2.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/29


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5762 – Innolux/Chi Mei/TPO)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 25/15

1.

Fit-22. ta' Jannar. 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi InnoLux Display Corporation (“InnoLux”, Tajwan), Chi Mei Optoelectronics Corporation (“Chi Mei”, Tajwan) u TPO Displays Corporation (“TPO”, Tajwan) jidħlu għal amalgamazzjoni sħiħa skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet permezz ta’ skambju ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

InnoLux: il-manifattura ta’ pannelli LCD u prodotti finali mingħajr marka li fihom il-pannelli LCD (essenzjalment moniters tal-kompjuters),

Chi Mei: il-manifattura ta’ pannelli LCD,

TPO: il-manifattura ta’ pannelli LCD.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), jew b'email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5762 – Innolux/Chi Mei/TPO, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).