19.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/15


Sejħa għal proposti skont il-programm multiannwali ta' ħidma għall-2010 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TENT-T) għall-perjodu 2007-2013

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 607 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 2681)

2010/C 129/07

Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea b'dan qed iniedi sejħa għal proposti, skont il-programm multiannwali ta’ ħidma għan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013, sabiex isiru għotjiet għal:

Il-qasam Nru 11: Proġetti fil-qasam tas-Servizzi ta’ Informazzjoni dwar ix-Xmajjar (RIS). L-ammont totali massimu disponibbli għall-proposti magħżula, għall-2010, huwa EUR 10 miljuni.

Il-qasam Nru 13: Proġett Prijoritarju TEN-T Nru 21 – Awtostradi tal-Baħar. L-ammont disponibbli għall-proposti magħżula, għall-2010, huwa ta' mhux iktar minn EUR 85 miljun.

Il-proposti jridu jitressqu sal-31 ta' Awwissu 2010.

It-test sħiħ tas-sejħa għal proposti huwa disponibbli fuq is-sit:

http://tentea.ec.europa.eu/en/apply_for_funding/follow_the_funding_process/calls_for_proposals_2010.htm