18.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/6


MINUTI TAS-SEDUTA TAL-ERBGĦA, 2 TA’ DIĊEMBRU 2009

(2010/C 68/03)

(Is-seduta nfetħet fid-9.10)

IPPRESIEDA: Is-Sur MICHEL

Ko-President

1.   Sostituti

Il-Ko-President ħabbar is-sostituti li ġejjin:

Bastos (għal Carvalho), Cashman (għal Toia), Czarnecki (għal Legutko), Girling (għal Ford), Goebbels (għal Bullmann), Gomes (għal Moreira), Gurmai (għal De Keyser), Jäätteenmäki (għal Jensen), Migalski (għal Vlasák), Ponga (għal De Mita), Rinaldi (għal Griesbeck), Sargentini (għal Jadot), Theocharous (għal Kuhn) u Włosowicz (għal Hannan).

2.   Approvazzjoni tal-minuti tat-Tnejn, 30 ta' Novembru 2009

Il-minuti ġew approvati.

3.   Il-governanza globali u r-riforma tal-istituzzjonijiet internazzjonali -

Kumitat għall-Affarijiet Politiċi

Rapport mis-Sur Donald Ramotar (il-Gujana) u s-Sur Miguel Angel Martínez Martínez

Is-Sur Ramotar (il-Gujana) u s-Sur Martínez Martínez ippreżentaw ir-rapport.

Kelliema: Vetter (Kummissjoni Ewropea), Kaczmarek, Sylla (Mali), Castex, Toga (l-Etjopja), Schmidt, Ogwal (l-Uganda), Zimmer, Sithole (il-Możambik), Mitchell, Hamatoukour (il-Kamerun), Durant, William (Seychelles), Gurmai, Sall (is-Senegal), Ponga, Jean Marie (Santa Luċija) u Gomes.

Is-Sur Ramotar (il-Gujana) u s-Sur Martínez Martínez ikkonkludew id-dibattitu.

4.   It-tnaqqis tad-diżastri u l-irkupru minnhom: dibattitu mingħajr riżoluzzjoni

Is-Sur Saroj K. Jha, Maniġer tal-Programm tal-Faċilità Globali tal-Bank Dinji għat-Tnaqqis tad-Diżastri u l-Irkupru minnhom (GFDRR) għamel preżentazzjoni.

Kelliema: Mitchell, Sylla (Mali), Ferreira J., Hamatoukour (il-Kamerun), Rinaldi, William (Seychelles) u Goebbels.

Is-Sur Jha wieġeb għall-kwistjonijiet li tqajmu fid-dibattitu.

Fuq punt ta’ ordni, il-Ko-President ħabbar li se jkun hemm laqgħa straordinarja tal-Bureau dik il-lejla mis-19.00 sat-20.00.

5.   In-negozjati tad-WTO u l-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika – il-qagħda attwali: dibattitu mingħajr riżoluzzjoni

Is-Sur Peter Thompson (Kummissjoni Ewropea) introduċa s-suġġett.

Kelliema: Engel, Arif, Manamela (l-Afrika t’Isfel), Rinaldi, Sylla (Mali), Durant, William (Seychelles), Schnellhardt, Hamatoukour (il-Kamerun), Mporogomyi (it-Tanzanija), Hoarau, Amon-Ago (il-Côte d'Ivoire) u Tirolien.

Is-Sur Thompson wieġeb għall-punti li tqajmu.

6.   L-integrazzjoni soċjali u kulturali u l-parteċipazzjoni taż-żgħazagħ

Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent

Rapport mis-Sur Manuel Jiménez (ir-Repubblika Dominikana) u s-Sur Olle Schmidt

Is-Sur Schmidt u s-Sur Rodgers (is-Surinam), minflok Jiménez (ir-Repubblika Dominikana), ippreżentaw ir-rapport.

Kelliema: Janssen (Kummissjoni Ewropea), Nedelcheva, Cashman, Bearder, Mohamed Ali (l-Etjopja), Rivasi, Ogwal (l-Uganda), Ferreira J., Hamatoukour (il-Kamerun), Gahler, Ramotar (il-Gujana), Haug, William (Seychelles), Motlhale (il-Botswana) u Amon-Ago (il-Côte d'Ivoire).

Is-Sur Rodgers (is-Surinam) u s-Sur Schmidt ikkonkludew id-dibattitu.

(Is-seduta ġiet aġġornata fis-12.40 u kompliet fit-15.10)

IPPRESIEDA: Is-Sur RASMUSSEN

Ko-President

Il-Ko-President laqa’ l-Presidenti fil-Kariga tal-Kunsilli tal-AKP u tal-UE, is-Sa Eunice Kazembe u s-Sa Gunilla Carlsson.

7.   Stqarrija mis-Sa Eunice Kazembe, Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ (il-Malawi) President fil-Kariga tal-Kunsill tal-AKP

Is-Sa Eunice Kazembe għamlet stqarrija f'isem il-Kunsill tal-AKP.

8.   Stqarrija mis-Sa Gunilla Carlsson, Ministru Svediża għall-Iżvilupp, President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE

Is-Sa Carlsson għamlet stqarrija f'isem il-Kunsill tal-UE.

9.   Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kunsill

B’kollox saru tliet mistoqsijiet lill-Kunsill tal-AKP.

Is-Sa Kazembe wieġbet għall-mistoqsijiet li ġejjin u għal dawk supplementari:

Mistoqsija Nru 3 mis-Sur Schmidt dwar Dawit Isaak.

