|
2.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 176/7 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5741 – CDC/Veolia Environment/Transdev/Veolia Transport)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 176/04
|
1. |
Fil-25 ta’ Ġunju 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont liema l-impriżi Veolia Environment (“Veolia Environment”, Franza) u l-Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza) jakkwistaw skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriżi Transdev (“Transdev”, Franza) u ta' Veolia Transport (“Veolia Transport”, Franza), organizzati taħt entità ġdida Veolia Transdev, permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5741 – CDC/Veolia Environment/Transdev/Veolia Transport, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).