25.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/22


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

2010/C 47/07

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Spanja

Il-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Bl-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni qed tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet adottati rigward dan is-suġġett mill-Kunsill fl-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti euro kommemorattivi maħsubin għaċ-ċirkolazzjoni b’ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn simboliku qawwi kommemorattiv fuq livell nazzjonali jew Ewropew.

Pajjiż tal-ħruġ: Spanja

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Iċ-ċentru storiku ta’ Kordova, patrimonju dinji tal-UNESCO

Deskrizzjoni tad-disinn: Fin-nofs tal-wiċċ tal-munita hemm irrappreżentata l-Moskea l-Kbira li hi l-katedral ta’ Kordova, minn ġewwa. Fuq in-naħa tax-xellug hemm il-marka taz-zekka. Fin-naħa ta’ isfel hemm isem il-pajjiż li ħareġ il-munita u s-sena tal-ħruġ “ESPAÑA 2010”.

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Europea.

Il-kwantità ta’ muniti maħruġin: 8 miljuni

Id-data tal-ħruġ: L-ewwel tliet xhur tal-2010.


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 dwar l-uċuħ nazzjonali kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linjigwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.01.2009, p. 52).