16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 10/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5650 – T-Mobile/Orange)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 10/08

1.

Fil-11 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi France Télécom SA (“FT”, Franza) u Deutsche Telekom AG (“DT”, il-Ġermanja), akkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt ta’ impriża ġdida li tikkostitwixxi joint venture, billi kkontribwixxu fil-joint venture s-sussidjarji li huma proprjetarji tagħhom b’mod sħiħ Orange UK u T-Mobile r-Renju Unit, rispettivament.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal FT: forniment ta’ telekomunikazzjonijiet integrati u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni,

għal DT: forniment ta’ telekomunikazzjonijiet integrati u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni,

għal Orange r-Renju Unit: forniment ta’ servizzi tat-telefonija portatili fir-Renju Unit,

għal T-Mobile r-Renju Unit: forniment ta’ servizzi tat-telefonija portatili fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5650 – T-Mobile/Orange, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.