13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 62/1


Rettifika għas-Sejħa ta' Espressjoni ta' Interess għall-pożizzjonijiet ta' President Alternanti (COM/2010/10232) u Membru bi Kwalifiki Tekniċi (COM/2010/10233) tal-Bord tal-Appell għall-Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 56 A tas-6 ta' Marzu 2010 )

(2010/C 62 A/02)

Dwar is-Sezzjoni “Tressiq tal-applikazzjonijiet”:

Fl-ewwel paragrafu:

minflok:

“Sabiex l-applikazzjonijiet ikunu validi, il-persuni interessati għandhom jużaw il-formola mehmuża għall-applikazzjonijiet tagħhom. L-applikazzjoni mimlija għandha tiġi ffirmata u tintbagħat, flimkien ma' ittra ta' motivazzjoni u curriculum vitæ fl-indirizz ta' hawn taħt. Il-curriculum vitæ għandu jitfassal preferibbilment skont il-format tas-CV Ewropew.”

aqra:

“Sabiex l-applikazzjonijiet ikunu validi, għandhom jintbagħtu ittra ta' motivazzjoni u curriculum vitae fl-indirizz ta' hawn taħt. L-applikazzjoni għandha tindika b'mod ċar l-informazzjoni kollha mitluba taħt ‘l-Applikanti għandhom’ u ‘X'qegħdin infittxu’. Il-curriculum vitæ għandu preferibbilment isir skont il-format tas-CV Ewropew (1).”

Fit-tieni paragrafu:

minflok:

“L-applikazzjoni mimlija, li tikkonsisti fil-formola tal-applikazzjoni, l-ittra ta' motivazzjoni u s-CV, għandhom jintbagħtu permezz ta' posta rreġistrata mhux aktar tard mit-2 ta' April 2010, skont kif jixhed it-timbru postali lil:”

aqra:

“L-applikazzjoni mimlija, li tikkonsosti fl-ittra ta' motivazzjoni u s-CV, għandhom jintbagħtu permezz ta' posta rreġistrata mhux aktar tard mit-2 ta' April 2010, skont kif jixhed it-timbru postali lil:”


(1)  Għandu jitniżżel mill-websajt: http://europass.cedefop.europa.eu