3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5891 – CVC/SCPEL/AGT)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 178/05

1.

Fl-24 ta’ Ġunju 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussmeburgu) u Standard Chartered Private Equity Limited (“SCPEL”, Ħong Kong), li qed jaġixxu permezz ta' affiljati tagħhom, jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tad-diviżjonijiet ta' negozju “global electronics and commercial” (“GEC”, Singapor) u “global blind fastners” (“Avdel”, ir-Renju Unit) (in-“Negozju fil-Mira”) ta' Acument Global Technologies, Inc., permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża CVC: konsulenza lil u ġestjoni ta' fondi tal-investiment,

għall-impriża SCPEL: investiment f'ekwità privata; u wkoll,

għan-Negozju fil-Mira: il-manifattura ta' prodotti u soluzzjonijiet ta' fissaġġ mekkaniku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5891 – CVC/SCPEL/AGT, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).