali;

4.

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE u tal-AKP biex jużaw il-finanzjament Ewropew bl-aktar mod effettiv bil-għan li jintlaħqu l-MDGs permezz ta’ għażla aktar attenta tas-setturi prijoritarji fid-Dokumenti ta’ Strateġija Nazzjonali u l-Programmi Indikattivi Nazzjonali;

5.

Ittenni l-importanza tal-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna mfissra fid-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi u l-Aġenda ta’ Accra għall-Azzjoni u l-prinċipji tal-koordinament tad-donaturi mfissra fil-Kodiċi ta’ Mġiba tal-UE dwar it-tqassim tax-xogħol fil-Politika tal-Iżvilupp (8); tistieden il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE biex iġġedded l-impenn tagħha f’dan ir-rigward;

6.

Tistieden lill-gvernijiet tal-UE u tal-AKP biex jiġġieldu b’mod konġunt biex jeqirdu l-evażjoni tat-taxxa, il-flussi illegali tal-kapitali u l-ħasil ta’ flus; tenfasizza l-ħtieġa li jiġi appoġġjat il-bini tal-kapaċità fl-Istati tal-AKP, inklużi sistemi nazzjonali tat-taxxa u l-korp tal-imħallfin, sabiex il-ġid jitqassam aħjar;

7.

Tappoġġja l-implimentazzjoni ta’ prattiki internazzjonali fi kwistjonijiet tat-taxxa, b’mod partikolari r-rispett tal-prinċipji tat-trasparenza u tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati tal-AKP li jkunu ntrabtu magħhom;

8.

Tinsisti dwar il-ħtieġa biex titnaqqas l-ispiża fuq tranżazzjonijiet ta’ ħlas, b’mod partikolari fi żmien meta l-migranti jsofru ħafna mill-kriżi u ma jkunux jistgħu jittrasferixxu daqshekk flus lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom;

9.

Tenfasizza li koperazzjoni reġjonali għandha rwol ewlieni biex jingħelbu l-effetti tal-kriżi;

It-titjib tas-setturi soċjali

10.

Tenfasizza l-irwol tas-sistemi soċjali ta’ protezzjoni fil-mitigazzjoni tal-faqar u titlob il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni soċjali;

11.

Tistieden, fuq medda qasira ta’ żmien, lill-gvernijiet riċevituri u lid-donaturi biex jiffukaw fuq xbieki ta’ sikurezza biex jipprevienu lin-nies milli jispiċċaw fil-faqar; tappoġġja l-istabbiliment ta’ Sistema Globali ta’ Allarm dwar il-Faqar (Global Poverty Alert System), bħala fond internazzjonali ta’ rispons rapidu li jipprovdi xibka ta’ sikurezza għall-persuni l-aktar vulnerabbli tad-dinja;

12.

Jilqa’ l-mekkaniżmu tal-Istrument ta’ Vulnerabilità FLEX (V-FLEX) mill-Kummissjoni Ewropea, li għandu l-għan li jipprovdi appoġġ sabiex jipproteġi n-nefqa soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-AKP biex jieħdu l-opportunità tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tad-Dokumenti ta’ Strateġija Nazzjonali u Reġjonali biex jeżaminaw il-possibilitajiet tar-rinfurzar tas-setturi soċjali u biex iżidu r-riżorsi għat-tieni “pakkett” tal-V-FLEX bil-għan li tiġi ffinanzjata għalkollox id-differenza residwa fil-finanzjament tal-Istati tal-AKP eliġibbli fl-2010;

13.

Tħeġġeġ lill-gvernijiet u lid-donaturi biex jagħtu prijorità lill-appoġġ għall-ħtiġijiet bażiċi soċjali u jtejbu l-appoġġ għat-tfal u n-nisa vulnerabbli milquta ħażin mill-kriżi, iż-żgħażagħ li jinsabu f’riskju, il-ħaddiema migranti b’paga baxxa u b’inqas ħiliet, il-ħaddiema rurali u l-persuni bi bżonnijiet speċjali;

14.

Tfakkar li għandhom isiru sforzi biex tonqos il-mortalità tat-trabi u tal-ommijiet fl-Afrika tan-Nofsinhar tas-Saħara fejn dawn l-MDGs jistgħu ma jintlaħqux; tfakkar li l-edukazzjoni u s-saħħa għandhom ikunu fil-qalba tal-politiki ta’ żvilupp u tinsisti li s-sitwazzjoni attwali m’għandha tiġġustifika l-ebda tnaqqis fin-nefqa nazzjonali u fl-għajnuna internazzjonali għal dawn is-setturi;

15.

Temmen li l-programmi tas-saħħa, inkluża s-saħħa sesswali u riproduttiva, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tisħiħ tal-irwol tan-nisa u d-drittijiet tat-tfal għandhom ikunu prominenti fil-politika ta’ żvilupp bejn l-AKP u l-UE, b’mod partikolari f’żoni fejn il-vjolenza bbażata fuq is-sess hija mifruxa u n-nisa u t-tfal ikunu f’riskju li taqbadhom il-marda tal-HIV/AIDS jew jinċaħdu l-aċċess għall-informazzjoni, il-prevenzjoni u/jew il-kura;

16.

Tistieden lill-gvernijiet tal-AKP u tal-UE biex jieħdu miżuri maħsuba speċifikament għall-integrazzjoni taż-żgħażagħ u n-nisa fis-soċjetà u biex iżidu l-parteċipazzjoni tagħhom fl-ekonomija;

17.

Tenfasizza li l-ħolqien tal-impjiegi għandu jiġi ffaċilitat permezz tat-titjib tal-edukazzjoni terzjarja, inkluż it-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim tul il-ħajja; titlob aktar aċċess ugwali għall-iżvilupp tal-ħiliet, it-taħriġ u l-edukazzjoni ta’ kwalità u aktar opportunitajiet għalihom; titlob titjib fir-rigward tal-aċċess għall-kreditu (inklużi l-mikrofinanzi) biex iħeġġu l-ħolqien tal-impjiegi u jgħinu fit-twaqqif tal-mikrointrapriżi biex jerġgħu jistimulaw l-ekonomiji lokali;

18.

Tenfasizza l-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema u titlob li jittieħdu aktar miżuri għall-ġlieda kontra t-tħaddim forzat tat-tfal u l-qgħad fost iż-żgħażagħ; tistieden lill-partijiet interessati biex jiżviluppaw strateġiji ta’ rispons għall-kriżi fil-livelli nazzjonali u settorjali permezz ta’ djalogu soċjali;

19.

Tenfasizza li x-xogħol deċenti għandu jkun fil-qalba tal-ħolqien tal-impjiegi biex wieħed jegħleb il-kwistjoni tal-’ħaddiema fqar’; għalhekk tenfasizza li strateġija ta’ tkabbir reġjonali li tiffoka fuq kwistjonijiet dwar l-impjiegi u dawk marbuta max-xogħol deċenti għandhom jiġu inklużi fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tad-Dokumenti ta’ Strateġija tal-Pajjiżi tal-AKP;

20.

Tistieden lill-pajjiżi donaturi biex jappoġġaw lill-pajjiżi tal-AKP fid-diversifikazzjoni tal-ekonomiji tagħhom sabiex dawn isiru inqas dipendenti fuq prodott wieħed biss; tfakkar il-ħtieġa biex wieħed jinvesti fl-infrastruttura u fi proġetti ta’ konnessjoni reġjonali u tinsisti li sħubija ta’ partijiet ugwali għandha tagħti direzzjoni lil politiki ta’ kummerċ, bil-għan li tqiegħed l-ekonomiji fuq bażi stabbli fil-livell reġjonali u lokali;

21.

Tiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi evalwat l-investiment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw f’termini tas-sostenibilità tiegħu u li jinżammu kundizzjonijiet ambjentali u ta’ għajxien b’saħħithom fuq bażi dejjiema;

22.

Tafferma mill-ġdid li t-telf tal-għarfien huwa realtà allarmanti li thedded il-proċess u l-prospetti tal-iżvilupp tal-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati billi jaffettwa b’mod negattiv is-setturi bażiċi tas-saħħa u tal-iġjene, l-edukazzjoni u l-bini tas-settur pubbliku; għalhekk tħeġġeġ il-migrazzjoni ċirkolari;

Is-sigurtà tal-ikel

23.

Ittenni li l-kriżi reċenti tal-ikel uriet li l-agrikoltura ġiet injorata għal żmien twil ħafna u li n-nutrizzjoni ħażina teħtieġ b’mod urġenti li tiġi indirizzata b’miżuri fuq medda twila ta’ żmien; tħeġġeġ lill-pajjiżi, lid-donaturi u lill-istituzzjonijiet internazzjonali kkonċernati biex iħeġġu l-investiment fis-sigurtà tal-ikel u fl-agrikoltura, b’mod partikolari l-agrikoltura fuq skala żgħira; hija tal-opinjoni li l-Kummissjoni Ewropea għandha tieħu l-opportunità provduta mir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tad-Dokumenti tal-Istrateġija tal-Pajjiż skont l-Istrument ta’ Koperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp biex tiddiskuti mal-pajjiżi li jirċievu l-ħtieġa biex imexxu l-agrikoltura u s-sajd aktar ‘il fuq fl-aġenda;

24.

Tenfasizza li l-esportazzjoniet sussidjati tal-ikel tal-UE għandhom ikunu maħsuba għar-reġjuni fejn hemm nuqqasijiet qawwija tal-ikel;

25.

Tilqa’ b’sodisfazzjon l-investiment barrani fl-agrikoltura meta dan jappoġġja l-iżvilupp u jgħin fil-bini tal-kapaċità lokali biex ibiddel il-materja prima (speċjalment il-prodotti agrikoli) fi prodotti proċessati; madankollu hija mħassba dwar it-tendenza attwali fejn xi pajjiżi jikru l-art fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jimpurtaw il-produzzjoni minn dawk il-pajjiżi; tinsisti li tali kuntratti għandhom ikunu trasparenti u li parti mill-produzzjoni għandha tibqa’ fil-pajjiż li jipproduċi; tesprimi t-tħassib tagħha rigward l-ispekulazzjoni tal-ikel;

26.

Titlob li tiżdied il-kapaċità teknika, finanzjarja u umana bil-għan li tippromwovi lill-bdiewa żgħar, is-swieq lokali u t-tekniki ta’ kultivazzjoni moderna fil-pajjiżi tal-AKP sabiex tagħmilhom inqas vulnerabbli għall-effetti tas-swieq dinjin mhux stabbli;

27.

Tistieden lill-UE u lill-pajjiżi tal-AKP biex jittrattaw l-iżvilupp tas-settur agrikolu, is-sajd u s-sigurtà tal-ikel bħala prijorità u biex jagħmluhom settur prijoritarju fit-tfassil ta’ Dokumenti tal-Istrateġija tal-Pajjiż u Programmi Indikattivi Nazzjonali; tenfasizza li l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ikel għandha tiġi indirizzata sabiex wieħed jipprevieni l-ġuħ fil-pajjiżi tal-AKP; tissuġġerixxi wkoll li tiġi żviluppata kultura urbana;

28.

Tistieden lill-UE biex timpenja ruħha ma’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-immaniġġjar tas-sajd sabiex ikun hemm sajd sostenibbli u tiġi żviluppata l-kapaċità interna tal-pajjiżi tal-AKP biex jipproċessaw il-ħut tagħhom;

It-tibdil fil-klima

29.

Tfakkar li huwa meħtieġ ammont ta’ USD 100 biljun fis-sena sal-2020 biex jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw ilaħħqu mat-tibdil fil-klima; tistieden lill-pajjiżi tal-AKP biex jistabbilixxu l-prijoritajiet tagħhom stess għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima permezz tal-istabbiliment ta’ programmi nazzjonali ta’ adattament; tinsisti li l-fondi m’għandhomx jiġu minn assistenza għall-iżvilupp li hija diġà ppjanata: minflok, dawn għandhom ikunu fondi ġodda u addizzjonali;

30.

Tenfasizza li l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima hija sfida kbira ħafna għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw iżda li għandha ssir ukoll opportunità, bl-appoġġ finanzjarju u tekniku tad-donaturi, għall-promozzjoni tat-teknoloġiji favur l-ambjent għall-iżvilupp tal-pajjiżi (żvilupp favur l-ambjent) permezz ta’ trasferimenti teknoloġiċi (l-enerġija solari, eċċ.) u għall-ħolqien ta’ impjiegi favur l-ambjent;

31.

Jiddispjaċiha dwar in-nuqqas ta’ ftehima legalment vinkolanti fis-Samit ta’ Kopenħagen; għalhekk titlob strateġija konġunta bejn l-AKP u l-UE lejn impenn reali fil-qafas tas-COP 16 li jmiss li għandu jsir fil-Messiku;

32.

Tiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-promozzjoni ta’ alleanza dinjija għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, ħaġa li għandha tfittex li tipprovdi appoġġ akbar lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li huma ifqar u li huma aktar esposti għat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari l-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u l-Istati Gżejjer Żgħar li Qed Jiżviluppaw;

33.

Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Unjoni Afrikana u lill-Parlament Pan-Afrikan.

RIŻOLUZZJONI (9)

dwar ir-rikostruzzjoni ta’ wara d-diżastru u r-riabilitazzjoni f’Ħaiti, u r-rabta bejn il-faqar u d-diżastri naturali

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

wara li ltaqgħet f’Tenerife (Spanja) mid-29 ta’ Marzu sal-1 ta’ April 2010,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat is-samit tal-G7 f’Iqaluit (il-Kanada) tas-6 ta’ Frar 2010,

wara li kkunsidrat ir-riżultati tal-Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi “Lejn Ġejjieni Ġdid għal Ħaiti”, li saret fi New York fil-31 ta’ Marzu 2010,

wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-Konferenza Ministerjali Preparatorja f’Montreal fil-25 ta’ Jannar 2010,

wara li kkunsidrat id-dibattitu dwar it-terremot f’Ħaiti, li sar fil-Parlament Ewropew fl-20 ta’ Jannar 2010, mal-Barunessa Ashton, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin fi Brussell fit-18 ta’ Jannar 2010,

wara li kkunsidrat il-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni ta’ Ħaiti (MINUSTAH),

A.

billi terremot ta’ 7.3 fuq l-iskala Richter laqat lil Ħaiti fit-12 ta’ Jannar 2010 u kkawża dannu katastrofiku f’Port-au-Prince, f’Jacmel u f’lokalitajiet oħra fir-reġjun, u ġie segwit minn skossi qawwija li baqgħu jaffettwaw lill-pajjiż.

B.

billi huwa meqjus li kien hemm aktar minn 200 000 persuna li tilfu ħajjithom, 250 000 midruba u aktar minn 3 miljun persuna affettwati direttament; billi l-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni ta’ Ħaiti (MINUSTAH) ġarrbet spejjeż kbar u tinsab imnikkta għall-mewt ta’ 146 persuna filwaqt li 70 huma rapportati neqsin,

C.

billi l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA) irrapporta li fil-pajjiż kollu madwar miljun persuna jeħtieġu l-kenn, partikolarment hekk kif qed joqrob l-istaġun tax-xita, u hemm sa 500 000 persuna ġew spostati internament,

D.

billi anke qabel it-terremot tat-12 ta’ Jannar 2010, il-pajjiż intlaqat serjament minn uragani u tempesti tropikali fl-2008 li kkawżaw ħsara ta’ madwar 15 % tal-PGD,

E.

billi madwar 1.8 miljun persuna ma kellhomx sigurtà alimentari qabel it-terremot, f’pajjiż fejn kważi 60 % tal-popolazzjoni tgħix f’żoni rurali u 70 % (12-il miljun persuna) tgħix fuq anqas minn USD 2 kuljum.

F.

billi dan il-faqar estrem ġab l-effetti qerrieda tat-terremot għall-agħar u tefa’ lill-pajjiż f’waħda mill-aktar kriżijiet umanitarji serji li qatt għadda minnhom,

G.

billi l-Kummissjoni qablet li tipprovdi EUR 137 miljun għal bżonnijiet fuq terminu ta’ żmien qasir u mill-inqas EUR 200 miljun għal terminu ta’ żmien medju u twil, bl-Istati Membri jipprovdu EUR 92 miljun addizzjonali; billi l-Bank Inter-Amerikan għall-Iżvilupp iqis li hemm bżonn EUR 10.5 biljun biex jerġa’ jinbena Ħaiti, b’rata ta’ EUR 2 biljun fis-sena; billi tikkunsidra d-deċiżjoni meħuda mill-Unjoni tan-Nazzjonijiet tal-Amerika t’Isfel biex jinħoloq fond għall-għajnuna għal Ħaiti ta’ EUR 217 miljun,

H.

billi Ħaiti jinsab mgħakkes b’dejn barrani ta’ madwar USD 1 biljun, li kien ostakolu għall-iżvilupp ta’ dan il-pajjiż anke qabel it-terremot u jista’ jfixkel l-isforz għall-irkupru tal-pajjiż,

I.

billi tinnota d-deċiżjoni tal-ministri tal-G7 biex id-dejn ta’ Ħaiti jitħassar, iżda tinnota wkoll il-fatt li d-dejn li Ħaiti għandu mal-pajjiżi tal-G7 jammonta għal USD 216 miljun biss minn total ta’ USD 890 miljun,

J.

billi minbarra l-operazzjoni ta’ għajnuna immedjata, l-isforzi ta’ rkupru fuq terminu medju u twil ta’ żmien għar-rikostruzzjoni tal-għajxien tan-nies, tal-infrastruttura meqruda, tal-istituzzjonijiet tal-istat u tal-attivitajiet ekonomiċi jeħtieġu impenn internazzjonali fit-tul,

1.

