23.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/31


MEDIA 2007

Sejħa għall-Proposti – EACEA/04/10

Sostenn għall-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota

2010/C 73/07

1.   Objettivi u Deskrizzjoni

Dan l-avviż għal sejħa għall-proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (1).

Waħda mill-miżuri li trid tiġi implimentata skont din id-Deċiżjoni hija li tkun ta’ sostenn għall-implimentazzjoni tal-proġetti pilota.

Il-programm jista’ jkun ta’ sostenn għall-proġetti pilota sabiex jiżgura li jassorbi l-iżviluppi tas-suq, b’emfasi partikolari fuq l-introduzzjoni u l-użu tat-teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa mmirat lill-kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-għanijiet imsemmija hawn fuq.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

il-pajjżi tal-EFTA

l-Iżvizzera

il-Kroazja

3.   Attivitajiet eliġibbli

L-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli skont din is-sejħa għall-proposti:

(1)

Distribuzzjoni: metodi ġodda kif jinħoloq u jiġi distribwit kontenut awdjoviżiv Ewropew permezz ta' servizzi mhux lineari

(2)

Ambjent Miftuħ għall-Produzzjoni Medjatika

(3)

Distribuzzjoni – Promozzjoni u Markiting l-użu tal-għodda li joffri l-internet sabiex tiġi żviluppata l-komunità lokali taċ-ċinema

(4)

“Portal tal-Media Junction”: sabiex jitwessa’ u jitjieb l-aċċess u l-ispjega għal informazzjoni strutturata tal-kontenut awdjoviżiv Ewropew

(5)

Proġetti pilota li preċedentement ingħataw fondi: Azzjonijiet li rċevew fondi skont is-sejħa għall-proposti tal-Proġett Pilota MEDIA preċedenti

It-tul massimu tal-azzjonijiet huwa ta' 12-il xahar.

L-azzjonijiet iridu jibdew fl-1 Jannar 2011 u jintemmu fil-31 ta' Diċembru 2011.

4.   Kriterji tal-Għoti

Kull azzjoni eliġibbli sottomessa ser tkun valutata fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:

ir-relevanza tal-attività vis-a-vis l-għanijiet tal-programm (20 %)

id-dimensjoni Ewropea tal-attività (20 %)

iċ-ċarezza tal-għanijiet u l-gruppi fiċ-ċentru tal-azzjoni (15 %)

iċ-ċarezza u l-konsistenza tad-diżinn ġenerali tal-azzjoni u l-probabilità li tikseb l-għan mixtieq fi żmien stipulat tal-azzjoni (15 %)

il-prezz vis-a-vis l-effikaċja tal-azzjoni (10 %)

l-esperjenza tal-organizzazzjonijiet li ser ikunu qed jieħdu sehem u l-kwalità tal-pjan ta’ ġestjoni tal-azzjoni (10%)

il-kwalità u l-effikaċja tal-pjan għall-firxa tar-riżultati (10 %)

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 1,5 miljuni.

Ma hemm ebda ammont massimu.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta' għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

6.   Skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mill-14 ta' Ġunju 2010.

L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali, iffirmati mill-persuna awtorizzata biex tidħol f’impenji li legalment jorbtu f’isem l-organizzazzjoni li qed tapplika biss ikunu aċċettati. Fuq l-inviloppi importanti li tissemma’:

MEDIA 2007 – Proġetti Pilota – EACEA/04/10

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu permezz ta’ posta rreġistrata jew servizz kurrier (spejjeż għall-applikant) f’dan l-indirizz:

Education, Audiovisual and Culture Executive Agency

MEDIA 2007 – Proġetti Pilota – EACEA/04/10

Mr Constantin Daskalakis

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

BOUR 03/30

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-fax jew bl-email jiġu rifjutati.

7.   Tagħrif sħiħ

Il-linji gwida dettaljati, flimkien mal-formoli ta’ applikazzjoni, qegħdin fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/information_society/media/newtech/pilot/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-linji gwida u għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.


(1)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.