|
6.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/21 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5637 – Motor Oil (Hellas) Corinth Refineries S.A./Shell Overseas Holdings Limited)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 30/11
|
1. |
Fis-27 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Motor Oil (Hellas) Corinth Refineries S.A. (“MOH”, il-Greċja) se takkwista b’mod simultanju, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (i) il-kontroll sħiħ ta’ (a) Shell Gas Commercial and Industrial Societe Anonyme of Gas (“The LPG Company”, il-Greċja) u (b) Shell Hellas A.E. (“SH Company”, il-Greċja) li fl-aħħar mill-aħħar it-tnejn huma kkontrollati minn The Royal Dutch Shell Group (“Shell”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u kif ukoll (ii) kontroll konġunt ma’ Shell Overseas Holdings Limited (“SOHL”, ir-Renju Unit), sussidjarja tax-Shell, fuq Shell AE (“JV”), impriża konġunta ġdida, permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5637 – Motor Oil (Hellas) Corinth Refineries S.A./Shell Overseas Holdings Limited, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).