Tesprimi l-kondoljanzi sinċieri tagħha lill-poplu ta’ Ħaiti u lill-popli ta’ nazzjonijiet oħra milquta u lill-persunal tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi n-NU u l-Kummissjoni Ewropea, u tesprimi l-kompassjoni u s-solidarjetà tagħha magħhom għat-telf massiv ta’ ħajjiet u l-qerda kkawżati mit-terremot eċċezzjonalment qawwi; tfaħħar pubblikament il-kuraġġ u s-solidarjetà eżemplari li wrew il-persuni ta’ Ħaiti li, eżatt wara d-diżastru u qabel ma l-midja saret taf bih u filwaqt li kienu neqsin minn kollox huma stess, salvaw eluf ta’ ħajjiet u għenu eluf ta’ persuni u orfni feruti;

2.

Tilqa’ l-isforzi tal-awtoritajiet u tas-soċjetà ċivili Ħaitjani, kif ukoll tan-NU, tal-NGOs u ta’ donaturi bilaterali oħra, biex iġibu l-għajnuna lill-poplu ta’ Ħaiti, u tfaħħar pubblikament il-ħidma tal-organizzazzjonijiet umanitarji u tal-individwi minn madwar l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-AKP u tad-dinja kollha;

3.

Tilqa’ bis-sħiħ is-solidarjetà murija mill-istati membri tan-Nazzjonijiet Uniti u mill-imsieħba internazzjonali miġbura fil-Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi “Lejn Ġejjieni Ġdid għal Ħaiti” li saret fi New York fil-31 ta’ Marzu 2010 u li rriżultat f’kontribuzzjonijiet li jammontaw għal USD 9.9 miljun tul it-tliet snin li ġejjin u wara, u tħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex tissodisfa l-wegħdiet li saru fil-passat;

4.

Tappoġġja l-fatt li d-donaturi internazzjonali allinjaw il-kontributi tagħhom mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Irkupru Nazzjonali u għall-Iżvilupp ta’ Ħaiti, ippreżentat minn René Préval, President ta’ Ħaiti, bħala sinjal ċar li l-awtoritajiet Ħaitjani se jikkontrollaw l-isforzi ta’ rikostruzzjoni fil-futur;

5.

Tenfasizza li huwa importanti li n-NU, filwaqt li jaġixxu taħt il-protezzjoni tal-Gvern ta’ Ħaiti, ikollhom u jibqa’ jkollhom f’idejhom il-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet ċivili u militari kollha, fir-rigward tal-istabbiliment mill-ġdid tas-sigurtà u tal-għajnuna umanitarja, u anke tar-rikostruzzjoni u l-iżvilupp;

6.

Tistieden lin-NU biex jirrevedu l-mandat ta’ MINUSTAH flimkien mal-awtoritajiet Ħaitjani sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-pajjiż ta’ wara d-diżastru, b’attenzjoni partikolari għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà;

7.

Titlob li ssir evalwazzjoni komprensiva biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet fit-tul kif ukoll fuq terminu qasir ta’ żmien tal-popolazzjoni u sabiex jiġi stabbilit l-involviment tal-komunità internazzjonali fil-proċess ta’ rikostruzzjoni, proċess li jkun ikopri t-tliet fażijiet ta’ għajnuna ta’ emerġenza, riabilitazzjoni u rikostruzzjoni;

8.

Tesprimi tħassib serju dwar il-benessri tal-aktar persuni vulnerabbli, partikolarment in-nisa, it-tfal u l-anzjani; tistieden lill-Kummissjoni u lin-NU biex jagħtu attenzjoni speċjali u appoġġ lill-parteċipazzjoni tan-nisa fl-isforzi ta’ rikostruzzjoni billi jinvolvuhom b’mod attiv fil-fażijiet ta’ riabilitazzjoni, rikostruzzjoni u evalwazzjoni tal-programmi kollha ta’ għajnuna u ta’ bini mill-ġdid;

9.

Tenfasizza li t-tfal waħedhom u dawk separati mill-familji tagħhom għandhom jingħataw servizzi li l-għan tagħhom huwa li jerġgħu jgħaqqduhom mill-aktar fis possibbli mal-ġenituri tagħhom jew ma’ min is-soltu jieħu ħsiebhom; tistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali biex jevalwaw b’mod urġenti l-ħtieġa ta’ pjan koordinat biex jiġu trattati l-elufi ta’ tfal li saru orfni minħabba t-terremot; tenfasizza r-riskju serju tal-adozzjoni illegali u tat-traffikar tat-tfal;

10.

Tħeġġeġ lill-UE biex tappoġġja moratorju temporanju għall-adozzjonijiet il-ġodda ta’ tfal minn Ħaiti sa sentejn wara li jkunu bdew l-isforzi ta’ traċċjar; titlob li jsiru sforzi mill-UE biex b’urġenza tipprovdi lit-tfal il-ħtiġijiet bażiċi tagħhom, tibda tħaddem skejjel temporanji u tipprovdi servizz ta’ konsulenza lit-tfal;

11.

Tħeġġeġ bis-sħiħ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-komunità internazzjonali biex jissorveljaw is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-popolazzjoni Ħaitjana, partikolarment tan-nisa u t-tfal;

12.

Tistieden lill-komunità internazzjonali biex mingħajr dewmien tħassar id-dejn barrani tar-Repubblika ta’ Ħaiti u tfaħħar lil kull min ħa jew ħabbar miżuri għal dak l-iskop; tenfasizza li kwalunkwe għajnuna ta’ emerġenza għat-terremot għandha tiġi pprovduta fl-għamla ta’ għotjiet u mhux f’għamla ta’ self li jġib id-dejn;

13.

Tappoġġja l-isforzi tal-UE u ta’ donaturi oħra biex tingħata spinta lill-produzzjoni tal-ikel fil-livell lokali billi tiġi rranġata l-infrastruttura li saritilha l-ħsara u billi l-materjal meħtieġ (żerriegħa, fertilizzant u għodda) isir għad-dispożizzjoni ta’ dawk li għandhom impriża agrikola żgħira - b’mod partikolari għall-istaġun tat-tħawwil tar-rebbiegħa li jibda f’Marzu u li jifforma 60 % tal-produzzjoni nazzjonali tal-ikel; tistieden lill-UE u lil donaturi internazzjonali oħra biex, fejn ikun possibbli, jakkwistaw ikel prodott fil-pajjiż għall-isforz ta’ għajnuna, biex b’hekk ikunu qegħdin jagħtu kontribut importanti biex jgħinu l-ekonomija rurali u jipproteġu lill-produtturi lokali;

14.

Tenfasizza l-ħtieġa li tingħata attenzjoni fuq l-investiment fit-tul fil-kostruzzjoni ta’ bini li jkun jiflaħ għat-terremoti u li jissodisfa l-istandards tekniċi xierqa u fl-infrastruttura bażika, bħal mhija l-provvista tal-ilma, it-toroq, l-elettriku u t-trasferiment tat-teknoloġija, li jew ma kinux jeżistu jew inkella fil-biċċa l-kbira ma kinux adegwati qabel ma sar it-terremot, u b’hekk aggravaw ħafna l-impatt tad-diżastri naturali.

15.

Titlob it-twaqqif ta’ fond amministrat min-Nazzjonijiet Uniti biex jiffinanzja miżuri li jqajmu l-għarfien pubbliku u ta’ taħriġ, sistemi ta’ prevenzjoni u ta’ twissija bikrija, il-kostruzzjoni ta’ strutturi xierqa ta’ protezzjoni u l-ħażna ta’ tagħmir mediku u sanitarju f’każ ta’ emerġenza;

16.

Tistieden lill-komunità internazzjonali biex tiżgura li n-nies ta’ Ħaiti u l-gvern tagħhom, taħt il-kontroll demokratiku tal-parlament tiegħu, ikunu l-atturi ewlenin fil-proċess ta’ rikostruzzjoni, biex ikunu jistgħu jieħdu f’idejhom is-sjieda tal-ġejjieni kollettiv tagħhom; titlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri tal-UE biex jużaw l-għarfien tal-UE li għandhom f’idejhom u b’hekk isaħħu l-kapaċità nazzjonali u lokali, reġjonali u sottoreġjonali;

17.

Tħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex tiżgura li l-kwistjoni tat-tnaqqis fil-faqar f’Ħaiti tibqa’ fuq nett tal-aġenda, anke meta ma tibqax tingħata attenzjoni mill-midja, biex tgħin lil Ħaiti joħroġ minn dan id-diżastru bħala demokrazija li taħdem sew b’ekonomija li tista’ tipprovdi għall-poplu tagħha b’mod sostenibbli;

18.

Tħeġġeġ lill-UE biex taħdem mal-awtoritajiet Ħaitjani biex jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ prevenzjoni tad-diżastri u ta’ mitigazzjoni u ġestjoni tal-kapaċitajiet għal terminu twil ta’ żmien, filwaqt li tisħaq li l-isforzi ta’ rikostruzzjoni għandhom ikunu bbażati fuq prijoritajiet nazzjonali, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna u jingħata appoġġ lill-istituzzjonijiet ta’ Ħaiti sabiex ikunu jistgħu jiggvernaw b’mod effikaċi; tappoġġja l-proposta tal-President Préval għat-twaqqif ta’ struttura permamenti fin-NU li tkun tista’ timmaniġġja, sa mill-bidu nett, il-kriżijiet ikkawżati mid-diżastri naturali;

19.

Tqis li huwa neċessarju li jkun hemm riafforestazzjoni f’Ħaiti, minħabba li s-sitwazzjoni attwali tagħmel lill-pajjiż estremament vulnerabbli għal kull tip ta’ diżastru naturali, u li jinsabu alternattivi ekonomiċi u sostenibbli għad-deforestazzjoni għat-tisjir tal-ikel;

20.

Tistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Kummissarju għall-Koperazzjoni Internazzjonali, l-Għajnuna Umanitarja u r-Rispons f’Każ ta’ Kriżi biex ikollhom rwol ewlieni fil-koordinazzjoni tar-rispons tal-UE f’każ ta’ kriżi, f’koperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti, filwaqt li jintużaw ir-responsabilitajiet li nħolqu skont it-Trattat ta’ Lisbona biex ikun ikkoordinat aħjar ir-rispons tal-UE għal kriżijiet fil-ġejjieni, filwaqt li jinbena fuq dak li diġà nkiseb.

21.

Tinkoraġġixxi bis-sħiħ it-twaqqif, f’livell internazzjonali, ta’ mekkaniżmi operazzjonali ta’ protezzjoni ċivili li jistgħu jintużaw f’sitwazzjonijiet simili għal dik ta’ Ħaiti, fuq il-bażi tal-pożizzjonar reġjonali minn qabel jew inkella jiddependi mill-frekwenza jew mill-prevedibilità tad-diżastri;

22.

Tistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta proposti mill-aktar fis possibbli għall-istabbiliment ta’ Forza tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE bbażata fuq il-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE u li tippermetti lill-UE tiġbor ir-riżorsi meħtieġa biex tingħata l-ewwel għajnuna umanitarja ta’ emerġenza fi żmien 24 siegħa wara li jkun seħħ diżastru;

23.

Tistieden lill-Unjoni Ewropea, fid-dawl tal-importanza tal-integrazzjoni u l-koperazzjoni reġjonali fir-reġjun tal-Karibew, biex tirrilaxxa fondi speċjali għar-reġjuni Franċiżi l-aktar mbiegħda tal-Karibew (il-Gwadelup, il-Martinique, il-Gujana) sabiex ikunu jistgħu jkomplu u jsaħħu l-għajnuna tagħhom lill-poplu ta’ Ħaiti;

24.

Tappella b’urġenza lill-Gvern ta’ Ħaiti mwaqqaf mill-ġdid biex jagħmel ħiltu biex jistabbilixxi u jsaħħaħ id-demokrazija f’Ħaiti;

25.

Tilqa’ r-rispons pożittiv tal-Unjoni Afrikana għall-proposta tal-President tas-Senegal, Abdoulaye Wade, appoġġjata minn riżoluzzjoni tal-Parlament tas-Senegal, dwar id-dritt għar-ritorn tal-Ħaitjani, u tħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex tmexxi din il-proposta ‘l quddiem billi tadotta riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti;

26.

Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, lill-President u lill-Gvern ta’ Ħaiti, lill-Kunsill AKP, lill-Istati Membri tal-Caricom, lill-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, lis-Sotto-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Affarijiet Umanitarji u l-Għajnuna ta’ Emerġenza, lill-Bank Dinji, lill-Fond Monetarju Internazzjonali u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

RIŻOLUZZJONI (10)

dwar l-appoġġ għall-konsolidazzjoni tal-paċi fis-Sudan tan-Nofsinhar

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

wara li ltaqgħet f’Tenerife (Spanja) mid-29 ta’ Marzu sal-1 ta’ April 2010,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat il-Ftehima Komprensiva ta’ Paċi (CPA) iffirmata mill-Gvern tas-Sudan u l-SPLM/A (il-Moviment/Armata Popolari għall-Ħelsien tas-Sudan) f’Jannar 2005,

wara li kkunsidrat il-Kostituzzjoni Nazzjonali Interim tas-Sudan, li ġiet adottata fl-2005,

wara li kkunsidrat il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, it-tnejn li ratifikati mis-Sudan,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet dwar is-Sudan tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidrat il-ħidma tal-Kumitat Ministerjali tal-Unjoni Afrikana dwar Rikostruzzjoni u Żvilupp ta’ Wara Konflitt fis-Sudan u inizjattivi oħra tal-Unjoni Afrikana,

wara li kkunsidrat ir-rapport mill-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana dwar il-proċess tal-implimentzzjoni tal-Ftehima Komprensiva ta’ Paċi (CPA),

wara li kkunsidrat il-komunikat tal-201 laqgħa tal-Kunsill għall-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana, li saret f’Addis Ababa fis-26 ta’ Awwissu 2009,

wara li kkunsidrat il-kodiċi ta’ kondotta tal-UE dwar il-kummerċ fl-armi żgħar u ħfief u s-sistemi konvenzjonali tan-NU għall-armi,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet preċedenti tagħha dwar is-Sudan u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Parlament Pan-Afrikan dwar is-Sudan,

wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE dwar is-Sudan,

wara li kkunsidrat il-Briefing tal-Politika tal-Gruppi ta’ Kriżi Internazzjonali tas-17 ta’ Diċembru 2009 bl-isem “Sudan: Preventing Implosion” (Is-Sudan: Nevitaw l-Implożjoni),

wara li kkunsidrat ir-rapport konġunt tal-NGO ta’ Jannar 2010 bl-isem “Rescuing the peace in Southern Sudan” (Insalvaw il-paċi fin-Nofsinhar tas-Sudan,

A.

billi s-CPA temmet il-gwerra ċivili terribbli u qerrieda li swiet lis-Sudan aktar minn żewġ miljun ħajja u li wasslet għal kważi erba’ miljun refuġjat u persuna spostata,

B.

Hija konxja tal-fatt li l-gwerra ċivili kif ukoll iż-żieda fil-vjolenza jistgħu jiġu attribwiti lil:

tilwim dwar ir-riżorsi naturali u l-kondiviżjoni tal-poter,

id-disponibilità mifruxa tal-armi żgħar u ħfief,

għall-inkursjonijiet brutali u mdemmija, kontinwi u frekwenti mil-Lord’s Resistance Army (LRA), li huwa grupp ribelli Ugandiż li jopera minn barra l-Uganda,

C.

billi, barra minn hekk, is-CPA għandha perjodu interim fiss għal sitt snin (2005-2011) li jistabbilixxi l-objettivi li għandhom jinkisbu taħt l-intestatura ta’ “dividendi tal-paċi” u ċerti dati ewlenin, bħal pereżempju l-elezzjonijiet nazzjonali li oriġinarjament kienu skedati għall-2009 u r-referendum dwar l-awtodeterminazzjoni tan-nies tas-Sudan tan-Nofsinhar li huwa skedat għal Jannar 2011,

D.

billi l-elezzjonijiet nazzjonali li jmiss huma l-ewwel elezzjonijiet li se jsiru wara l-konklużjonijiet tas-CPA u huma kruċjali għall-proċess tal-paċi, qabel ma wieħed jgħaddi għar-referendum dwar l-awtodeterminazzjoni tas-Sudan tan-Nofsinhar u għar-referendum ta’ Abyei,

E.

billi huma meħtieġa soluzzjonijiet rigward iċ-ċittadinanza, il-partijiet li fadal tad-demarkazzjoni tal-fruntiera mit-tramuntana san-nofsinhar, iż-żmilitarizzazzjoni taż-żoni tal-fruntieri, u l-kondiviżjoni tar-riżorsi, inkluż iż-żejt, qabel ma jsir ir-referendum dwar l-awtodeterminazzjoni tan-Nofsinhar,

F.

billi t-tilwima dwar iċ-ċensiment ġiet evitata permezz tal-ftehima bejn iż-żewġ partijiet, ftehima li talloka 40 siġġu addizzjonali fl-Assemblea nazzjonali għall-SPLM/A,

G.

billi l-SPLM jikkontesta l-eżattezza tad-dejta finali taċ-ċensiment ta’ Mejju 2008 dwar id-djar u l-popolazzjoni; billi fin-Nofsinhar ġie rreġistrat 108 % tan-numru eliġibbli kalkolat tal-votanti,

H.

billi l-progress reċenti tan-negozjati bejn il-Parit tal-Kungress Nazzjonali (NCP) u l-SPLM rigward il-liġi tar-referendum tan-Nofsinhar tas-Sudan, ir-referendum taż-żona Abuei u l-konsultazzjonijiet popolari fin-Nofsinhar ta’ Khordofan u fiż-żoni tal-Blue Nile huma meqjusa bħala passi pożittivi,

I.

billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU, Ban Ki-moon għamilha ċara li n-Nazzjonijiet Uniti se jistinkaw biex jappoġġjaw il-partiti fl-isforzi tagħhom biex jagħmlu l-unità attraenti u biex idaħħlu f’referendum l-eżerċitar min-nies tan-Nofsinhar tas-Sudan tad-dritt tagħhom għall-awtodeterminazzjoni,

J.

billi l-Missjoni ta’ Żamma tal-Paċi tan-NU (UNMIS) ġiet imwaqqfa fl-2005 bl-għan ewlieni li tappoġġja l-implimentazzjoni tas-CPA u bagħtet aktar minn 9 000 persunal militari fuq missjonijiet u għandha aktar minn 3 000 persuna bħala parti mill-persunal ċivili lokali u internazzjonali; billi l-UNMIS iffukat fuq is-sorveljanza tas-CPA bi ħsara tal-mandat tagħha tal-protezzjoni ċivili,

K.

billi waqt il-laqgħa tiegħu ta’ Jannar 2010, il-Kumitat Ministerjali tal-Unjoni Afrikana dwar Rikostruzzjoni u Żvilupp ta’ Wara Konflitt fis-Sudan enfasizza l-ħtieġa li l-partiti Sudaniżi għandhom jistinkaw biex jegħlbu l-isfidi li se jiltaqgħu magħhom fl-implimentazzjoni tas-CPA, inkluż il-kondotta ta’ suċċess tal-elezzjonijiet u t-trasformazzjoni demokratika tal-pajjiż, id-demarkazzjoni tal-fruntieri, is-soluzzjoni tal-kwistjoni ta’ Abyei fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ, u l-indirizzar tal-kwistjoni tan-nuqqas ta’ sigurtà fis-Sudan tan-Nofsinhar,

L.

billi ż-żieda rapida fil-ġlied tribali fin-Nofsinhar tas-Sudan wasslet għall-qtil ta’ elufi ta’ nies mill-bidu tal-2009, u l-aktar vittmi kienu n-nisa u t-tfal, f’żoni rurali mbiegħda; billi mill-bidu tal-2010 mijiet ta’ nies mietu kawża tal-mibgħeda fl-Istat ta’ Warrap,

M.

billi s-Sudan tan-Nofsinhar huwa wieħed mir-reġjuni l-anqas żviluppati fid-dinja; billi l-Fond tan-NU għall-Popolazzjoni jevalwa l-litteriżmu fis-Sudan tan-Nofsinhar għal 24 %; billi 90 % tan-nisa ma jafux jiktbu jew jaqraw,

N.

billi, skont il-Programm tal-Ikel ta’ Warrap, il-vjolenza ġiegħlet 350 000 persuna jitilqu malajr mid-djar tagħhom fl-2009, u minħabba dan saru dipendenti fuq l-għajnuna alimentari; billi s-skarsezza tax-xita staġjonali tas-sena li għaddiet qerdet il-ħsad ukoll; billi 4.3 miljun persuna kienu jeħtieġu għajnuna alimentari, żieda mill-miljun li kien hemm is-sena li għaddiet,

O.

billi, skont id-WHO, is-Sudan tan-Nofsinhar għandu nuqqas qawwi ta’ tobba, b’0.22 tobba għal kull 1 000 persuna u l-gvern isostni li 25 % tal-popolazzjoni biss għandhom aċċess għas-servizzi tas-saħħa; billi s-Sudan tan-Nofsinhargħandu l-ogħla rata dinjija tal-mortalità tal-ommijiet u wieħed minn kull 7 itfal imut qabel ma jagħlaq 5 snin; billi skont il-Kummissjoni tas-Sudan tan-Nofsinhar dwar l-AIDS, l-għarfien dwar l-HIV huwa taħt l-10 %; billi l-gvern tas-Sudan tan-Nofsinhar se jkompli għaddej bi pjan ta’ rikostruzzjoni tas-sistema tas-saħħa,

P.

billi l-komunità tad-donaturi ma ssodisfatx l-impenji li ħadet fl-2005 f’Oslo (in-Norveġja), u frazzjoni żgħira biss tal-USD 4.8 biljun tal-għajnuna mwiegħda verament waslet fis-Sudan tan-Nofsinhar,

Q.

billi, wara l-iffirmar tas-CPA, il-Kummissjoni Ewropea kompliet tikkopera mas-Sudan u tat aktar minn EUR 500 miljun, partikolarment fl-oqsma tal-attivitajiet ta’ rkupru, riabilitazzjoni u żvilupp ta’ wara konflitt; billi minħabba li s-Sudan iddeċieda li ma jirratifikax l-ewwel reviżjoni tal-Ftehima ta’ Cotonou, huwa m’għadux eliġibbli li jirċievi għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u billi l-Kummissjoni Ewropea qed taħdem fuq soluzzjoni għal dan,

1.

Terġa’ tafferma b’mod solenni l-appoġġ sħiħ tagħha għas-CPA u titlob b’urġenza lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jimplimentawha b’mod effikaċi u olistiku sabiex jippromwovu l-paċi komprensiva fis-Sudan; titlob li jkun hemm koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Gvern Sudaniż u l-Gvern tas-Sudan tan-Nofsinhar (GoSS), sabiex jitneħħew kwalunkwe ostakoli għas-suċċess tal-aġenda tas-CPA;

2.

Tistieden ukoll lill-UA, lill-UE u lill-komunità internazzjonali biex jaslu għal ftehima malajr dwar l-azzjoni u l-miżuri biex jappoġġjaw il-partiti Sudaniżi fl-implimentazzjoni tas-CPA u jippromwovu l-governanza demokratika fis-Sudan;

3.

Tirrikonoxxi l-irwol li kellhom s’issa ż-żewġ imsieħba firmatarji fis-CPA (l-NCP u l-SPLM) u l-poplu Sudaniż fir-rispett għall-ftehima tal-paċi tagħhom; u titlobhom biex iqanqlu r-rieda tajba, politika u fundamentali tagħhom sabiex jegħlbu l-intoppi u jiffinalizzaw l-implimentazzjoni tas-CPA skont kif inhu stipolat;

4.

Tistieden lill-NCP u lill-SPLM biex jimplimentaw ir-riformi demokratiċi ewlenin meħtieġa biex jiżguraw li l-elezzjonijiet nazzjonali u r-referendum tas-Sudan tan-Nofsinhar ikunu kredibbli, liberi u ġusti;

5.

Tinsisti li l-libertajiet fundamentali kollha mogħtija mill-Kostituzzjoni Interim jiġu implimentati fil-prattika u tistieden lill-awtoritajiet kompetenti, partikolarment il-Kummissjoni Elettorali, biex jegħlbu l-problemi tekniċi li għad fadal fil-fażi tal-preparazzjoni għall-elezzjonijiet;

6.

Tappoġġja lin-nies tas-Sudan, li l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-proċess tar-reġistrazzjoni tal-votanti turi interess sinifikanti fil-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet li ġejjin;

7.

Tilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li permezz tal-listi magħluqa tal-partiti għan-nisa (25 %) is-Sudan se jkollu wieħed mill-ogħla persentaġġi ta’ rappreżentazzjoni fil-parlament min-nisa fir-reġjun, iżda tixtieq ukoll tara lin-nisa proposti mill-partiti barra mil-listi tan-nisa;

8.

Tistieden liż-żewġ partiti, lill-Unjoni Afrikana u lill-komunità internazzjonali biex iqisu r-relazzjonijiet futuri politiċi, ekonomiċi u ta’ sigurtà bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar f’każ li l-firda tiġi approvata fir-referendum, inklużi l-mekkaniżmi ta’ tranżizzjoni għall-firda; tqis li hemm bżonn ta’ perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ wara r-referendum sabiex il-ftehimiet ta’ qabel ir-referendum, li jistabbilixxu t-termini ta’ firda paċifika, ikunu jistgħu jiġu implimentati u mmaniġġjati adegwatament;

9.

Tistieden liż-żewġ partijiet tas-CPA biex joħolqu ambjent paċifiku u stabbli sabiex isir referendum trasparenti u kredibbli kif hemm stipolat fis-CPA;

10.

Tistieden lill-partiti kollha biex iwaqqfu l-vjolenza; tistieden lill-GoSS biex jiffaċilita d-djalogu intertribali u biex jistabbilixxi mekkaniżmi istituzzjonali għall-kisba u għas-sostenn tar-rikonċiljazzjoni tribali;

11.

Tistieden lill-GoSS biex jagħmel aktar sforzi fuq is-sigurtà fil-livell lokali, filwaqt li jagħti attenzjoni lill-kompożizzjoni etnika tal-unitajiet, u biex jagħti prijorità lir-riforma tal-pulizija, billi jżid mad-dokumenti eżistenti ta’ strateġija u l-Att tal-Pulizija tal-2009; tenfasizza l-importanza tar-riforma tas-settur tas-sigurtà;

12.

Tħeġġeġ lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti:

biex jagħmel ir-riżorsi kollha mwiegħda għad-dispożizzjoni tal-UNMIS, sabiex hija tkun tista’ twettaq il-missjoni tagħha taħt l-aqwa kundizzjonijiet;

biex jagħmel il-protezzjoni ċivili bħala prijorità tal-UNMIS;

biex jipprovdi linji gwida ċari għall-UNMIS u jipprovdi taħriġ lill-persunal kollu tiegħu dwar ir-responsabilitajiet tiegħu tal-protezzjoni ċivili;

biex ikompli jieħu sehem fis-soluzzjoni tal-problema tal-LRA u jagħmel ħiltu biex isib soluzzjoni komprensiva u sostenibbli;

13.

Tistieden lill-UNMIS biex ikollha rwol aktar attiv fil-protezzjoni civili u biex issir imsieħba attiva fil-prevenzjoni tal-konflitt lokali, f’koperazzjoni mal-awtoritajiet tribali;

14.

Tqis li l-kwistjoni Tramuntana-Nofsinhar ma tistax tiġi meqjusa b’mod separat u li r-rikonċiljazzjoni hija element ewlieni f’paċi dewwiema fis-Sudan tan-Nofsinhar; għalhekk tistieden lill-partijiet kollha biex jirrispettaw id-drittijiet bażiċi tal-bniedem tal-popolazzjoni, biex jagħmlu l-protezzjoni ċivili bħala qasam ta’ prijorità, biex iwaqqfu l-impunità u biex itellgħu l-qorti lill-persuni li huma suspettati kriminali sabiex tinbena l-fiduċja;

15.

Tistieden lill-UE, u lil donaturi oħra, partikolarment dawk li ħadu impenji fil-Konferenza tad-Donaturi ta’ Oslo tal-2005, biex jirrikonoxxu l-ħtiġijiet sinifikanti umanitarji u ta’ żvilupp fin-Nofsinhar tas-Sudan u biex jiżguraw li l-fondi allokati jirriflettu dawn il-ħtiġijiet u jiġu rilaxxati; tkompli tistidinhom biex jappoġġjaw il-gvern biex tiġi formulata viżjoni strateġika għall-irwoli tal-mekkaniżmi eżistenti tal-fondi u biex jinsabu modi kreattivi biex jiġu appoġġjati l-organizzazzjonijiet indiġeni, filwaqt li jiġi rikonoxxut il-fatt li soċjetà ċivili b’saħħitha hija neċessarja għall-istabbilità tan-Nofsinhar tas-Sudan;

16.

Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill AK-PUE, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Unjoni Afrikana, lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-parlamenti nazzjonali, reġjonali u kontinentali tal-Grupp AKP.

DIKJARAZZJONI

Il-ftehima bejn l-UE u l-Amerika Latina dwar il-banana u l-impatt tagħha fuq il-produtturi tal-banana fl-AKP u fl-UE

Il-ftehim

A.

F’Diċembru tal-2009 l-UE laħqet ftehima fid-WTO mal-produtturi tal-Istati Uniti u tal-Amerika Latina biex twaqqaf it-tilwima li ilha għaddejja ħafna dwar il-banana.

B.

Il-ftehim se jġib miegħu tnaqqis tariffarju (35 % bejn l-2010 u l-2017 l-aktar kmieni) għall-importazzjonijiet mhux tal-AKP u, konsegwentement, se jhedded il-kompetittività tal-produtturi tal-AKP u tal-UE.

C.

Aktar minn hekk, attwalment l-UE qed torganizza diskussjonijiet bilaterali ma' ċerti pajjiżi tal-Amerika Latina, bl-għan li jiġu ffirmati ftehimiet ta' kummerċ ħieles, li jistgħu jwasslu għal aktar tnaqqis tariffarju u li jistgħu jnaqqsu b’mod konsiderevoli kwalunkwe benefiċċji implikati għall-produtturi tal-banana tal-AKP li ġejjin mill-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs).

D.

Il-banana hija r-raba’ l-akbar espertazzjoni agrikola dinjija. Is-suq tal-UE jammonta għal aktar minn terz tal-importazzjonijiet kollha.

E.

Il-kumpaniji multinazzjonali li joperaw fl-Amerika Latina jikkontrollaw aktar minn 80 % tas-suq globali.

F.

Fl-2008, 72 % tal-banana mibjugħa fl-Ewropa kienet diġà mill-Amerika Latina, filwaqt li l-pajjiżi tal-AKP u tal-UE kienu jirrappreżentaw biss 17 % u 10.5 % rispettivament. Bażikament, l-esportazzjoni kollha tal-banana mill-AKP imorru għall-UE, filwaqt li l-pajjiżi tal-Amerika Latina jesportaw ukoll lill-Amerika ta' Fuq u t’Isfel u lir-Russja.

G.

Il-produzzjoni tal-banana għandha impatt kbir fuq il-komunitajiet lokali, mhux biss f’termini ekonomiċi, iżda wkoll fir-rigward tal-istandards ambjentali, tal-migrazzjoni, tas-sess u tax-xogħol.

H.

F’ċerti pajjiżi tal-Amerika Latina l-produzzjoni tal-banana minn kumpaniji multinazzjonali ġiet marbuta ma' livell għoli ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

I.

Il-ftehima se tidħol fis-seħħ meta u jekk il-Parlament Ewropew jagħti l-kunsens tiegħu u l-Kunsill jawtorizza l-konklużjoni tagħha.

L-impatt

J.

L-effetti tal-ftehima, li hija tentattiv biex jintlaħqu l-objettivi sostenibbli ta' żvilupp mal-obbligi tad-WTO, diġà qed jinħassu.

K.

Il-produtturi tal-AKP se jiġu affettwati ħażin jekk jitilfu parti sinifikanti tal-protezzjoni tariffarja tagħhom. Xi pajjiżi tal-AKP, li jiddependu ħafna fuq l-esportazzjonijiet tal-banana, jistgħu jesperjenzaw it-telf tal-industriji tal-esportazzjoni tagħhom flimkien ma' konsegwenzi soċjali u ekonomiċi severi.

L.

Mingħajr miżuri xierqa ta' akkumpanjament ir-reġjuni Ewropej li jipproduċu l-banana, li ftit minnhom huma mill-ifqar fl-UE u li diġà qed jaffaċċjaw rata għolja ta' qgħad, se jbatu minn konsegwenzi soċjoekonomiċi qawwija.

M.

Il-kumpaniji multinazzjonali se jibbenefikaw ħafna bi ħsara tal-komunitajiet tal-biedja fuq skala żgħira tal-UE/AKP.

N.

Ir-reġjuni AKP u dawk Ewropej li jipproduċu l-banana jeħtieġu aktar appoġġ finanzjarju biex iżommu din l-attività ekonomika ewlenija sabiex jikkompetu mal-banana ta' reġjuni oħra b’livelli verament baxxi ta' pagi, kundizzjonijiet soċjali u regoli ambjentali.

O.

Il-fatt għaddejna għal banana dejjem aktar irħisa x’aktarx li jikkawża ġirja sa isfel nett fit-termini tal-istandards tax-xogħol, inkluż it-tħaddim tat-tfal furzat, il-protezzjoni ambjentali, il-korruzzjoni u l-evażjoni tat-taxxa fis-settur tal-banana.

P.

Il-Kummissjoni Ewropea ġabret flimkien pakkett ta' appoġġ għall-produtturi tal-AKP (miżuri ta' akkumpanjament tal-banana), li jammonta għal EUR 190 miljun f’temp ta' erba’ snin, b’EUR 10 miljun żejda li jiddependu fuq ċerti kundizzjonijiet. Dan l-appoġġ ma jikkunsidrax aktar tnaqqis tariffarju li jirriżulta mill-ftehimiet bilaterali ta' kummerċ mal-pajjiżi tal-Amerika Latina.

Q.

Il-konċessjonijiet il-ġodda mogħtija lill-Kolombja u lill-Peru u li diġà huma mitluba mill-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali jmorru lil hinn ħafna aktar minn dawk inklużi fil-ftehima reċenti u jistgħu jiddestabbilizzaw pajjiżi oħra fir-reġjun, kif ukoll l-ekonomiji ta' produtturi oħra tal-banana fil-pajjiżi AKP u fl-UE.

R.

L-ebda appoġġ addizzjonali mhuwa previst għall-produtturi tal-UE, partikolarment mir-reġjuni l-aktar imbiegħda.

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, filwaqt li terġa’ tfakkar li l-koerenza politika għall-iżvilupp issa tinsab stabbilita fit-Trattat ta' Lisbona, titlob li:

1.

Il-Kummissjoni tagħmel stima tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-ftehima dwar il-banana ta' bejn l-UE u l-Amerika Latina għall-produtturi tal-banana fl-AKP u fl-UE, kif stipulat fid-Dikjarazzjoni XXIII tal-Ftehima ta' Cotonou;

2.

