13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/2


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

2010/C 62/02

Image

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' EUR 2 maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Italja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika l-karatteristiċi tad-disinji tal-muniti tal-euro ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jinżammu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta' EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom jippreżenta disinn kommemorattiv simboliku qawwi fuq livell nazzjonali jew Ewropew.

Pajjiż tal-ħruġ: L-Italja

Suġġett tal-kommemorazzjoni: il-200 Anniversarju tat-twelid ta' Camillo benso, konti ta' Cavour.

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti ta' ġewwa tal-munita turi fiċ-ċentru dettall tar-ritratt tal-politiku Taljan magħruf u ta' ħila. Fuq in-naħa tax-xelluġ “CAVOUR” u l-monogramm tar-Repubblika Taljana “RI”. Fuq in-naħa tal-lemin “R”, id-dati “1810” u “2010” u l-inizjali tal-artista Claudia Momoni “C.M.”.

Iċ-ċirku estern tal-munita jirrappreżenta t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ approssimattiv: 4 miljun munita

Data tal-ħruġ approssimattiva: Marzu 2010


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, pp. 1-30 dwar l-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, pp. 52-55).