27.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/27


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-ewro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

2010/C 137/12

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' EUR 2, maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Belġju

Il-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom valuta legali fiż-żona kollha tal-ewro. Bl-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni qed tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet adottati rigward dan is-suġġett mill-Kunsill fl-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-ewro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro, huma awtorizzati li joħorġu muniti tal-ewro kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni b’ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn simboliku qawwi kommemorattiv fuq livell nazzjonali jew Ewropew.

Pajjiż tal-ħruġ: Il-Belġju

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2010

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti interna tal-munita turi l-logo tal-kommemorazzjoni, jiġifieri l-ittri stilizzati “EU” u “trio.be”. Fin-naħa ta’ fuq tad-disinn, hemm il-kelmiet “BELGIAN PRESIDENCY OF THE COUNCIL OF THE EU 2010” u, fin-naħa t'isfel, l-indikazzjoni bi tliet lingwi BELGIE BELGIQUE BELGIEN. Taħt il-logo, fin-naħat tax-xellug u tal-lemin rispettivament tal-annu 2010, jidhru s-simbolu taz-zekka u s-simbolu tal-Kummissarju taz-zekka.

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Europea.

Il-kwantità ta’ muniti maħruġa: 5 miljun munita

Id-data tal-ħruġ: Ġunju 2010


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 dwar l-uċuħ nazzjonali kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52)