Il-Kummissjoni tqis li jkun li żżid il-pakkett finanzjarju biex tgħin lill-produtturi AKP u dawk Ewropej jaġġustaw ruħhom għas-sistema l-ġdida u li tħaffef id-distribuzzjoni ta' dawn il-fondi;

3.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li tagħti għajnuna teknika u finanzjarja speċifika u addizzjonali lill-pajjiżi tal-AKP biex jiġu indirizzati l-effetti soċjali u ambjentali, ir-restrizzjonijiet min-naħa tal-provvista u biex tippromwovi d-diversifikazzjoni wara l-2013;

4.

L-UE tressaq ‘il quddiem miżuri li jgħinu lill-istati li huma dipendenti ħafna fuq il-banana biex jiddiversifikaw l-ekonomiji tagħhom, inkluż aktar għajnuna għall-kummerċ, filwaqt li jiġu sodisfati l-kontribuzzjonijiet ta' għajnuna għall-kummerċ tal-KE u tal-Istati Membri ta' EUR 1 biljun kull wieħed (b’50 % disponibbli għall-pajjiżi tal-AKP);

5.

Il-Kummissjoni tipprovdi appoġġ biex jiġi kkumpensat it-telf li jkunu ġarrbu l-produtturi tal-UE, tistabbilixxi gradwalment miżuri li jinkoraġġixxu produzzjoni sostenibbli tal-banana fl-UE u tiżgura l-applikazzjoni effikaċi tal-klawsola tal-protezzjoni tal-banana fil-ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali;

6.

Kwalunkwe tnaqqis tariffarju skont il-ftehimiet kummerċjali bilaterali ma' nazzjonijiet tal-Amerika Latina lil hinn mill-ftehima tad-WTO ikun jista’ jwassal għal miżuri adegwati ta' kumpens;

7.

Il-Kummissjoni tipprovdi lill-produtturi tal-AKP u tal-UE ċertezza legali ġenwina dwar il-futur tas-sistemi tal-kummerċ tal-banana u li l-parlamenti nazzjonali tal-PE u tal-AKP ikomplu jissorveljaw din il-kwistjoni mill-qrib;

8.

L-awtoritajiet tal-UE u tal-AKP jagħmlu ħilithom sabiex jiżguraw li n-nazzjonijiet kollha li jipproduċu l-banana japplikaw b’mod effikaċi l-aspetti kollha tal-aġenda tax-xogħol deċenti tal-ILO.

9.

Il-Kummissjoni tqajjem kuxjenza dwar il-kummerċ etiku biex tiskoraġġixxi lill-bejjiegħa Ewropej bl-imnut milli jimpurtaw banana minn produtturi b’politiki mhux xierqa dwar l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni, l-istandards tax-xogħol u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

10.

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra bis-serjetà l-impatt tal-kwistjonijiet mqajma f’din id-dikjarazzjoni qabel ma jagħti l-kunsens tiegħu għall-ftehim dwar il-banana.

Il-konklużjonijiet dwar id-Dokument ta’ Strateġija Reġjonali (RSP) u l-Programm Indikattiv Reġjonali (RIP) skont l-Għaxar FEŻ - Karibew

Il-kuntest fir-reġjun

Ir-reġjun jaffronta diversi sfidi ta’ żvilupp sostenibbli: popolazzjonijiet żgħar; trasport limitat u li jiswa l-flus; vulnerabilità estrema għat-tibdil fil-klima u għad-diżastri naturali; ekonomiji tal-agrikoltura li biha jitkabbar tal-istess prodott b’għażliet limitati għad-diversifikazzjoni.

Il-Federazzjoni tal-Indji tal-Punent (1958-1963) nediet formalment il-proċess ta’ integrazzjoni fir-reġjun. Il-CARIFTA reġgħet bdiet il-proċess ta’ integrazzjoni fl-1967 u mill-1973, il-CARICOM żiedet impetu addizzjonali lill-proċess permezz ta’ diversi inizjattivi bħall-koperazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-politika barranija u r-rapport Girvan dwar Viżjoni Unika għal Ekonomija Unika. Fl-1992, twaqqaf il-CARIFORUM. Dan jinkludi l-pajjiżi tal-Caricom (11) kif ukoll ir-Repubblika Dumnikana u Kuba bħala membri u huwa firmatarju il-Ftehima ta’ Cotonou.

L-irwol tal-COFIFORUM huwa maqsum fi tnejn: li jikkoordina l-allokazzjoni u l-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-RSP/RIP kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ programmi reġjonali oħra ffinanzjati mill-Istati Membri tal-UE fost donaturi oħra.

Fil-preżent l-isforzi ta’ integrazzjoni reġjonali jikkonċentraw fuq is-CSME, u d-data fil-mira tiegħu hija l-2015, u fuq il-Fażi II, imfassla biex tikkonsolida u tlesti l-Ekonomija Unika.

Minkejja dawn l-inizjattivi, il-proċess ta’ integrazzjoni fir-reġjun attwalment huwa nieqes minn ċertu impetu. Uħud jargumentaw li dan hu dovut għan-nuqqas ta’ appoġġ fundamentali waqt li oħrajn jemmnu li l-istaġnar jista’ jiġi attribwit lill-konċentrazzjoni politika fuq il-kwistjonijiet nazzjonali, lill-politika bbażata fuq perjodu qasir maħluqa minn bdil frekwenti tar-rappreżentanti eletti jew lit-twemmin politiku li l-integrazzjoni tas-suq dinji tista’ toffri qligħ ekonomiku aktar sostanzjali. Ħafna jagħrfu madankollu li nuqqas ta’ riżorsi xekkel il-proċess u l-RDP/RIP għandhom għalhekk jindirizzaw dan b’mod adegwat.

L-RSP/RIP tal-Karibew

L-RSP/RIP għandhom jindirizzaw l-isfidi msemmija hawn fuq jekk għandhom irawmu l-integrazzjoni reġjonali u l-integrazzjoni tar-reġjun fl-ekonomija globali. Barra dan, l-RSP/RIP għandhom jappoġġjaw ir-reġjun fl-implimentazzjoni tiegħu tal-EPA bejn il-Cariforum u l-UE.

Skont l-RSP/RIP hemm EUR 165 miljun għad-dispożizzjoni tal-Karibew:

Qasam Prijoritarju: L-Integrazzjoni/Koperazzjoni Ekonomika Reġjonali u l-bini tal-kapaċità tal-EPA (allokazzjoni 85-90 % jew EUR 143 miljun)

L-oqsma ewlenin ta’ intervent previsti huma bbażati fuq diversi proċessi ta’ integrazzjoni u koperazzjoni tal-CARIFORUM eżistenti: l-unjoni ekonomika tal-OECS; is-CSME; it-tkabbir tas-swieq reġjonali; l-implimentazzjoni tal-EPA (li se tiġi allokata EUR 72.6 miljun) u l-iżvilupp tar-riżorsi umani fl-istituzzjonijiet reġjonali.

Qasam mhux prijoritarju: Il-Vulnerabilitajiet u l-Kwistjonijiet Soċjali (allokazzjoni ta’ 10-15 % jew EUR 22 miljun)

Il-qasam mhux prijoritarju għandu l-għan li jagħti attenzjoni partikolari lill-kriminalità u s-sikurezza, is-setgħa tal-atturi mhux statali u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet.

Analiżi tal-RSP/RIP

Bord ta’ esperti indipendenti: huwa importanti li s-soċjetà ċivili, l-akkademiċi u s-settur privat ikunu involuti għalkollox fil-proċess ta’ reviżjoni ta’ terminu medju tal-RIP/RSP.

Il-JPA għalhekk tappoġġja t-twaqqif ta’ bord ta’ esperti indipendenti b’mandat biex jidentifika l-karatteristiċi li jillimitaw it-tkabbir rapidu u ż-żieda tal-għajxien fir-reġjun. Wara l-identifikazzjoni tad-dħul ta’ riżorsi finanzjarji u umani neċessarji, il-bord jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet finanzjarji u istituzzjonali dwar kif l-aħjar jiġi stimulat it-tkabbir u jitjieb l-għajxien.

L-Integrazzjoni/Koperazzjoni Ekonomika Reġjonali: Flimkien mal-bini tal-kapaċità u l-inizjattivi istituzzjonali appoġġjati skont il-qasam prijoritarju, il-JPA temmen li ammont mill-EUR 143 miljun għandu jiġi allokat għall-proġetti fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-ħolqien tax-xogħol, l-enerġija u t-trasport bl-ajru u bil-baħar.

Hemm potenzjal reali biex titrawwem l-integrazzjoni reġjonali u biex l-iżvilupp jingħata spinta permezz ta’ dan l-infiq maħsub u konkret.

L-Iżvilupp Ekonomiku: L-RSP/RIP jidentifikaw ħafna ostakoli għall-iżvilupp ekonomiku: tnejn minnhom huma l-konformità mal-istandards SPS tal-UE u l-għażliet limitati għad-diversifikazzjoni ekonomika.

Il-JPA tenfasizza l-ħtieġa li tiġi allokata parti ġusta tal-finanzjament għall-konformità mal-istandards SPS ta’ EUR 30 miljun tal-AKP lill-Cariforum. B’mod partikolari, dan il-finanzjament għandu jikkonċentra fuq is-settur tas-sajd kif ukoll fuq l-industriji żgħar bħall-akkwakultura, l-agroproċessar u s-servizzi (eż. iċ-ċentri tal-benesseri u l-ekoturiżmu).

Ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jagħtu spinta lid-diversifikazzjoni ekonomika u, b’mod partikolari, l-SMEs u s-settur tal-impriżi tal-agrikoltura jistgħu jibbenifikaw minn konċentrazzjoni akbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni.

L-implimentazzjoni tal-EPA: Barra l-allokazzjoni tal-RSP/RIP, ħafna mill-NIPs speċifiċi tal-pajjiżi huma orjentati lejn attivitajiet relatati mal-EPA bħall-kompetittività, ir-riformi tal-amministrazzjoni pubblika u l-infrastruttura. EUR 454 miljun mir-riżorsi tal-programmi nazzjonali (75 % tas-EUR 600 miljun disponibbli) huma allokati għall-assistenza relatata mal-kummerċ.

L-EPA teħtieġ organizzazzjoni u tibdil strutturali kbir. L-isfidi, eż. ir-rinfurzar tas-servizz legali, huma konsiderevoli u r-reġjun għandu jkun appoġġjat kif xieraq biex jissodisfa dawk l-isfidi.

Il-JPA tenfasizza l-importanza li l-KE u l-Istati Membri tal-UE jirrispettaw l-impenn tagħhom li jagħtu EUR 1 biljun kull wieħed lill-AfT (b’50 % disponibbli għall-pajjiżi tal-AKP) sal-2010. Kif imsemmi qabel, il-konformità tal-SPS tibqa’ prijorità.

Ir-reviżjoni tat-terminu medju tal-RSP/RIP (u, bl-istess mod, l-CSPs/NIPs) għanda tkun opportunità ġenwina biex ikun hemm reviżjoni tal-fondi jekk l-Istati Membri ma jissodisfawx il-wegħda tagħhom tal-AfT.

Is-sigurtà tal-ikel: Ir-rispons għall-kriżi globali tal-ikel kien bilmod fir-reġjun. Dan id-dewmien jenfasizza l-ħtieġa għal kunsens reġjonali dwar kif l-aħjar li tiġi inkoraġġuta l-produzzjoni agrikola. Filwaqt li ċerti pajjiżi diġà jagħtu prijorità lis-sigurtà tal-ikel fl-ippjanar tal-iżvilupp tagħhom, Strateġija Komprensiva dwar l-Iżvilupp Reġjonali tista’ tiżgura b’mod aktar effikaċi produzzjoni agrikola xierqa. Sabiex tiġi garantita s-sigurtà tal-ikel minn terminu medju sa wieħed twil, ir-reġjun għandu jiżura għajnuna għall-iżvilupp biex tistimula s-settur agrikolu.

Il-JPA tirrikonoxxi li l-KE tat EUR 1 biljun fi 3 snin għat-23 pajjiż l-aktar milqutin ħażin mill-kriżi tal-ikel u tilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li EUR 15.8 miljun intefqu f’Ħaiti fl-2009.

Ir-riżorsi umani u t-telf tal-għarfien: Ir-reġjun isib diffikultajiet biex jiżviluppa firxa wiesgħa ta’ għarfien espert intern u dan id-defiċit ma jippermettix l-iżvilupp uman, il-benesseri, id-diversifikazzjoni ekonomika u t-tkabbir.

Ir-reġjun huwa wkoll affettwat ħażin mit-telf qawwi ta’ għarfien (12). Il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-ġabra tar-riżorsi umani fir-reġjun itaffu l-problema sa ċertu punt u l-JPA għalhekk tilqa’ b’sodisfazzjon l-allokazzjoni ta’ kważi EUR 10 miljun għall-iżvilupp tar-riżorsi umani u l-bini tal-kapaċità fil-livell reġjonali.

Madankollu, sabiex il-problema tiġi trattata, ir-reġjun għandu jkun kapaċi joffri inċentivi lill-emigranti biex imorru lura d-dar u jaqsmu l-kapaċitajiet miksuba tagħhom għall-benfiċċju tar-reġjun.

Għandu jitħeġġeġ djalogu politiku serju u, b’mod partikolari, analiżi tal-Gujana u l-isforzi ta’ pajjiżi oħra biex il-migrazzjoni tittreġġa’ lura waqt l-1990 jistgħu jkunu istruttivi. Għaldaqstant, il-KE għandha talloka l-finanzi biex iżżid il-koperazzjoni reġjonali dwar il-kwistjonijiet tal-migrazzjoni u biex tinbena l-kapaċità biex jitnaqqas it-telf tal-għarfien.

It-tibdil fil-klima: It-tibdil fil-klima jolqot b’mod sproporzjonat l-istati tal-gżejjer żgħar bħal dawk tal-Karibew.

Għalkemm l-RSP/RIP ma jagħmlux dispożizzjonijiet biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima, fl-2009 il-Kummissjoni Ewropea allokat EUR 71 miljun biex tittratta l-migrazzjoni relatata mat-tibdil fil-klima u EUR 97 miljun għall-adattament. Il-Kummissjoni tkompli tippjana li tiddedika EUR 3 miljun lil Kuba u EUR 8 miljun permezz tal-GCCA għall-appoġġ tas-CCCCC fl-implimentazzjoni tal-istrateġija reġjonali.

Ikun ta’ għajnuna għall-JPA li jkollha aktar informazzjoni - f’termini kemm ta’ fondi kif ukoll ta’ koordinazzjoni - tal-inizjattivi u l-programmi reġjonali u tal-UE bħall-GCCA, l-Istrateġija tal-UE għat-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-Programm Tematiku DCI għal “Ambjent u Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali”, il-Programm ta’ Qafas Reġjonali tal-Komunità tal-Karibew għall-2005-2015 (tas-CDEMA), il-Qafas Komprensiv tal-Ġestjoni tad-Diżastri u l-Istrateġija (anke tas-CDEMA) u s-CCCCC.

Il-kwistjoni tas-sessi: Il-kwistjonijiet tas-sessi għandhom ikunu aktar ‘il quddiem fl-aġenda politika speċjalment fid-dawl tal-kriżi finanzjarja reċenti li għamlet ix-“Xogħol Deċenti” aktar diffiċli għan-nisa.

Il-koordinazzjoni tad-donaturi: Il-koerenza tal-istrateġiji tad-donaturi u l-modi ta’ implimentazzjoni hija bla dubju prijorità kemm biex jonqsu l-piżijiet fuq il-gvernijiet nazzjonali u l-istituzzjonijiet reġjonali iżda wkoll biex tiżdied l-effikaċja tal-assistenza internazzjonali. Madankollu, skont ir-rapporti minn diversi donaturi, diplomati u akkademiċi, il-prinċipji tad-Dikjarazzjonijiet ta’ Pariġi u ta’ Accra dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna għad fadlilhom biex jiġu implimentati b’mod xieraq.

Bħala donatur prinċipali, l-UE m’għandhiex tagħmel biss aktar sforzi biex tifforma r-rekwiżiti għad-donaturi tagħha stess iżda għandha taħdem ukoll ma’ dontauri oħra biex tiżdied il-koordinazzjoni u tonqos il-ħela. Il-JPA tappoġġja l-eżekuzzjoni konġunta tal-proġetti reġjonali (eż. l-CARTAC, il-PANCAP, is-CRNM u ħafna proġetti oħra tal-OECS) u tilqa’ b’sodisfazzjon l-irwol ewlieni tal-KE fil-koordinazzjoni tad-donaturi għall-PANCAP. Il-JPA tinkoraġġixxi lill-KE biex tipprovdi appoġġ finanzjarju li-CDEMA li jinvolvi ħafna donaturi involuti fil-ġestjoni tad-diżastri iżda li - skont l-RSP/RIP - attwalment m’għandux il-kapaċità li tikkoordina tassew lid-donaturi.

L-implimentazzjoni tal-għajnuna: Il-JPA tappoġġja l-istabbiliment ta’ fond għall-iżvilupp reġjonali – fi ħdan il-Fond għall-Iżvilupp tal-Caricom - għall-ġestjoni tal-FEŻ u fondi oħra.

Il-JPA tinsab ħerqana li tirċievi aktar informazzjoni dwar ir-riżultati tal-istudju tas-segretarjat tal-Cariforum kif ukoll dwar id-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-awtoritajiet reġjonali u l-BEI dwar il-possibilità li jiġi stabbilit Fond għall-Infrastruttura tal-Karibew ibbażat fuq il-mudell Afrikan.

Verifika: Barra s-superviżjoni parlamentari tal-RIP/RSP, il-JPA tirrakkomanda li għandha titwettaq verifika indipendenti. L-objettivi tagħha għandhom ikunu li l-ewwel nett tevalwa jekk sehem il-Cariforum tal-Għaxar FEŻ intefaqx b’mod effiċjenti jew le. Barra dan, il-verifika għandha tirrapporta jekk il-benefiċċji tal-Għaxar FEŻ inħassux bl-istess mod madwar ir-reġjun jew jekk kinux ikkonċentrati f’oqsma ġeografiċi jew settorjali partikolari.

