19.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/14


Sejħa għal proposti skont il-programm annwali ta' ħidma għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TENT-T) għall-2010

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 796 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 2664)

2010/C 129/06

Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea b'dan qed iniedi sejħa għal proposti għal għotjiet lil proġetti skont il-prijoritajiet u l-miri definiti fil-programm annwali ta' ħidma għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għall-2010.

L-ammont massimu disponibbli skont din is-sejħa għal proposti għall-2010 huwa ta' EUR 77 miljun.

Il-proposti jridu jitressqu sal-31 ta' Awwissu 2010.

It-test sħiħ tas-sejħa għal proposti huwa disponibbli fuq is-sit:

http://tentea.ec.europa.eu/en/apply_for_funding/follow_the_funding_process/calls_for_proposals_2010.htm