20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5832 – Avelar/Enovos/Aveleos)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 101/08

1.

Fit-12 ta’ April 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' prosta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Enovos Luxembourg S.A. (“Enovos”, il-Lussemburgu) u Avelar Energy Ltd. (“Avelar”, l-Isvizzera), ikkontrollata minn Renova Holdings Ltd. (“Renova Group”, ir-Russja), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Aveleos S.A. (“Aveleos”, il-Lussemburgu), kumpanija ġdida li għadha kif twaqqfet, li tikkostitwixxi impriża konġunta, permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Enovos: il-provvista ta' gass u elettriku l-aktar fil-Lussemburgu u l-Ġermanja,

għal Avelar: il-kummerċ, il-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-imnut ta' enerġija konvenzjonali kif ukoll dik rinnovabbli,

għal Aveleos: se tkun attiva fis-swieq ta' enerġija fotovoltajka f'għadd ta' pajjiżi tal-UE.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5832 – Avelar/Enovos/Aveleos, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).