Il-mistoqsijiet li ġejjin ma ġewx segwiti b'mistoqsija supplementari:

Mistoqsija Nru 1 mis-Sur Alif dwar il-pożizzjoni tal-pajjiżi tal-AKP dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika.

Mistoqsija Nru 2 mis-Sur William (Seychelles) dwar is-sajd - mekkaniżmu ta’ monitoraġġ.

Saru dsatax-il mistoqsija lill-Kunsill tal-UE.

Is-Sur Carlsson wieġbet għall-mistoqsijiet li ġejjin u għal dawk supplementari:

Mistoqsija Nru 21 mis-Sur Schmidt dwar Dawit Isaak.

Mistoqsija Nru 13 mis-Sa Castex dwar l-immaniġġjar tal-kriżijiet internazzjonali fl-Afrika.

Mistoqsija Nru 17 mis-Sur Cashman dwar id-dekriminalizzazzjoni tal-omosesswalità.

Mistoqsija Nru 18 mis-Sur Cashman (għas-Sa Toia) dwar il-persuni b'diżabilità.

Mistoqsija Nru 7 mis-Sur Louis Straker (Saint Vincent u l-Grenadini) dwar il-kriżi finanzjarja globali.

Mistoqsija Nru 8 mis-Sa Zimmer dwar il-finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp.

Mistoqsija Nru 9 mis-Sur Kaczmarek dwar l-ODA.

Mistoqsija Nru 10 mis-Sa Joly dwar il-flussi finanzjarji illeċiti mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Mistoqsija Nru 14 mis-Sur Tirolien dwar finanzjament biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jadattaw għat-tibdil fil-klima.

Mistoqsija Nru 15 mis-Sur Assarid (Mali) dwar it-tibdil fil-klima – għajnuna għall-pajjiżi tal-AKP.

Mistoqsija Nru 11 mis-Sur William (Seychelles) dwar il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika.

Mistoqsija Nru 16 mis-Sa Sargentini dwar is-Somalja.

Mistoqsija Nru 22 mis-Sur Goerens dwar is-sitwazzjoni fid-Darfur wara t-tmiem uffiċjali tal-kunflitt.

Mistoqsija Nru 4 mis-Sur Jean Marie (Santa Luċija) dwar l-impatt tar-ratifika tat-Trattat ta’ Lisbona fuq is-sħubija UE/AKP.

Mistoqsija Nru 5 mis-Sa Skerritt-Andrew (Saint Kitts u Nevis) dwar it-tieni reviżjoni tal-Ftehim ta’ Kotonu.

Mistoqsija Nru 6 mis-Sur Martínez Martínez (għas-Sur Guerrero Salom) dwar il-Migrazzjoni - reviżjoni tal-Ftehim ta’ Kotonu.

Mistoqsija Nru 12 mis-Sur Schnellhardt dwar l-Istrateġija Konġunta Afrika-UE;

Mistoqsija Nru 19 mis-Sa Ronzulli dwar l-akkomodazzjoni demokratika għad-diversitajiet etniċi, kulturali u reliġjużi fil-pajjiżi tal-AKP u l-UE.

Mistoqsija Nru 20 mis-Sa Zanicchi dwar il-mortalità tat-trabi: impenn speċifiku b’rabta mar-raba’ Objettiv ta’ Żvilupp għall-Millennju.

Is-Sa Kazembe wieġbet ukoll għall-mistoqsijiet Nru 10, 11, 16 u 19.

10.   Dibattitu mal-Kunsill - proċedura “catch-the-eye”

Kelliema: Ramotar (il-Gujana), William (Seychelles), Assarid (Mali), Sall (is-Senegal), Ferreira J., Naib (l-Eritrea), Durant, Attard-Montalto, Milupi (iż-Żambja), Callanan, Rivasi, Gomes and Lutundula (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo).

Is-Sa Carlsson u s-Sa Kazembe wieġbu għall-punti li tqajmu.

11.   Is-sitwazzjoni fin-Niġer

Kelliema: Ali (l-Etjopja), Bundu (Sjerra Leone), Gahler, Zimmer, Castex, Lutundula (RDK), Amon Ago (il-Côte d'Ivoire), Hama (in-Niġer), Abdullahi (in-Niġerja) u l-Ko-President Rasmussen.

12.   Suġġett urġenti Nru 2: Is-Sitwazzjoni fil-Madagaskar

Kelliema: Vetter (Kummissjoni Ewropea), Sithole (il-Możambik), Ronzulli, Assarid (Mali), Schmidt, Tirolien, Hoarau, Rivasi, Lutundula (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), William (Seychelles), Striffler, Mahazaka (il-Madagaskar), Randrianiatovo (il-Madagaskar) u l-Ko-President Rasmussen.

13.   Id-Dokumenti ta’ Strateġija tal-Pajjiżi u r-Reġjuni għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż id-Dokument ta’ Strateġija tal-Pajjiż tal-Angola

Saru stqarrijiet minn Ana Dias Lourenço, Ministru għall-Ippjanar tar-Repubblika tal-Angola u Diógenes do Espírito Santo Oliveira, President tal-Kumitat għall-Ekonomija u l-Finanzi tal-Assemblea Nazzjonali tal-Angola.

Kelliema: Ferreira (Kummissjoni Ewropea), Gomes, De Sousa (l-Angola), Gahler, Nedelcheva u l-Ko-President Rasmussen.

(Is-seduta ntemmet fis-19.15)

Wilkie RASMUSSEN u

Louis MICHEL

Ko-Presidenti

Sir John KAPUTIN u

Dietmar NICKEL

Ko-Segretarji Ġenerali