Rakkomandazzjonijiet

Kif imsemmi hawn fuq, parti mill-qasam prijoritarju hija l-integrazzjoni u l-koperazzjoni ekonomika reġjonali.

Il-JPA tappoġġja bis-sħiħ dan l-objettiv filwaqt li tenfasizza li l-mira għandha tkun tkabbir ekonomiku sostenibbli u orjentat lejn l-iżvilupp li jista’ jsaħħaħ u jgħaqqad il-pożizzjoni ta’ negozjar tar-reġjun fil-fażi globali.

Bl-istess mod, il-bini tal-kapaċità tal-EPA huwa parti ewlenija tal-qasam prijoritarju u l-RSP/RIP għandhom għalhekk jipprovdu l-appoġġ tekniku u finanzjarju biex jiġu stabbiliti l-oqfsa relevanti.

Il-kontrobilanċ tal-effetti tal-migrazzjoni u tat-telf tal-għarfien, l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima huma l-isfidi prinċipali li jeħtieġu rispons reġjonali.

Hija meħtieġa, b’mod urġenti, koordinazzjoni aħjar tad-donaturi fir-reġjun. Il-JPA titlob lill-KE biex tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tagħha msemmija hawn fuq.

Filwaqt li l-Parlament Ewropew jista’ jipprovdi sorveljanza parlamentari fuq in-naħa tal-UE, għandu jiġi nnutat b’dispjaċir li dan huwa aktar diffiċli fuq in-naħa tal-Cariforum minħabba n-nuqqas ta’ parlament reġjonali.

LISTA TA’ ABBREVJAZZJONIJIET

AfT

Għajnuna għall-Kummerċ

CARICOM

Komunità tal-Karibew

CARIFTA

Assoċċjazzjoni għall-Kummerċ Ħieles tal-Karibew

CARIFORUM

Forum tal-Karibew tal-Istati tal-AKP

CARTAC

Ċentru Reġjonali ta’ Assistenza Teknika tal-Karibew

CCCCC

Ċentru Komunitarju għat-Tibdil fil-Klima tal-Karibew

CDEMA

Aġenzija tal-Karibew għall-Ġestjoni f’Każijiet ta’ Emerġenza tad-Diżastri

CRNM

Mekkaniżmu Reġjonali ta’ Negozjar tal-Karibew

CSME

Suq u Ekonomija Uniċi tal-CARICOM

CSP

Dokument ta’ Strateġija tal-Pajjiż

DCI

Strument għall-Finanzjament għall-Koperazzjoni għall-Iżvilupp

FEŻ

Fond Ewropew għall-Iżvilupp

BEI

Bank Ewropew tal-Investiment

EPA

Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika

GCCA

Alleanza Dinjija tat-Tibdil fil-Klima

JPA

Assemblea Parlamentari Konġunta

NIP

Programm Indikattiv Nazzjonali

OECD

Organizzazzjoni tal-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi

OECS

Organizzazzjoni tal-Istati tal-Karibew tal-Lvant

PANCAP

Sħubija Pan-Karibew kontra l-HIV/AIDS

RPTF

Forza ta’ Ħidma ta’ Tħejjija Reġjonali

SME

Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju

SPS

Standards Sanitarji u Fitosanitarji

Konklużjonijiet dwar id-Dokument ta' Strateġija Reġjonali (RSP) u l-Programm Indikattiv Reġjonali (RIP) skont l-Għaxar FEŻ - l-Afrika tal-Lvant u t'Isfel u l-Oċean Indjan

Id-Dokument ta' Strateġija Reġjonali (RSP) għall-Afrika tal-Lvant u t'Isfel u l-Oċean Indjan ikopri 21 Stat u 4 organizzazzjonijiet reġjonali (ROs) - COMESA, EAC, IGAD u COI. Din iż-żona ġeografika tinkludi wkoll ir-Reġjuni Ewropej l-Aktar Imbiegħda, La Réunion u Territorju Franċiż barra mill-pajjiż, Mayotte.

L-għanijiet u l-objettivi tal-RSP

L-għan tal-RSP kif ġie stabbilit mill-Unjoni Ewropea u d-diversi ROs imsieħba huwa li jikkontribwixxi għal tisħiħ tal-proċess ta' integrazzjoni reġjonali mmexxi minn dawn l-organizzazzjonijiet. L-enfasi titqiegħed fuq il-ftuħ tas-swieq u l-ħolqien ta' suq komuni.

L-istrateġija għandha l-objettiv aħħari li tikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar u li tgħin biex jinkisbu l-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju (MDGs). Bħal fil-każ tal-integrazzjoni reġjonali, dan l-objettiv jinkiseb permezz tat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp tal-kummerċ.

Il-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali mwettqa fl-Afrika tal-Lvant u t'Isfel u r-reġjun tal-Oċean Indjan

Ir-reġjun inkwistjoni huwa mmexxi minn erba' ROs prinċipali. Dawn l-erba' organizzazzjonijiet reġjonali jwettqu, fl-istess ħin, objettivi differenti iżda komplementari.

L-organizzazzjoni reġjonali li tinkludi l-akbar numru ta' pajjiżi fiż-żona hija l-COMESA. L-objettivi tagħha huwa li toħloq żona ta' kummerċ ħieles u unjoni doganali u monetarja fost il-membri tagħha u, b'dan il-mod, issir komunità integrata għalkollox u kompetittiva internazzjonalment bi standard ta' għajxien għoli għan-nazzjonijiet membri tagħha u kwalunkwe membri oħra li huma lesti li jingħaqdu mal-Komunità Ekonomika Afrikana (AEC).

Il-Komunità Afrikana tal-Lvant (EAC) tidher li qed twettaq objettivi simili għal dawk tal-COMESA, u saħansitra jidher li ssostitwixxiet lil din tal-aħħar: twaqqfet unjoni doganali fl-2005, suq komuni huwa ppjanat għall-2010 u unjoni monetarja għall-2010.

Iż-żewġ ROs prinċipali l-oħra fir-reġjun huma aktar limitati fil-qasam ta' applikazzjoni. Huma jkopru reġjuni iżgħar bi fruntieri kondiviżi jew, fil-każ tas-COI, dawn li jmissu mal-istess oċean.

Is-COI għandha diversi objettivi; is-solidarjetà fost in-nazzjonijiet u d-difiża tal-interessi tal-gżira fil-fora internazzjonali u fl-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni reġjonali; il-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-ambjent u tar-riżorsi naturali; id-dimensjoni reġjonali tal-iżvilupp uman.

L-objettivi tal-IGAD jikkonċentraw fuq: l-agrikoltura, l-ambjent, il-koperazzjoni soċjali u ekonomika, il-paċi u s-sigurtà u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.

L-Għajnuna mogħtija mill-RSP għat-tisħiħ tal-proċess ta' integrazzjoni reġjonali u l-kisba tal-MDGs.

Allokazzjoni ta' EUR 645 miljun ingħatat lill-RSP relatat mal-proċess ta' integrazzjoni ekonomika fir-reġjun. Għall-implimentazzjoni effikaċi ta' din l-istrateġija, l-erba' RECs qed jaħdmu flimkien f'Kumitat ta' Koordinazzjoni Interreġjonali.

Hija għalhekk responsabilità tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni Interreġjonali (li hu magħmul minn rappreżentanti tal-COMESA, l-AIC, is-COI u l-IGAD, kif ukoll minn rappreżentanti tal-UE u s-segretarjat tal-AKP) biex jieħu f'idejh il-kompitu ta' koordinazzjoni bl-għan li tinkiseb integrazzjoni reġjonali aktar effikaċi permezz ta' kummerċ u investiment li huma verament sinonimi mal-iżvilupp għall-pajjiżi kkonċernati. Il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni f'dan il-kumitat kisbu riżultati inkoraġġanti waqt l-implimetazzjoni tal-Għaxar FEŻ. Is-suċċess tal-aspirazzjoni biex jiġi ġġenerat żvilupp soċjali u biex jitkompla jogħla l-livell tal-istandards tal-għajxien permezz tat-tkabbir ekonomiku u l-ftuħ reġjonali tas-swieq jiddependi minn dan il-kumitat. Il-kumitat għandu jiżgura li d-diversi ROs jibqħu għaddejjin mingħajr ma jiġu involuti kollha kemm huma.

L-RSPs versus il-ftehimiet ta' sħubija ekonomika (EPAs)

L-EPAs huma maħsuba li jsostnu l-proċess ta' integrazzjoni reġjonali u mhux bil-kontra. Dan ifisser li huwa daqstant ieħor importanti li jiġi mtenni li wieħed ma jistax jimponi minn barra l-mod kif il-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali għandhom isiru, u l-UE għandha tikkuntenta ruħha bl-appoġġ tal-proċess(i) magħżul(a) mill-pajjiżi tal-AKP.

Is-SADEC, il-COMESA u l-IAC, fis-sammit ta' Kampala fl-2008, iddeċidew li jfasslu aġenda ta' ħidma maħsuba biex it-tliet ROs jersqu lejn xulxin sabiex il-liġijiet tagħhom jiġu armonizzati u jinħoloq suq uniku kbir. Il-proċess jikkonsisti fl-iffirmar preliminari ta' ftehima ta' kummerċ ħieles, li hija maħsuba li twassal għal unjoni dagonali u, imbagħad, għall-istabbiliment tal-AEC.

Fuq l-istess linja ma' dan il-proġett ewlieni li sar ftehim dwar bejn it-tliet ROs, hemm żewġ strateġiji reġjonali u tliet EPAs. Għalhekk, huwa diffiċli li jiġi stabbilit eżatt kif l-UE, permezz tal-Għaxar FEŻ u l-EPAs, beħsiebha tagħti l-appoġġ għall-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali mingħajr ma d-diversi Ros jispiċċaw f'kompetizzjoni bejniethom fl-istabbiliment ta' swieq komuni differenti (dan il-programm jibbenifika mill-fondi tal-FEŻ sa livell ta' 85 %) u mingħajr ma, fl-analiżi finali, tfittex li tappoġġja, l-ewwel u qabel kollox, l-istabbiliment tal-EPAs.

It-tliet EPAs li għaddejjin minn negozjati fiż-żewġ reġjuni stabbiliti mill-Għaxar FEŻ jidhru li huma meqjusa mill-kunsill tripartitiku ffurmat mill-COMESA, is-SADEC u l-EAC bħala l-pedamenti tal-binja tal-AEC. L-UE għandha għalhekk tiżgura li ż-żewġ strateġiji reġjonali li qed joperaw u t-tliet EPAs li għaddejjin minn negozjati ma jkollhomx l-effett li joħolqu diżorganizzazzjoni sostanzjali jew dewwiema f'dan il-proċess.

Il-kunsill tripartitiku COMESA-EAC-SADC fis-samit ta' Kampala f'Ottubru 2008 iddeċieda li jistabilixxi żona ta' kummerċ ħieles, li se tkun segwita minn unjoni doganali. L-EPAs li attwalment qed jiġu negozjati fil-konfigurazzjonijiet komponenti tal- kunsill tripartitiku għandhom isaħħu l-proċess ta' integrazzjoni li beda diġà.

L-objettiv tal-istrateġija biex tappoġġja l-paċi u l-istabilità reġjonali

L-integrazzjoni politika, il-governanza tajba u s-sigurtà umana huma l-fatturi prinċipali tas-suċċess tal-proċessi ta' integrazzjoni ekonomika. L-ebda waħda minnhom ma tista' titwettaq mingħajr l-oħra. L- objettiv II ta' din l-Istrateġija huwa maħsub biex jappoġġja din id-dimensjoni billi tingħata għajnuna lill-erba' ROs f'dan ir-reġjun biex jitjiebu l-livelli tagħhom ta' trasparenza, demokratizzazzjoni, sigurtà, stabilità u żvilupp sostenibbli. Minn din il-perspettiva, il-fażi preparatorja tal-programm tikkonċentra fuq l-identifikazzjoni sodisfaċenti ta' mekkaniżmi ta' koperazzjoni interreġjonali strateġiċi li jippromwovu l-paċi, id-demokratizzazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli fir-reġjun. Din il-fażi preliminari se tagħti bħala riżultat proġetti speċifiċi u maħsuba sew.

Il-programm jidher li beda fuq nota tajba. Madankollu, jista' jirriżulta li l-fondi allokati lilu ma jkunux proporzjonati mal-ambizzjonijiet u l-ħtiġijiet f'dan il-qasam.

Il-parteċipazzjoni ta' La Réunion u Mayotte f'din l-istrateġija

L-ewwel nett, huwa ta' dispjaċir li isem il-gżira ta' Mayotte, gżira li hija parti mill-Oċean Indjan, ma jidher imkien fl-istrateġija.

L-anness iddedikat għall-involviment ta' La Réunion fl-Għaxar FEŻ u fil-proċess ta' integrazzjoni reġjonali miexi fid-direzzjoni t-tajba. Madankollu, il-pożizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea mhumiex riflessi f'dak li qed tagħml tassew għal La Réunion fin-negozjati paralleli tal-EPAs. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra fil-livelli kollha r-Reġjuni l-Aktar Mbiegħda bħala forza motriċi potenzjali għall-iżvilupp tar-reġjun ġeografiku li jagħmlu parti minnu, u mhux biss fl-annessi tal-Għaxar FEŻ.

Huwa ta' dispjaċir ukoll li proġett kbir għall-iżvilupp tal-NICTs (Teknoloġiji Ġodda tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni), u b'mod partikolari tal-internet b'veloċità għolja, mhux speċifikament iffinanzjat mis-COI. Id-diskontinwità diġitali tippersisti madwar dan l-oċean, li huwa dipendenti ħafna b'mod naturali fuq il-konnessjonijiet sottomarittimi interkontinentali, u fejn hemm forzi tas-suq li jiżvantaġġaw lill-utenti f'termini ta' kwalità tas-servizzi offruti u l-ispiża għolja tagħhom meta mqabblin mar-reġjuni kontinentali. L-Għaxar FEŻ kien imissu jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' pjattaformi tad-distribuzzjoni tal-NICT fil-livell reġjonali, b'mod partikolari għas-COI.

Ikun tajjeb ukoll kieku l-Kummissjoni taħseb dwar it-tfassil ta' strument għall-koperazzjoni finanzjarja uniku u speċifiku għar-Reġjuni l-Aktar Imbiegħda, u timplimenta proċeduri faċli għall-ġestjoni bl-għan li tittieħed azzjoni ġenwina biex jiġi żgurat li r-Reġjuni l-Aktar Imbiegħda jkunu jistgħu jaqdu l-irwol tagħhom bħala forza motriċi potenzjali għall-iżvilupp reġjonali reċiproku.

L-istess ħaġa tgħodd għall-proġetti għall-ħolqien ta' konnessjonijiet bil-baħar, bl-ajru u bil-ferroviji li jibqgħu sinifikanti ħafna f'termini, inter alia, tal-kummerċ li qed jiżviluppa.

Rakkomandazzjonijiet

Fid-dawl ta' din l-istrateġija, l-integrazzjoni fil-kummerċ dinji u d-dinamiżmu ekonomiku huma maħsuba bħala l-fatturi ewlenin li r-reġjun m'għandux sa fejn il-kompletar tal-iżvilupp uman u soċjali tiegħu hu kkonċernat. Il-mudell li hu kkwotat u maħsub li se jkun dak li jsaħħaħ il-proċess ta' integrazzjoni reġjonali huwa dak tal-UE: l-istabbiliment ta' suq komuni u unjoni dagonali u monetarja. Huwa forsi ta' dispjaċir li l-appoġġ għall-ħolqien ta' politika agrikola komuni għal dan ir-reġjun ma kienx parti minn proċess validu ta' integrazzjoni. U madankollu, il-PAK, bħas-suq komuni, hija parti mill-mudell tas-suċċess tal-UE u għenet biex tgħaqqad lill-popli u l-istati iktar minn qatt qabel. Dan jista' jirriżulta wkoll bħala mudell ħafna aktar milli relevanti għal dan ir-reġjun, u jippermettilu, għall-benefiċċju kollu tal-abitanti tagħha, li jiġi sodisfat id-dritt komuni tagħhom għall-awtosuffiċjenza għall-ikel (li huwa l-għan inizjali tal-PAK fl-UE). Għandu jiġi assigurat ukoll fil-kuntest tal-Ħdax-il FEŻ li jinstabu l-mekkaniżmi li jippermettu lill-parlamenti nazzjonali tal-istati membri tal-ROs tar-reġjun biex ikunu involuti.

Il-konklużjonijiet dwar id-Dokument ta’ Strateġija Reġjonali (RSP) u l-Programm Indikattiv Reġjonali (RIP) skont l-Għaxar FEŻ - SADC

Il-kuntest fir-reġjun

Il-Komunità għall-Iżvilupp tal-Afrika t’Isfel (SADC) hija entità ekonomika u politika internazzjonali li għandha l-għan li toħloq kundizzjonijiet għal żvilupp u tkabbir ekonomiku u soċjali fl-Afrika t’Isfel. Għalkemm l-integrazzjoni ekonomika tinsab fil-qalba tal-aġenda ta’ SADC, hija inkluża wkoll il-koperazzjoni politika.

