|
3.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 53/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5755 – Schneider Electric/Areva T&D Distribution activities)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 53/08
|
1. |
Fit-22 ta’ Frar 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Schneider Electric Industries SAS (“SE”, Franza), ikkontrollata minn Schneider Electric Holding SA (“SE Holding”, Franza) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet il-kontroll kollu tal-attivitajiet ta' distribuzzjoni (vultaġġ medju) ta' Areva T&D Holding SA (“Areva T&D”, Franza), ikkontrollata minn Areva (“Areva”, Franza), permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5755 – Schneider Electric/Areva T&D Distribution activities, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).