27.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/32


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5727 – Microsoft/Yahoo! Search Business)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 20/08

1.

Fil-15 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”) li permezz tagħha l-impriża Microsoft Corporation (“Microsoft”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Search Business of Yahoo! Inc. (“Yahoo”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Microsoft: Tfassil, żvilupp u fornitura ta’ software tal-kompjuter u l-fornitura ta’ servizzi relatati fuq bażi globali,

għal Yahoo! Search Business: Tfittxija algoritmika fuq l-internet u reklamar ta' tfittxija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew b'email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5727 – Microsoft/Yahoo! Search Business, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).