1.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/33


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5906 – One Equity Partners/Constantia)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 142/10

1.

Fil-21 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża SulipoBeteiligungsverwaltungs GmbH, kumpanija li takkwista bażata fi Vjenna, ikkontrollata minn One Equity Partners advised funds (“OEP”; Ikkontrollata minn J.P. Morgan Chase & Co.) se takkwista l-kontroll ewlieni ta' Constantia Packaging AG (“CPAG”) u l-kumpaniji affiljati inkluża Belisce d.d. (“Belisce”) skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tal-Regolament dwar l-Għaqdiet, permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

OEP: fondi ta’ ekwità privati,

CPAG: aluminju, kartun immewweġ u ippakkjar flessibbli.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5906 – One Equity Partners/Constantia, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).