23.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/33


MEDIA 2007

Sejħa għall-proposti – EACEA/05/10

Appoġġ għal Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali

2010/C 73/08

1.   Objettivi u deskrizzjoni

Dan l-avviż għal sejħa għall-proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Waħda mill-miżuri li trid tiġi implimentata taħt din id-Deċiżjoni hija li jkun hemm appoġġ għal Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali.

L-iskema tal-Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali ssawwar waħda mill-metodi li bih il-programm MEDIA 2007 jassigura li l-aħħar teknoloġiji u tendenzi jkunu inkorporati fil-prattiċi tan-negozju tal-benefiċjarji tal-programm.

L-għan ewlieni ta’ din l-iskema huwa li tkun ta’ appoġġ għall-ħolqien u l-isfruttar ta’ katalgi ta’ xogħlijiet Ewropej li jitqassmu diġitalment madwar il-fruntieri lil udjenza usa’ u/jew fiċ-ċinema permezz ta’ servizzi għad-distribuzzjoni avvanzata, bl-integrazzjoni fejn huwa meħtieġ ta’ sistemi ta’ sigurtà diġitali sabiex jiġi protett il-kontenut onlajn.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa mmirat lill-kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-għanijiet imsemmija hawn fuq.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

il-pajjżi tal-EFTA

l-Iżvizzera

il-Kroazja

3.   Attivitajiet eliġibbli

L-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli skont din is-sejħa għall-proposti:

(1)

Video on Demand (VoD): Servizz li jippermetti lil individwi li jagħżlu xogħlijiet awdjoviżivi minn server ċentrali biex jarawhom fuq skrin remot billi jistrimjawhom (streaming) u/jew iniżżluhom

(2)

Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali (DCD): Konsenja diġitali (fi standard kummerċjali aċċettabbli) ta' “Kontenut Prinċipali” (“Core Content”), jiġifieri feature films, films televiżivi jew sensiliet televiżivi (finzjoni, animazzjoni u dokumentarji) lil stabbilimenti ċinematografiċi għal użu kummerċjali (permezz ta' ħard disk, satellita, onlajn …)

It-tul massimu tal-azzjonijiet huwa ta' 18-il xahar.

L-azzjonijiet iridu jibdew bejn l-1 ta’ Lulju 2010 u l-1 ta’ Jannar 2011 u jridu jintemmu fil-31 ta’ Diċembru 2011.

4.   Kriterji tal-għoti

Kull azzjoni eliġibbli sottomessa ser tkun valutata fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:

il-katalgu u l-linja editorjali (10 %)

id-dimensjoni Ewropea tal-katalgu (20 %)

il-kwalità u l-prezz vis-a-vis l-effikaċja tal-Mudell ta’ Negozju sottomess (20 %)

l-istrateġija għat-tqegħid fis-suq (20 %)

l-aspetti innovattivi tal-azzjoni (10 %)

id-dimensjoni tal-iggruppar u n-netwerking (10 %)

l-udjenza fiċ-ċentru tal-proġett u l-impatt potenzjali (10 %)

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 7 miljuni.

Ma hemm ebda ammont massimu.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta' għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

6.   Skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mill-21 ta’ Ġunju 2010.

L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali, iffirmati mill-persuna awtorizzata biex tidħol f’impenji li legalment jorbtu f’isem l-organizzazzjoni li qed tapplika biss ikunu aċċettati. Fuq l-inviloppi importanti li tissemma’:

MEDIA 2007 – Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografikia Diġitali – EACEA/05/10

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu permezz ta’ posta rreġistrata jew servizz ta’ kurrier (spejjeż għall-applikant) f’dan l-indirizz:

Education, Audiovisual and Culture Executive Agency

MEDIA 2007 – Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali – EACEA/05/10

Mr Constantin Daskalakis

Avenue du Bourget 1

BOUR 03/30

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-fax jew bl-email jiġu rifjutati.

7.   Tagħrif sħiħ

Il-linji gwida dettaljati, flimkien mal-formoli ta’ applikazzjoni, qegħdin fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/information_society/media/newtech/vod_dcc/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-linji gwida u għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.