16.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/3


Sejħa għal proposti skont il-programm multiannwali ta' ħidma għall-2010 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TENT-T) għall-perjodu 2007-2013

(Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 607)

2010/C 38/04

Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea b'dan qed iniedi sejħa għall-proposti, skont il-programm multiannwali ta’ ħidma għan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013, biex jingħataw għotjiet għal:

Qasam Nru 12: proġetti fil-qasam tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru/Taqsimiet Funzjonali ta’ Spazju tal-Ajru (ATM/FABs). L-ammont massimu totali disponibbli għall-għotjiet għall-2010, huwa EUR 20 miljun.

Din is-sejħa tagħlaq fit-30 ta' April 2010

It-test sħiħ ta’ din is-Sejħa għall-proposti huwa disponibbli fuq is-sit:

http://tentea.ec.europa.eu/en/apply_for_funding/follow_the_funding_process/calls_for_proposals_2010.htm