3.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5701 – VINCI/Cegelec)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 53/06

1.

Fl-24 ta’ Frar 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 u wara riferiment skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-grupp VINCI (Franza) jakkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ tal-impriża Cegelec (Franza), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall- grupp VINICI: inġinerija tal-kostruzzjoni, tat-trasport u l-infrastruttura tal-enerġija, elettrika, tal-kondizzjonament tal-arja u dik mekkanika l-aktar fl-Ewropa,

għal Cegelec: inġinerija tal-kostruzzjoni, stallazzjoni elettrika u manteniment, tal-kondizzjonament tal-arja u dik mekkanika fuq livell internazzjonali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5701 – VINCI/Cegelec, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).