2.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/27 |
Stedina biex jitressqu kummenti dwar il-proposta ta' reviżjoni tar-Regolament ta' Eżenzjoni ta' Kategorija u Linji gwida dwar bejgħ tal-vetturi bil-mutur u ftehimiet ta' tiswija
2010/C 25/13
Eżenzjonijiet ta' kategorija jeħilsu lil kumpaniji mill-ħtieġa li janalizzaw individwalment jekk ċerti kategoriji ta' ftehimiet humiex konformi mar-regoli tal-UE dwar prattiki restrittivi tan-negozju (l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea – TFUE). Ir-Regolament (KE) Nru 1400/2002 fis-seħħ bħalissa għandu jiskadi f’Mejju 2010.
Iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet kollha huma mistiedna biex jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni. Il-kontribuzzjonijiet huma partikolarment mfittxija minn partijiet interessati li għandhom esperjenza diretta mal-applikazzjoni tal-eżenzjoni ta' kategorija għas-settur tal-vetturi bil-mutur, bħal pereżempju assoċjazzjonijiet tal-komunità tan-negozji u tal-konsumaturi.
Il-Konsultazzjoni Pubblika tagħlaq fl-10 ta' Frar 2010.
Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jintbagħtu bl-emejl jew bil-posta fl-indirizzi indikati fl-Internet taħt:
http://ec.europa.eu/competition/consultations/2010_motor_vehicles/index.html