28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/40


Avviż ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

2010/C 138/12

I.   SUĠĠETT

1.

Qed issir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum kopert bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1005 90 00 u li ġej minn pajjiżi terzi.

2.

Is-sejħa għall-offerti qed issir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 463/2010 (1).

II.   SKADENZI

1.

Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti jagħlaq fl-10 ta’ Ġunju 2010 fl-10:00, ħin ta’ Brussell.

Il-perjodi għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali għall-offerti ta’ wara jagħlqu nhar ta’ Ħamis fid-dati t’hawn taħt, fl-10:00, ħin ta’ Brussell:

l-24 ta’ Ġunju 2010,

il-15 u d-29 ta’ Lulju 2010,

is-26 ta’ Awwissu 2010,

is-16 u t-30 ta’ Settembru 2010,

l-14 u t-28 ta’ Ottubru 2010,

il-11 u l-25 ta’ Novembru 2010,

id-9 u s-16 ta’ Diċembru 2010.

2.

Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat biss għall-ftuħ tas-sejħa għall-offerti attwali. Bla ħsara għall-emendar jew il-bdil tiegħu, dan l-avviż jgħodd għas-sejħiet parzjali kollha li jitwettqu matul il-perjodu ta’ validità ta’ din is-sejħa għall-offerti.

III.   OFFERTI

1.

L-offerti għandhom jitressqu bil-miktub u jaslu f’wieħed mill-indirizzi li ġejjin sa mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fit-taqsima II, jew billi jitwasslu kontra l-għoti ta’ riċevuta, jew inkella b’mezzi elettroniċi:

Indirizz għat-tressiq tal-offerti:

Ministério das Finanças

Direcção Geral das Alfândegas e Impostos Especiais sobre o Consumo

Terreiro do Trigo — Edifício da Alfândega

1149-060 Lisbon

PORTUGAL

Numru tat-telefown +351 218814263

Numru tal-faks +351 218814261

L-offerti li ma jitressqux b’mezzi elettroniċi għandhom jaslu fl-indirizz rilevanti f’żewġ envelops issiġillati. L-envelop ta’ ġewwa, issiġillat ukoll, għandu jkollu l-indikazzjoni “Offerta marbuta mas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum – ir-Regolament (KE) Nru 463/2010”.

L-ebda offerta ma tista’ tiġi rtirata qabel ma l-Istat Membru kkonċernat jgħarraf lill-offerent bir-riżultat tas-sejħa għall-offerti.

2.

L-offerta flimkien max-xhieda u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (2) għandhom isiru bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li l-korp kompetenti tiegħu jkun irċieva l-offerta.

IV.   GARANZIJA

Għandha tingħata garanzija lill-korp kompetenti b’rabta mas-sejħa għall-offerti.

V.   GĦOTI TAL-KUNTRATT

L-għoti tal-kuntratt jikkonferixxi:

(a)

id-dritt għall-ħruġ, fl-Istat Membru fejn tressqet l-offerta, ta’ liċenzja tal-importazzjoni li ssemmi t-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni li għalih tirreferi l-offerta u li tkun maħruġa għall-kwantità kkonċernata;

(b)

l-obbligu li titressaq applikazzjoni, fl-Istat Membru msemmi fil-punt a), għal liċenzja tal-importazzjoni għal din il-kwantità.


(1)  ĠU L 129, 27.5.2010, p. 60.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.