L-SADC kienet stabbilita fl-1980 bħala Konferenza ta’ Koordinazzjoni għall-Iżvilupp tal-Afrika t’Isfel (SADCC) bl-objettiv li tiġi kkoordinata l-għajnuna għall-iżvilupp u li titnaqqas id-dipendenza ekonomika fuq l-Afrika t’Isfel li dak iż-żmien kellha gvern li impona politika ta’ diskriminazzjoni razzjali. Din kienet saret l-SADC tnax-il sena wara. L-SADC hija komposta minn 15-il membru: l-Angola, il-Botswana, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Lesoto, il-Madagaskar, il-Malawi, il-Mawrizju, il-Możambik, in-Namibja, is-Seychelles, l-Afrika t’Isfel, is-Sważiland, ir-Repubblika Unita ta’ Tanzanija, iz-Zambja u ż-Żimbabwe.

Sfortunatament, is-sħubija tal-SADC taħbat ma’ organizzazzjonijiet reġjonali oħra bħall-Unjoni Doganali tal-Afrika t’Isfel (SACU), is-Suq Komuni għall-Afrika tal-Lvant u t’Isfel (COMESA), il-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC) u oħrajn. Din is-sħubija reġjonali multipla ta’ komunitajiet ekonomiċi reġjonali tibqa’ sfida għall-integrazzjoni reġjonali fl-Afrika t’Isfel. Barra dan, ir-reġjun tal-SADC qed jinnegozja mal-UE fi tliet konfigurazzjonijiet differenti tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (EPA) (l-SADC, l-ESA - l-Afrika tal-Lvant u t’Isfel - u l-EAC) Il-grupp ta’ negozjar tal-EPA tal-SADC jinkludi biss nofs il-membri tal-SADC attwali.

B’mod ġenerali, l-SADC hija kkaratterizzata minn żbilanċi reġjonali ekonomiċi kbar ħafna, u tbati l-effetti tal-ekonomiji żgħar u ftit iddiversifikati, elementi ċari ta’ inugwaljanzi u ta’ faqar. Hija waħda mill-ifqar reġjuni fid-dinja - kważi 45 % tat-total tal-popolazzjoni fl-SADC tgħix b’USD 1 kuljum. L-SADC għandha l-ogħla prevalenza tal-HIV fid-dinja (1/3 tat-total tal-popolazzjoni tad-dinja li għandha l-HIV/AIDS tinsab fl-SADC) b’implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali katastrofiċi fir-reġjun, li jaffettwaw it-tkabbir tad-Dħul Nazzjonali Gross (GNI), il-provvista tax-xogħol, l-inugwaljanza fid-dħul, l-iżvilupp uman u l-kisba tal-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju (MDGs) inġenerali. Fir-rigward tar-rata tat-tlestija tal-iskola primarja, il-pajjiżi tal-SADC huma fost dawk bl-aktar rati baxxi fid-dinja. Ir-reġjun jaffaċċja wkoll sfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel u tal-ilma kif ukoll fid-demokrazija, il-paċi u s-sigurtà, li ħafna drabi jikkawżaw ċaqliq tal-massa fl-SADC. Hemm ukoll sfidi kbar relatati mas-setgħa ekonomika tan-nisa, il-parteċipazzjoni tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet u d-drittijiet umani u legali tagħhom. Is-soċjetà ċivili fir-reġjun hija definita bħala pjuttost dgħajfa, frammentata u li għandha approċċ retroattiv fir-relazzjonijiet tagħha mal-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet reġjonali.

Ir-rispons propost fl-RSP/RIP tal-SADC

Il-Programm Indikattiv Reġjonali jalloka EUR 116 miljun lir-reġjun tal-SADC kif ġej:

Settur prijoritarju 1 - L-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali (allokazzjoni ta’ 80 % jew EUR 92.8 miljun) - se tipprovdi appoġġ mifrux biex issaħħaħ l-integrazzjoni ekonomika u l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tal-SADC u biex tindirizza l-limitazzjonijiet marbuta mal-forniment fl-oqsma tal-infrastruttura reġjonali u s-sigurtà tal-ikel.

Settur prijoritarju 2 - Il-Koperazzjoni Politika Reġjonali (allokazzjoni ta’ 15 % jew EUR 17.4 miljun) - se tappoġġja l-bini tal-kapaċità fil-kuntest tal-governanza reġjonali u l-implimentazzjoni ta’ wħud mill-aspetti tal-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-UE fil-prevenzjoni tal-konflitti u fil-qasam tal-Paċi u s-Sigurtà.

Iż-żewġ setturi mhux prijoritarji - Il-faċilità tal-koperazzjoni teknika u l-appoġġ lill-atturi mhux statali fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet fl-RSP - se jirċievu 5 % tar-riżorsi jew EUR 5.8 miljun.

L-Analiżi tal-RSP/RIP tal-SADC

M’hemm l-ebda dubju li l-integrazzjoni reġjonali hija ta’ importanza kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku u ġenerali tal-pajjiżi tal-SADC u sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-ekonomija globali bl-istess kundizzjonijiet ma’ parteċipanti internazzjonali oħra. Billi l-RSP/RIP jappoġġjaw bis-sħiħ l-iżvilupp intrareġjonali tal-SADC, il-programm tal-KE skont l-Għaxar FEŻ huwa ovvjament relevanti għar-realtajiet fir-reġjun. Barra dan, il-miżuri tal-RIP previsti huma marbuta sew mal-miri speċifiċi stabbiliti fl-aġenda tal-SADC, b’mod partikolari fil-Pjan Indikattiv Reġjonali ta’ Żvilupp Strateġiku (RISDP), kif ukoll fl-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-UE. Madankollu, l-ammont ta’ EUR 92.8 miljun kien ikun adegwat kieku l-RIP pprovda riżorsi addizzjonali għat-telf fid-dħul ta’ terminu qasir u t-titjib tal-infrastrutturi ekonomiċi reġjonali. Barra dan, il-pajjiżi tal-SADC huma dipendenti ħafna fuq l-esportazzjoni ta’ wħud mill-prodotti bażiċi primarji, u għalhekk huma ġew affettwati ħafna mill-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali, ir-riżorsi għandhom ikunu pprovduti wkoll għall-appoġġ tal-istati tal-SADC biex ibiddlu u jerġgħu jistrutturaw l-ekonomiji tagħhom u jniedu miżuri ta’ valur miżjud li mixjin ‘l isfel għall-prodotti bażiċi primarji.

Il-kwistjoni tal-moltiċiplità tal-organizzazzjonijiet reġjonali fl-Afrika t’Isfel u l-qsim tal-Istati Membri tal-SADC fi tliet gruppi tal-EPA - li jikkomplika serjament il-koperazzjoni fir-reġjuni u bejn ir-reġjuni - sfortunatament għadhom ma ġewx ittrattati, la mill-SADC u l-anqas mill-KE. L-RSP isemmi li l-SADC u l-organizzazzjonijiet reġjonali l-oħra li huma involuti fl-attivitajiet ta’ integrazzjoni ekonomika, b’mod partikolari l-COMESA, għandhom jaħdmu f’koperazzjoni mill-qrib u jikkoordinaw l-implimentazzjoni tal-istrateġija reġjonali rispettiva tagħhom. Kif fil-fatt din il-koordinazzjoni se ssir għadu mhux ċar.

Barra dan, filwaqt li ż-żieda fl-integrazzjoni reġjonali u l-koperazzjoni politika jistgħu jikkontribwixxu indirettament biex il-faqar jittaffa, hemm ħtieġa ta’ rabta ħafna aktar diretta u ċara tal-miżuri tal-RSP mat-tnaqqis tal-faqar u l-kisba tal-MDGs fir-reġjun tal-SADC. Uħud mill-fatturi kondiviżi li jiggravaw il-faqar fir-reġjun huma l-prevalenza tal-HIV/AIDS, l-inugwaljanza bejn is-sessi, in-nuqqas ta’ aċċess għar-riżorsi bħall-ikel u l-ilma u n-nuqqas ta’ kapital uman u ħiliet.

Fir-rigward tal-HIV/AIDS, sakemm il-pandemija tiġi indirizzata għalkollox fil-livell nazzjonali u reġjonali, il-prospetti għall-kisba tal-MDGs jonqsu kuljum għal miljuni ta’ persuni fl-SADC. Sfortunatament, l-RSP jipprevedi biss l-inklużjoni ta’ kwistjonijiet tal-HIV bħala parti mill-programm għall-bini tal-kapaċità skont is-settur prijoritarju 1. L-RSP tal-SADC għandu għalhekk jagħmel enfasi akbar fuq il-proġetti reġjonali kontra l-HIV/AIDS billi, pereżempju, jipprovdi riżorsi għall-implimentazzjoni tal-programmi u l-istrateġiji tal-SADC tal-HIV/AIDS, inkluż il-Pjan ta’ Negozju tal-SADC għall-AIDS.

Sfida kbira oħra għall-Istati tal-SADC hija li jiġi żgurat li t-tfal li jibdew l-iskola fil-fatt ilestu l-edukazzjoni primarja. L-epidemija tal-HIV tkompli tiddeterjora s-sitwazzjoni fl-iskejjel minħabba li s-settur edukattiv ikompli jitlef il-persunal b’rata allarmanti, bi tnaqqis tal-għalliema minħabba li l-marda tal-AIDS qed tiġi rrappurtata li tilħaq ir-rati ta’ 46.2 % u 32.5 % fiż-Żambja u l-Możambik rispettivament. Barra dan, l-RISDP tal-SADC jidentifika b’mod ċar li l-Istati Membri tal-SADC ukoll jiksbu riżultati inqas tajbin fil-provvista tal-edukazzjoni sekondarja u terzjarja u għalhekk jikkonċentra fuq il-koordinazzjoni, l-armonizzazzjoni u l-ħolqien tal- edukazzjoni u t-taħriġ.

Barra minn hekk, ta’ min ifaħħar il-fatt li l-RSP jappoġġa miżuri għall-koperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel sostenibbli, li għandhom l-għan li jiksbu aċċess dewwiemi għall-ikel sikur u adegwat fir-reġjun. Madankollu, minbarra s-sigurtà tal-ikel, is-sigurtà tal-ilma u l-aċċess għall-ilma huma importanti ħafna għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun. Billi l-ilma ħelu huwa b’mod partikolari riżors skars fl-Afrika t’Isfel, id-domanda għall-ilma tista’ tirriżulta f’kompetizzjoni u tilwi m. Iktar min-nofs it-total tal-popolazzjoni tal-SADC għandha nuqqas ta’ aċċess għall-ilma sikur u għall-iġjene. Għaldaqstant, l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku Reġjonali tal-SADC għall-Iżvilupp u l-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Ilma u l-protokoll rivedut dwar il-Promozzjoni tas-Sistemi tal-Kanali Kondiviżi tal-Ilma u l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-ilma jistgħu jtejbu direttament il-provvista tal-ilma għax-xorb kif ukoll is-sigurtà tal-ikel (billi jkun hemm provvista tal-ilma suffiċjenti għal ħtiġijiet tal-agrikoltura). Il-JPA tinkoraġġixxi promozzjoni aktar b’saħħitha tas-sostenibilità ambjentali fl-RSP, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u d-degredazzjoni tal-art.

Il-politiki ta’ migrazzjoni u s-sitwazzjoni tar-refuġjati u tal-persuni spostati internament (IDPs) joħolqu sfida oħra għar-reġjun, li għandha tiġi riflessa aħjar fl-RSP.

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-fondi tal-RIP, huwa xieraq li jinkisbu l-għanijiet tal-integrazzjoni reġjonali u l-koperazzjoni politika minħabba li l-fondi jkunu provduti direttament lill-organizzazzjoni reġjonali u jużaw il-mekkaniżmi tal-fondi tal-SADC. Madankollu, kif kien indikat fl-RSP, fid-dawl tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jistgħu jiġu implimentati xi interventi fil-livell nazzjonali, għalkemm dawn għandhom objettiv ta’ integrazzjoni reġjonali. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu indirizzati aħjar id-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati.

Il-matriċi tad-donaturi għar-reġjun tal-SADC tidher ukoll ibbilanċjata tajjeb ħafna. Barra minn hekk, billi l-interventi tal-KE huma relatati tajjeb ħafna mal-oqfsa tal-iżvilupp reġjonali u l-istituzzjonijiet tal-SADC, dan jipprovdi wkoll prospetti tajba għal koordinazzjoni ma’ donaturi oħra.

Qabel it-tfassil tal-RSP/RIP, saru konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni Ewropea u s-segretarjat tal-SADC, ir-rappreżentanti mill-awtoritajiet nazzjonali tal-istati membri tal-SADC u l-atturi reġjonali mhux statali biex jiġi kkoordinat l-RSP mas-CSPs tal-pajjiżi tar-reġjun. Madankollu, m’hemm l-ebda indikazzjoni dwar il-parteċipazzjoni ta’ entitajiet parlamentari nazzjonali u reġjonali f’dawn il-konsultazzjoniijet.

Rakkomandazzjonijiet

1.

L-oqsma ta’ appoġġ tal-RSP/RIP jirriflettu tajjeb l-iżviluppi fir-reġjun tal-SADC fir-rigward tal-integrazzjoni reġjonali ekonomika u l-koperazzjoni politika. Il-miżuri previsti jiffaċilitaw ukoll l-implimentazzjoni tal-EPA futura sħiħa bejn l-SADC u l-UE. Il-pajjiżi fir-reġjun li jappartienu għal konfigurazzjoni oħra tal-EPA madankollu għandhom ikunu assigurati li se jibbenefikaw bl-istess mod mill-RSP.

2.

Għandhom jiġu stabbiliti rabtiet aħjar u aktar diretti bejn il-miżuri tal-RSP u t-tnaqqis fil-faqar. L-HIV/AIDS, is-sigurtà tal-ilma u l-iżvilupp tar-riżorsi umani, b’mod partikolari l-edukazzjoni - li huma uħud mill-kawżi ewlenin tal-povertà fil-pajjiżi tal-SADC - m’għandhomx jiġu trattati biss fil-livell nazzjonali, iżda wkoll fil-livell reġjonali. Għaldaqstant, dawn il-kwistjonijiet jeħtieġu jiġu indirizzati aħjar fl-RSP/RIP tal-SADC.

3.

Il-fondi globali għall-programm għandhom jiżdiedu biex ikunu jistgħu jassiguraw biżżejjed fondi għall-miżuri fl-oqsma msemmija hawn fuq.

4.

Il-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi tal-SADC, il-Forum Parlamentari tal-SADC u l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE għandhom ikunu involuti aħjar fl-ipprogrammar, fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni tad-Dokument ta’ Strateġija Reġjonali tal-SADC.

Konklużjonijiet dwar id-Dokument ta’ Strateġija Reġjonali (RSP) u l-Programm Indikattiv Reġjonali (RIP) skont l-Għaxar FEŻ - l-Afrika Ċentrali

1.   Il-kuntest reġjonali

a)   L-Integrazzjoni Reġjonali

L-integrazzjoni reġjonali fl-Afrika Ċentrali hija kkaratterizzata minn definizzjoni tar-reġjun li għalissa għadha mhijiex preċiża u s-sovrapożizzjoni ta’ żewġ organizzazzjonijiet reġjonali b’objettivi parzjalment identiċi u kompożizzjoni varjata. Il-Komunità Ekonomika u Monetarja tal-Afrika Ċentrali (CEMAC) (13) ilha topera mill-1999, waqt li l-Komunità Ekonomika tal-Istati Afrikani Ċentrali (ECCAS/CEEAC) (14) ilha teżisti mill-1983. L-ewwel waħda minn dawn tiffoka l-aktar fuq l-unjoni monetarja, minħabba li l-Istati Membri jaqsmu l-frank CFA. Is-CEMAC għalhekk għandha l-għan essenzjalment li tibni suq komuni meta s-CEEAC tkun kisbet aktar riżultati f’termini ta’ integrazzjoni politika, inklużi l-paċi u l-istabilità. Madankollu, id-dgħufija istituzzjonali tal-organizzazzjonijiet reġjonali tibqa’ problema, kif ukoll l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tagħhom mill-Istati Membri.

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo tappartieni wkoll għall-Komunità Ekonomika tal-Lagi l-Kbar (CEPGL).

Fir-rigward tan-negozjati tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika u l-Programm Reġjonali Indikattiv, ir-reġjun huwa magħmul mill-pajjiżi tas-CEMAC flimkien mar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u São Tomé e Príncipe.

b)   Sfidi oħra fil-livell reġjonal

Ir-reġjun huwa kkaratterizzat mill-instabilità attwali jew reċenti ta’ xi pajjiżi (iċ-Ċad, ir-Repubblika tal-Afrika Ċentrali (CAR), ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo). Żewġ pajjiżi (iċ-Ċad u s-CAR) huma territorji mdawrin minn artijiet barranin, hemm ftit interkonnessjonijiet bejn l-istati tal-Afrika Ċentrali, u r-reġjun ibati minn faqar kbir fost il-poplu tiegħu. Madankollu, l-Afrika Ċentrali għandha ħafna beni. Il-pajjiżi kollha għandhom ħafna ġid naturali, inkluż potenzjal kbir għall-forestrija u għall-agrikoltura. Biex jingħeleb il-“paradoss tal-abbundanza” – i.e. il-fatt li l-ġid naturali mhux sinonimu mal-iżvilupp – l-Istati Afrikani Ċentrali għandhom jiżguraw li l-ġid jintuża u jitqassam aħjar. Id-demokrazija u l-governanza tajba huma wkoll sfidi kbar għal dawn l-Istati.

2.   It-tweġiba proposta fl-RSP/IRP

Il-Programm Reġjonali Indikattiv jipprovdi EUR 165 miljun, li minnhom 15-il miljun imorru għas-CEPGL, fis-setturi ta’ konċentrazzjoni li ġejjin:

Is-Settur ta’ Konċentrazzjoni 1 – Integrazzjoni ekonomika u kummerċjali u akkompanjament tal-EPA (EUR 97 miljun, i.e. 65 %) – għandu jippermetti li jsiru sforzi mill-organizzazzjonijiet reġjonali biex jiġu appoġġjati f’termini tat-twaqqif ta’ suq komuni, l-interkonnessjoni tan-netwerk tat-toroq, it-telekomunikazzjonijiet u n-netwerks tal-elettriku eċċ., u li tiġi żviluppata politika agrikola reġjonali u tas-sigurtà tal-ikel.

