|
15.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/7 |
SEJĦA SPEĊIFIKA GĦALL-PROPOSTI – EAC/19/10
Karta Universitarja tal-Erasmus 2011
2010/C 95/05
1. GĦANIJIET U DESKRIZZJONI
Il-Karta Universitarja tal-Erasmus tipprovdi l-qafas ġenerali għall-attivitajiet ta’ kooperazzjoni Ewropea li istituzzjoni tal-edukazzjoni superjuri (IES) tista’ twettaq fi ħdan il-programm Erasmus bħala parti mill-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja (PTTĦ). Il-Karta Universitarja tal-Erasmus għandha tingħata bħala prerekwiżit għal IES biex torganizza l-mobbiltà tal-istudenti u l-mobbiltà tal-għalliema u staff ieħor, biex jagħmlu korsijiet tal-lingwa intensivi u programmi intensivi ta' Erasmus, u biex japplikaw għal proġetti multilaterali, netwerks u miżuri akkumpanjattivi u biex jorganizzaw żjajjar preparatorji. Il-Karta Universitarja tal-Erasmus hija bbażata fuq id-Deċiżjoni PTTĦ (1) li tkopri l-perjodu bejn l-2007 sal-2013. L-għanijiet speċifiċi tal-PTTĦ huma elenkati fl-Artikolu 1.3 tad-Deċiżjoni.
2. L-APPLIKANTI ELIĠIBBLI
Il-Karta Universitarja tal-Erasmus tapplika għall-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Superjuri kollha definiti fl-Artikolu 2.10 tad-Deċiżjoni.
L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
|
— |
is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
il-pajjiżi tal-EFTA-ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, |
|
— |
il-pajjiżi kandidati: it-Turkija, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, |
|
— |
l-Iżvizzera (2). |
3. ID-DATA TAL-GĦELUQ GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET
L-applikazzjonijiet għall-Karta Universitarja tal-Erasmus għandhom jitressqu mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010.
4. ID-DETTALJI KOLLHA
Tista' tinstab informazzjoni dwar il-programm Erasmus u l-Karta Universitarja tal-Erasmus fl-indirizz tal-internet li ġej: http://ec.europa.eu/llp
L-applikazzjonijiet għandhom isiru skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u huma disponibbli f'dan l-indirizz http://eacea.ec.europa.eu/llp/index_en.htm
(1) Id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja. Ara http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri= OJ:L:2006:327:0045:0068:EN:PDF
(2) Il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera hija bbażata fuq il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u fil-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-Tagħlim Tul il-Ħajja (2007-2013) (iffirmat fil-15 ta' Frar 2010 – għadu mhux ippubblikat).