25.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5839 – Schlumberger/Smith International)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 166/06

1.

Fit-18 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Schlumberger Limited (“Schlumberger”, l-Istati Uniti) fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, takkwista l-kontroll sħiħ ta' Smith International, Inc. (“Smith”, l-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Schlumberger: forniment ta' teknoloġija, ġestjoni ta' proġetti u soluzzjonijiet ta' informazzjoni għall-industrija taż-żejt u tal-gass naturali,

għal Smith: forniment ta' tagħmir, prodotti u servizzi għall-appoġġ tal-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass naturali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa′ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5839 – Schlumberger/Smith International, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).