Is-Settur ta’ Konċentrazzjoni 2 – Ġestjoni ta’ riżorsi naturali rinovabbli (EUR 30 miljun, i.e. 20 %) – għandu jgħin fit-titjib tal-governanza tajba tas-settur tal-forestrija u taż-żoni protetti bil-potenzjal tas-sajd.

Is-Settur ta’ Konċentrazzjoni 3 – Integrazzjoni Politika (EUR 15-il miljun, i.e. 10 %) huwa maħsub li jgħin ir-rinfurzar tal-kapaċità tar-reġjun f’termini tal-prevenzjoni tal-konflitti, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni, inter alia permezz tar-rinfurzar tas-soċjetà ċivili.

Oqsma mhux ta’ konċentrazzjoni – Appoġġ istituzzjonali u faċilità ta’ koperazzjoni teknika (EUR 8 miljun, i.e. 5 %) – inter alia għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni bejn is-CEMAC u s-CEEAC.

3.   Analiżi tal-RSP/IRP tal-Afrika Ċentrali

L-RSP/IRP għall-2008-2013 ġew ippubblikati tard ħafna, ħaġa li toħloq problema, inter alia, għall-intelliġibilità tal-istrateġija Ewropea fir-reġjun. Skont il-Kummissjoni, id-dewmien kien dovut għall-problemi li nstabu fil-kuntest tal-konsultazzjonijiet simultanji maż-żewġ organizzazzjonijiet reġjonali kkonċernati. Huma kienu kapaċi jikkonċentraw l-isforzi tagħhom minn Frar 2009 biss meta kellhom jiddeċiedu dwar l-irwoli rispettivi tagħhom u d-distribuzzjoni tar-riżorsi. Minkejja dan, qed jitħejjew tliet proġetti fl-oqsma tal-paċi u s-sigurtà, ir-riżorsi naturali u l-integrazzjoni reġjonali. Għad hemm proġetti oħra li għadhom ġejjin skont id-Disa’ FEŻ. Minħabba dan id-dewmien fil-preparazzjoni tal-RSP/IRP, ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu kienet ukoll posposta b’sena. L-Assemblea tenfasizza li għandu jkun hemm sforzi akbar biex tiġi promossa l-koordinazzjoni taż-żewġ organizzazzjonijiet reġjonali u biex jiġi intensifikat il-proġett kondiviż ta’ integrazzjoni reġjonali, ħaġa li tgħin ukoll biex jiġi evitat id-dewmien fl-ipprogrammar, dewmien li jnaqqas il-prevedibilità u l-effikaċja aħjar tal-għajnuna, u li jwassal, inter alia, għal problemi fl-iżburżar tal-fondi tal-FEŻ fl-Afrika Ċentrali.

Jidher ukoll li ħafna programmi fl-ewwel Settur ta’ Konċentrazzjoni huma maħsuba biex itejbu l-istandards (fil-qasam tal-kummerċ, tas-saħħa, tas-servizzi, tal-investiment, eċċ.) aktar milli biex jimplimentaw proġetti speċifiċi. U, waqt li l-armonizzazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-istandards huma kompiti essenzjali, il-ħolqien ta’ sinerġiji reġjonali ġenwini jsiru permezz tal-manifattura u l-kummerċ, aktar milli permezz tal-istandardizzazzjoni.

In-negozjati dwar EPA reġjonali fl-Afrika Ċentrali bħalissa huma weqfin. Iżda l-parti ewlenija tal-istrateġija mfassla fl-RSP tikkonċerna miżuri biex jakkumpanjaw l-EPAs. Fir-rigward tal-Kummissjoni, ir-relazzjoni bejn l-EPA u l-IRP ġiet diskussa waqt il-preparazzjoni tal-RSP, bl-ipoteżi li jkun hemm ftehim u li l-IRP jibqa’ flessibbli. Madankollu jibqa’ essenzjali l-fatt li l-mekkaniżmi għandhom jitfasslu kontra l-kurrent biex jiġi provdut akkumpanjament effikaċi għar-reġjun jekk dan jagħżel li jikkonkludi EPA. Għandhom jiġi identifikati, inter alia, l-aspetti prijoritarji speċifiċi li għandhom jitiqesu. Bl-istess mod, ir-reġjun m’għandux jiġi penalizzat bl-istaġnar tan-negozjati jew bl-għażla li ma jitkompliex il-proċess ta’ negozjar tal-EPA, la finanzjarjament, inkluż f’termini tal-fondi mogħtija mill-FEŻ skont l-Għajnuna għall-Kummerċ, u lanqas f’termini tal-implimentazzjoni tal-programmi, li għandhom jibqgħu konsistenti mar-realtajiet tar-reġjun.

L-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju (MDGs) kważi qatt ma jissemmew fl-RSP, li hija ħaġa inaċċettabbli minħabba l-fatt li l-FEŻ huwa l-istrument prinċipali tal-UE ta’ għajnuna għall-pajjiżi tal-AKP, u li l-prijorità ewlenija tiegħu għandha tkun li jinkisbu l-MDGs. L-ewwel qasam għall-intervent hu ż-żona kummerċjali, iżda m’hemm l-ebda referenza għall-impatt tagħha fuq l-impjieg u l-faqar. U madankollu huwa essenzjali – u dan huwa l-objettiv iddikjarat tal-EPAs – li l-iżvilupp ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-kummerċjaqdi. Għandhom jiġu ppjanati miżuri li huma aktar konkreti u li għandhom impatt dirett fuq il-kisba tal-MDGs, inter alia, fl-oqsma tas-saħħa u tal-edukazzjoni, skont l-Istrument ta’ Koperazzjoni għall-Iżvilupp u l-impriża politika biex 20 % tar-riżorsi jiġu allokati għas-saħħa u għall-edukazzjoni bażika. Anki f’oqsma kummerċjali, l-impatt fuq il-popolazzjoni, anki f’termini tal-impjieg, huwa kruċjali sabiex il-popolazzjoni tieħu s-sjieda tal-progress ta’ integrazzjoni reġjonali li għadu għaddej u tara l-benefiċċji attwali tal-politiki implimentati b’mod konġunt mill-UE u r-reġjun tal-Afrika Ċentrali. Skont il-Kummissjoni, l-għan finali tal-istrateġija reġjonali huwa li tnaqqas il-faqar (MDG 1). Il-Kummissjoni tenfasizza li se jitfasslu aktar programmi speċifiċi, inklużi dawk biex jippromwovu l-impjieg, anki jekk dan is-suġġett ma jissemmiex direttament fil-PIR. Madankollu, huwa ta’ dispjaċir li dan għadu mhux il-każ, b’mod partikolari minħabba li l-programmi nazzjonali indikattivi ma jippermettux li n-nuqqasijiet attwali tal-PIR fir-rigward tal-kisba tal-MDGs jiġu kkumpensati.

Suġġett importanti ieħor għandu jiġi enfasizzat iktar fid-dokument – l-agrikoltura, flimkien mas-sigurtà tal-ikel (waqt li l-MDG 1 jiġġieled konta l-faqar u l-ġuħ). Dan huwa suġġett fejn hemm rabta diretta bejn il-kummerċ (fid-dimensjoni tiegħu biex itejjeb u jiddiversifika l-produzzjoni agrikola, joħloq valur miżjud, u jwassal għall-waqfien mill-użu tal-monokulturi għall-esportazzjoni), l-iżvilupp (titjieb l-awtosuffiċjenza tal-ikel u s-saħħa tal-persuni, il-ħolqien tax-xogħol) u l-protezzjoni tal-ambjent (l-iżvilupp ta’ tekniki ġodda ta’ produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’ li jiffrankaw l-ilma, jipprovdu protezzjoni aħjar tal-ħamrija eċċ.). L-agrikoltura hija wkoll waħda mill-objettivi ewlenin imsemmija fid-Dokument ta’ Orjentazzjoni Konġunt (JOD), li huwa dokument essenzjali minħabba li jikkostitwixxi ġenwinament sett ta’ linji gwida strateġiċi mfassla konġuntament mill-UE u mir-Reġjun tal-Afrika Ċentrali. Għalhekk l-agrikoltura jixirqilha li tiġi appoġġjata b’mod aktar dirett fil-livell reġjonali, u madankollu tissemma biss malajr fl-ewwel settur ta’ konċentrazzjoni (appoġġ għall-iżvilupp ta’ politika reġjonali, mingħajr aktar speċifikazzjoni). Barra minn hekk, il-Kummissjoni, tirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi rinfurzat dan is-settur ta’ konċentrazzjoni għall-għajnuna, kemm f’termini tal-armonizzazzjoni tal-politiki u fid-diversifikazzjoni u fl-ipproċessar tal-prodotti.

Rakkomandazzjonijiet

Ir-rinfurzar tal-integrazzjoni reġjonali huwa ċertament prijorità ġustifikata, b’mod partikolari għall-pajjiżi tar-reġjun li huma territorji mdawrin minn artijiet barranin. Madankollu, għandu jkun hemm viġilanza bir-reqqa biex jiġi żgurat li n-negozjati dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika ma jmorrux kontra l-objettiv ta’ integrazzjoni reġjonali.

Waqt li huwa interessanti li jiġi nnutat li l-ġestjoni tar-riżorsi naturali, b’enfasi fuq il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi, hija waħda mis-setturi ta’ konċentrazzjoni, għandu jiġi enfasizzat li, kollox ma’ kollox, ir-rabta mal-ġlieda kontra l-faqar hija indiretta ħafna. Il-kisba tal-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju għandha tkun fil-qalba tad-Dokument ta’ Strateġija Reġjonali, u fid-dawl ta’ dan, l-agrikoltura kellha tingħata iktar spazju.

Barra minn hekk, ir-reġjun huwa partikolarment affettwat ħażin mill-kriżi ekonomika dinjija, minħabba li dan jesporta materja prima li naqset id-domanda għaliha fis-swieq dinjija. Din hija prova ulterjuri, jekk kienu meħtieġa aktar, tal-ħtieġa li tiġi żviluppata l-kapaċità għall-ipproċessar ta’ materja prima u d-diversifikazzjoni ta’ dawn l-ekonomiji, li ħafna drabi jiddependu fuq sors uniku ta’ ġid. Madankollu, minkejja d-dewmien fl-adozzjoni tal-RSP, jidher li dan l-element fundamentali ma ġiex ikkunsidrat. Għalhekk l-RSP għandu jiżviluppa strateġija ċara ta’ miżuri ta’ akkumpanjament għall-kummerċ għall-pajjiżi tar-reġjun biex jiġu promossi l-ħolqien tax-xogħol u l-iżvilupp.

Konklużjonijiet dwar id-Dokument ta’ Strateġija Reġjonali (RSP) u l-Programm Indikattiv Reġjonali (RIP) skont l-Għaxar FEŻ - l-Afrika tal-Punent

1.   Il-kuntest reġjonali

Dan id-dokument li ġie ffirmat mill-Kummissjoni Ewropea (l-Għaxar FEŻ) fuq naħa waħda, u fuq in-naħa l-oħra mill-Komunità Ekonomika tal-Istati Afrikani tal-Punent (ECOWAS) u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent (WAEMU), tfassal fuq il-bażi ta’ dokument reġjonali.

Ir-reġjun tal-Afrika tal-Punent huwa kkaratterizat minn ħafna konflitti: l-iżvilupp ekonomiku u politiku huwa differenti ħafna bejn il-15-il pajjiż (flimkien mal-Mawritanja) li jiffurmaw dan ir-reġjun. Il-maġġoranza huma “L-Inqas Pajjiżi Żviluppati”(LDC), ħlief għal Kap Verde, il-Côte d’Ivoire, il-Gana u n-Niġerja (l-aħħar pajjiż huwa produttur importanti taż-żejt). F’termini tal-istabilità politika u d-demokrazija, hemm differenzi evidenti bejn il-Gana u l-Mali, mingħajr ma wieħed isemmi d-differenza bejn il-Ginea u l-Ginea Bissaw. Is-sitwazzjoni qed titjieb il-Côte d’Ivoire għalkemm din mhix stabilizzata għalkollox. Il-Liberja u s-Sjerra Leone għadhom fil-fażi ta’ wara l-konflitt. Inġenerali, 9 minn 15-il pajjiż tal-ECOWAS jistgħu jitqiesu bħala pajjiżi f’sitwazzjoni ta’ fraġilità.

Madankollu, l-Afrika tal-Punent hija waħda mill-aqwa reġjuni “integrati” tal-AKP, b’istituzzjonijiet reġjonali li għandhom aspett politiku importanti wkoll. L-ECOWAS mhix inkarigata biss mill-integrazzjoni ekonomika iżda għandha wkoll irwol importanti f’termini tal-promozzjoni tal-governanza tajba, tal-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-kunflitti, u taż-żamma tal-paċi. Għalhekk l-istrutturi tagħha jibqgħu dgħajfa u l-integrazzjoni għadha mhix b’saħħitha kif mixtieq. Iżda l-ikbar kummerċ qiegħed fl-Afrika tal-Punent, meta mqabbel ma’ integrazzjonijiet reġjonali oħra tal-AKP. Barra minn hekk, il-pajjiżi taż-żona tal-Komunità Finanzjarja Afrikana (AFC) iffurmaw unjoni doganali u monetarja, l-Unjoni Monetarja u Ekonomika tal-Afrika tal-Punent (WAEMU).

L-ostaklu ewlieni għall-iżvilupp tar-reġjun huwa dovut għall-istruttura tal-ekonomija tar-reġjun. Il-maġġoranza tal-pajjiżi huma esportaturi tal-materja prima mhux ipproċessata, b’mod partikolari l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli. L-għajnuna għall-iżvilupp għandha għalhekk tinkoraġġixxi l-itfaċċar ta’ strutturi industrijali, iżda għandha tgħin b’mod speċjali lil dawn il-pajjiżi biex jirrispettaw il-miżuri sanitarji u fitosanitarji tas-swieq ta’ esportazzjoni (primarjament l-UE).

2.   It-tweġiba proposta fl-RSP/RIP

Il-Programm Indikattiv Reġjonali (RIP) tal-RSP jipprovdi baġit ta’ EUR 597 miljun, fis-setturi ta’ konċentrazzjoni li ġejjin:

Settur ta’ konċentrazzjoni I: It-tisħiħ tal-integrazzjoni reġjonali, titjib fil-kompetittività u fl-EPA

70 % tal-baġit (EUR 418 miljun)

Settur ta’ konċentrazzjoni II: Konsolidazzjoni tal-governanzatajba u tal-istabilità reġjonali

20 % tal-baġit (EUR 119 miljun)

Programmi oħra

10 % tal-baġit (EUR 60 miljun)

Fost is-setturi “addizzjonali”, il-KE għandha tipprova ttejjeb l-involviment tas-soċjetà ċivili, li mhix rappreżentata biżżejjed fil-livell reġjonali.

L-RSP u l-RIP tiegħu għandhom jiġu riveduti f’nofs il-proċess, li se jkun fl-2010.

Analiżi tal-RSP/RIP tal-Afrika tal-Punent

Is-sigurtà tal-ikel hija waħda mill-prijoritajiet tal-istrateġija. Dan is-suġġett huwa ta’ importanza primarja f’reġjun li jipproduċi u jesporta materja prima agrikola, iżda jimporta prodotti proċessati. Barra minn hekk, fl-aħħar 30 sena, il-produzzjoni agrikola ma żviluppatx daqs it-tkabbir demografiku, biex b’hekk is-sigurtà tal-ikel tal-persuni lokali saret aktar delikata. L-appoġġ mill-RIP għall-politika agrikola reġjonali (b’mod partikolari d-WAEMU), għall-istrateġija reġjonali għall-produzzjoni tal-ikel u s-sostenn fil-ġlieda kontra l-ġuħ ma jidhirx li huwa daqshekk ċar. Għall-Kummissjoni Ewropea, is-sigurtà tal-ikel hija waħda mill-ħames assi tal-RIP, iżda l-koperazzjoni mal-organizzazzjonijiet reġjonali għadha trid tiġi ffinalizzata fi pjan direzzjonali. Bl-istess mod, il-KE għandha tappoġġja wieħed mill-programmi tal-politika agrikola tal-ECOWAS.

Tabilħaqq, l-RSP jinnota d-dgħufijiet tal-infrastrutturi fir-reġjun, b’mod partikolari għat-trasport, u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li din hija barriera ġenwina għall-kummerċ reġjonali, u għaldaqstant għall-iżvilupp. Għal darba oħra, m’hemm l-ebda risposta ċara fl-RIP, anki jekk il-Kummissjoni tiżgura li l-Programm ta’ Żvilupp tal-Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika (EPADP) se jipprovdi qafas utli biex iwassal l-għajnuna tad-diversi donaturi, b’mod partikolari għall-infrastruttura.

L-ewwel settur ta’ konċentrazzjoni huwa relatat mal-Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika, li għadha ma ġietx iffirmata. Għad fadal ukoll xi mistoqsijiet dwar il-fondi tal-Fond Reġjonali EAP u dwar l-użu tar-riżorsi relatati mal-parti tal-iżvilupp tal-EPA sakemm din tiġi ffirmata.

Id-dokument m’għandux dettalji preċiżi fir-rigward tal-azzjonijiet possibbli dwar il-migrazzjoni jew dwar il-politika tas-sajd tal-UE u l-effikaċja tal-ftehimiet tas-sajd.

Rakkomandazzjonijiet

Il-JPA tixtieq tkun taf liema dokumenti jew statistika bażika ntużat mill-Kummissjoni biex jingħata bidu għad-diskussjonijiet mar-reġjun.

Il-JPA tixtieq tenfasizza l-irwol importanti tal-agrikoltura u tiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu involuti aktar it-trejdjunjins tal-bdiewa reġjonali. Hija tenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu stabbiliti pjanijiet fil-livell reġjonali biex tingħeleb in-nixfa jew jinqerdu l-ġurati, biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel fil-livell reġjonali.

Wieħed mill-għanijiet tal-RSP/RIP għandu jkun il-ħolqien ta’ swieq sottoreġjonali għax il-pajjiżi tar-reġjun ma jesportawx lill-pajjiżi ġirien, ħaġa li tirrappreżenta l-possibilitajiet kummerċjali li ma ġewx sfruttati biżżejjed. Konsegwentement, huwa assolutament neċessarju li l-pajjiżi ma jibqgħux iżolati u s-swieq jiġu integrati. Għandha tiġi indirizzata wkoll il-problema tal-ipproċessar lokali tal-prodotti għax, bħalissa, ir-reġjun jesporta materja prima u jimporta oġġetti manifatturati. Dan l-aspett huwa nieqes fl-RIP. Barra minn hekk, l-RIP ukoll jagħti ftit wisq attenzjoni lill-iżvilupp ta’ infrastrutturi reġjonali.

Anki jekk l-għan finali tal-koperazzjoni huwa li jittaffa l-faqar, ir-rabta bejn l-RIP u l-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju tidher dgħajfa wisq. Artikolazzjoni aktar ċara bejn l-istrateġiji nazzjonali u l-istrateġija reġjonali żgur tagħmilha aktar possibbli biex il-koperazzjoni titjieb.

Il-JPA tinsisti li l-EPADP se jkun ffinanzjat b’fondi addizzjonali u mhux mill-FEŻ. Fl-aħħar nett, il-JPA tinsisti wkoll li l-Parlament tal-ECOWAS għandu jkun involut fil-monitoraġġ tal-istrateġija reġjonali.

Konklużjonijiet dwar id-Dokument ta’ Strateġija tar-Reġjuni (RSP) u l-Programm Indikattiv Reġjonali (RIP) skont l-Għaxar FEŻ – il-Paċifiku

Integrazzjoni Reġjonali fil-Paċifiku

Ir-reġjun tal-Paċifiku jinkludi 15-il stat ġżejjer żgħar mifruxa fuq żona ta’ oċean id-daqs tal-Afrika. Bħala reġjun għandu karatteristiċi uniċi li bħalhom m’hemm imkien fid-dinja: popolazzjoni żgħira (9.55 miljun, l-istess bħall-Belġju), art ta’ 560 000 km2 biss, mifruxa fuq 29 miljun km2, livell ta’ firxa estremament wiesa’. Fil-fatt 80 % tal-art hija tal-Papwa Ginea Ġdida u ħafna mill-istati ġżejjer żgħar għandhom id-daqs tal-wiċċ tal-art ta’ bliet żgħar fl-Ewropa. Il-kunċett ta’ integrazzjoni reġjonali huwa għalhekk mimli sfidi.

B’mod ġenerali, in-nazzjonijiet tal-AKP tal-Paċifiku huma differenti f’termini ta’ żvilupp ekonomiku u riżorsi naturali iżda jaqsmu ħafna karatteristiċi umani u kulturali, inkluż l-isport, b’mod partikolari l-unjoni tar-rugby. Ħafna mill-pajjiżi jaqsmu l-istess riżorsi tal-oċean, bħas-sajd u l-potenzjal tat-turiżmu, iżda huma esposti wkoll għal livelli tal-baħar li qed jogħlew u li jħallu impatt fuq iż-żoni kostali. Il-kummerċ reġjonali għad irid jiġi żviluppat minħabba l-infrastruttura inadegwata ta’ trasport u d-distanzi involuti. F’termini ekonomiċi u soċjali, ħafna stati tal-Paċifiku jiddependu ħafna fuq il-ġirien ikbar tagħhom bħall-Awstralja u n-New Zealand.

Huwa f’dan il-kuntest li sseħħ il-koperazzjoni reġjonali, bil-Forum globali tal-Gżejjer tal-Paċifiku (PIF) li fih il-15-il stat flimkien mal-Awstralja u n-New Zealand jiltaqgħu darba f’sena. Is-Segretarjat tal-PIF, li jippresiedi wkoll fil-Kunsill tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali fil-Paċifiku (għaxar organizzazzjonijiet intergovernattivi u reġjonali oħra), jimplimenta l-RIP f’isem l-Istati tal-AKP tal-Paċifiku. Il-PIF kien ukoll il-moħħ wara l-ħolqien tal-Pjan għall-Paċifiku (2006-2015) li jiddefinixxi l-koperazzjoni reġjonali u l-integrazzjoni bħala dawk:

Li jistabbilixxu djalogi jew proċessi bejn il-gvernijiet;

Li jiġbru flimkien is-servizzi nazzjonali (bħad-dwana, is-saħħa, l-edukazzjoni u l-isport) fil-livell reġjonali;

Inaqqsu l-barrieri tas-swieq.

Il-Pjan għall-Paċifiku jinkludi inizjattivi għall-promozzjoni tal-iżvilupp fir-reġjun u li hija ċċentrata madwar l-erba’ pilastri tat-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp sostenibbli, il-governanza u s-sigurtà. B’mod ġenerali, kien hemm xi progress fis-servizzi tal-avjazzjoni u f’dawk marittimi, fis-sigurtà u fl-infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet, iżda d-differenzi bejn l-ekonomiji tal-AKP tal-Paċifiku għamluha diffiċli biex jiġu implimentati l-ftehimiet ta’ kummerċ u biex tiġi stabbilita infrastruttura ekonomika soda. Għad fadal ħafna sfidi.

Fir-rigward tal-UE, din adottat l-ewwel “Strateġija tal-UE għall-Paċifiku” tagħha fl-2006 li għandha l-għan li tikkumplimenta l-Pjan għall-Paċifiku u tiffoka fuq it-tkabbir tad-djalogu politiku, billi tagħmel aktar enfasi fuq il-koperazzjoni reġjonali u t-titjib fl-effikaċja tal-għajnuna. Din l-istrateġija tappoġġja t-termini tal-RSP/RIP attwali.

Ħarsa ġenerali lejn l-RSP/RIP tal-Paċifiku

L-ewwel RSP/RIP għar-reġjun tal-Paċifiku għall-2002-2007 provda EUR 29 miljun (żdied għal EUR 39 miljun fir-reviżjoni ta’ Nofs it-Terminu tal-RSP) li tqassmu b’dan il-mod:

L-integrazzjoni reġjonali u l-kummerċ: EUR 9 miljuni

L-iżvilupp tar-riżorsi umani: EUR 8 miljuni

Is-sajd: EUR 5 miljuni

Mhux prijoritarju (proġetti eżistenti/assistenza teknika): EUR 7 miljun

L-RSP/RIP attwali għall-Għaxar FEŻ hu ħafna aktar ambizzjuż, b’EUR 95 miljun allokati għall-2008-2013 li tqassmu b’dan il-mod:

Settur Prijoritarju 1 (Integrazzjoni ekonomika reġjonali): EUR 45 miljun

Settur Prijoritarju 2 (Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi ta’ Natura 1 u l-Ambjent): EUR 40 miljun

Mhux prijoritarju (atturi mhux statali, koperazzjoni teknika eċċ.): EUR 10 miljuni

L-ewwel żewġ pilastri tal-Pjan għall-Paċifiku għalhekk jirċievu 90 % tal-fondi. Iż-żewġ pilastri l-oħra, il-governanza u s-sigurtà, se jirċievu l-appoġġ minn djalogu u mekkaniżmi strutturati bejn l-UE u l-AKP tal-Paċifiku bħall-Istrument ta’ Stabilità.

Analiżi tal-RSP/RIP tal-Paċifiku

Iż-żoni prijoritarji tal-RSP/RIP huma prijoritajiet ċari stabbiliti mir-reġjun innifsu u jirriflettu l-ħtiġijiet il-kbar għar-reġjun biex jiżviluppa aktar b’mod sostenibbli. Iż-żewġ oqsma prijoritarji jkomplu d-dinamika li nkisbet permezz tal-ewwel RIP fis-setturi kruċjali ta’ integrazzjoni ekonomika u l-appoġġ għas-settur tas-sajd, għalkemm l-iżvilupp tar-riżorsi umani m’għadux qasam prijoritarju speċfiku.

Il-Qasam Prijoritarju 1 hu mifrux fuq erba’ oqsma ewlenin ta’ intervent:

L-Integrazzjoni Ekonomika u l-Kummerċ (l-EPA u ftehimiet oħra dwar il-kummerċ reġjonali)

L-appoġġ għas-settur privat (mekkaniżmi tas-settur privat, setturi ewlenin bħat-turiżmu u s-sajd, il-promozzjoni tal-intraprenditorjat)

Il-mekkaniżmi għat-tkabbir ekonomiku (il-kummerċ ġust, il-kompetizzjoni, il-ħarsien tal-konsumatur, id-dwana u l-istandards internazzjonali)

Ir-Riżorsi Umani (programmi ta’ edukazzjoni integrati u aċċess għal taħriġ tekniku u vokazzjonali).

Ħafna minn dawn is-setturi huma ffukati fuq l-implimentazzjoni tal-EPA, minkejja l-fatt li Fiġi u l-Papwa Ginea Ġdida biss issieħbu s’issa.

Il-Qasam Prijoritarju 2 għandu dawn l-oqsma ta’ intervent:

It-Tibdil fil-Klima u t-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri

Il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar (inkluż is-sajd)

Il-ġestjoni sostenibbli ta’ riżorsi tal-art

L-ekosistemi u l-bijodiversità

L-iskart u t-tniġġis

Il-monitoraġġ ambjentali u l-immaniġġjar tal-informazzjoni

Dawn l-oqsma huma estensjoni kostruttiva tal-qasam ta’ applikazzjoni tal-RIP u jirriflettu għalkollox il-ħtiġijiet tal-istati tal-AKP tal-Paċifiku kif ukoll il-prijoritajiet ta’ żvilupp sostenibbli.

Fl-aħħar nett, il-qasam mhux prijoritarju jipprovdi appoġġ tekniku għall-Forum tal-Gżejjer tal-Paċifiku bħala uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni reġjonali (EUR 3 miljuni) u EUR 4 miljuni għal attivitajiet tal-atturi mhux statali. Il-livell ta’ żvilupp tas-settur tal-atturi mhux statali fir-reġjun tal-Paċifiku jvarja ħafna u hemm ħtieġa ċara għall-assistenza fil-bini tal-kapaċità f’dan il-qasam.

Rakkomandazzjonijiet

B’mod ġenerali, il-JPA tilqa’ l-RSP/RIP skont l-Għaxar FEŻ bħala kontribut pożittiv għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Istati tal-AKP tal-Paċifiku. Hi tasal għall-konklużjonijiet li ġejjin biex jiġu eżaminati fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu.

1.

Il-fatt li l-EPA tal-Paċifiku s’issa ġiet iffirmata biss mill-Papwa Ginea Ġdida u mill-Fiġi jqajjem dubju dwar il-fowkus fil-Qasam Prijoritarju 1 tal-RIP dwar l-implimentazzjoni tal-EPA, ladarba ħafna mill-Istati fir-reġjun għadhom mhumiex ikkonċernati. Jeħtieġ li jkun hemm analiżi ċara tal-impatt ta’ dan id-dewmien f’termini ta’ kif jintefqu r-riżorsi skont il-Qasam Prijoritarju 1.

2.

Waqt li hemm miżuri pożittivi fl-RIP biex jiġu promossi l-edukazzjoni u t-taħriġ fir-reġjun, wieħed mit-tħassib il-kbar huwa l-migrazzjoni ta’ ħaddiema b’ħiliet lejn l-Istati Uniti, l-Awstralja u n-New Zealand. Għalkemm is-somom ta’ flus li jibagħtu lill-familji tagħhom huma importanti, ħafna minn dawn il-professjonisti huma mħarrġa bi spejjeż kbar għall-ekonomiji lokali. Jeħtieġ li jkun hemm fowkus ikbar fil-Qasam Prijoritarju 1 tal-RIP mhux biss fuq il-provvista ta’ dawn il-ħiliet iżda fuq l-istabbiliment ta’ miżuri biex jiġi żgurat li l-Istati tal-AKP tal-Paċifikujibbenefikaw mill-fatt li jkollhom l-forza tax-xogħol tagħhom b’ħiliet. L-istess argument japplika għan-nisa u l-irġiel sportivi tal-Gżejjer tal-Paċifiu li jiġu reklutati minn klabbs fl-Awstralja u fin-New Zealand u mbagħad jingħataw in-nazzjonalità ta’ dawk il-pajjiżi biex ikun jistgħu jilagħbu f’isimhom, ħaġa li għandha impatt negattiv fuq il-pajjiżi tal-Paċifiku bħall-Fiġi, is-Samoa u Tonga fil-qasam tar-rugby.

3.

Il-JPA tilqa’ b’sodisfazzjon l-attenzjoni partikolari għall-iżvilupp tas-settur tas-sajd iżda titlob li ssir aktar enfasi fuq il-kwistjoni tas-sajd illegali li għandu effetti kbar ta’ ħsara fuq l-istokkijiet tal-ħut u l-għajxien tas-sajjieda lokali. Is-sajd illegali jsir minn bastimenti minn pajjiżi barra r-reġjun li jagħtu ftit attenzjoni jew rispett lir-regolamenti internazzjonali li jirregolaw iż-żoni jew l-istokkijiet esklussivi. L-akkwakultura għandha tiġi promossa fil-komunitajiet lokali tal-Paċifiku biex jiġu żgurati s-sigurtà tal-ikel u l-esportazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd.

4.

Il-JPA hija mħassba dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjoni parlamentari fil-preparazzjonijiet tal-RSP/RIP, u tittama li tinkoraġġixxi dan il-proċess permezz taż-żieda fl-irwol tagħha ta’ skrutinju fuq is-CSPs u l-RSPs. Mhux talli hemm il-ħtieġa għal konsultazzjoni akbar tal-parlamenti nazzjonali tal-AKP fil-ħolqien u fl-implimentazzjoni tal-RIP, iżda wkoll hemm il-ħtieġa għall-bini tal-kapaċità tal-membri parlamentari u l-persunal tagħhom f’dan il-qasam.

5.

Waqt li tilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi mhux prijoritarja fuq l-atturi mhux statali, il-JPA hija mħassba dwar liema riċevituri se jibbenefikaw mill-fondi u tittama li tingħata attenzjoni adegwata biex jiġu verifikati l-kredenzjali u r-reputazzjoni ta’ dawk ikkonċernati. Hija titlob wkoll li l-NGOs ikunu aktar involuti fil-proċedura ta’ konsultazzjoni għall-RSP/RIP.

6.

Tilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi fuq it-tibdil fil-klima u l-impatt tiegħu fuq l-istati gżejjer żgħar, kif ukoll il-fondi għall-għajnuna għall-protezzjoni kontra din il-problema li dejjem tikber. Madankollu, huwa importanti li l-finanzjamenti ma jmorrux għall-appoġġ tan-numru li qed jżdied tal-grupp ta’ nies li jinfluwenza favur jew kontra xi ħaġa (lobby) u li jitfa’ r-responsabilità kollha għat-tibdil fil-klima fuq in-nazzjonijiet industrijalizzati u l-attivitajiet tagħhom. Hemm differenza ċara bejn il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-użu tal-fenomenu għall-miri politiċi.

7.

L-infrastruttura tat-trasport għandha tkun prijorità ewlenija fi kwalunkwe attività ta’ żvilupp reġjonali għar-reġjun tal-Paċifiku, minħabba li d-distanzi bejn l-istati membri u fi ħdanhom kif ukoll l-infrastruttura ħażina jostakolaw kwalunkwe progress lejn il-kummerċ reġjonali jew l-iżvilupp tat-turiżmu u setturi oħra li jista’ jħeġġeġ it-tkabbir għall-benefiċċju tal-popolazzjoni lokali.


(1)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fl-1 ta’ April 2010 f’Tenerife (Spanja).

(2)  ĠU C 271, 25.10.2008, p. 20.

(3)  ĠU C 221, 14.9.2009, p. 19.

(4)  ĠU C 68, 18.3.2010, p. 36.

(5)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fl-1 ta’ April 2010 f’Tenerife (Spanja).

(6)  COM(2009)0160 finali.

(7)  ĠU C 68, 18.3.2010, p. 24.

(8)  COM(2007)0072 finali.

(9)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta fl-1 ta’ April 2010 f’Tenerife (Spanja).

(10)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta fl-1 ta’ April 2010 f’Tenerife (Spanja).

(11)  Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Belize, id-Dominica, il-Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, Santa Luċija, San Vinċenz u l-Grenadini, San Kristofru u Nevis, is-Surinam, u Trinidad u Tobago

(12)  Skont l-istimi, 60 % tal-popolazzjoni fil-Karibew b’edukazzjoni terzjarja telqu mir-reġjun u fil-Ġamajka, il-Grenada, Ħaiti, San Vinċenz u l-Grendini dawn ir-rati ta’ emigrazzjoni telgħu għal 80 %.

(13)  Magħmula mill-Kamerun, il-Kongo, il-Gabon, il-Ginea Ekwatorjali, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali u ċ-Ċad.

(14)  Magħmula mill-Angola, il-Burundi, il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, il-Kongo, il-Gabon, il-Ginea Ekwatorjali, iċ-Ċad, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u São Tomé e Príncipe.