24.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/37


Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-qamħirrum minn pajjiżi terzi

2009/C 320/17

I.   SUĠĠETT

1.

Qed issir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu kopert bil-kodiċi tan-NM 1007 00 90 u li ġej minn pajjiżi terzi.

2.

Is-sejħa għall-offerti qed issir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1292/2009 (1).

II.   SKADENZA

1.

Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa parzjali jagħlaq fl-14 ta' Jannar 2010 fl-10am, ħin ta' Brussell.

L-iskadenza għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali għall-offerti li ġejjin hija fil-ġranet li ġejjin fl-10am, ħin ta’ Brussell:

it-28 ta' Jannar 2010,

il-11 u l-25 ta’ Frar 2010,

il-11 u l-25 ta’ Marzu 2010,

il-15 u d-29 ta’ April 2010,

it-12 u s-27 ta’ Mejju 2010.

2.

Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat biss għall-ftuħ tas-sejħa għall-offerti attwali. Bla ħsara għall-emendar jew is-sostituzzjoni tiegħu, dan l-avviż jgħodd għas-seħjiet parzjali li jitwettqu matul il-perjodu ta' validità ta' din is-sejħa għall-offerti.

III.   OFFERTI

1.

L-offerti għandhom jitressqu bil-miktub u jaslu f'wieħed mill-indirizzi li ġejjin sa mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fit-taqsima II, jew billi jitwasslu kontra l-għoti ta' riċevuta, jew inkella b'mezzi elettroniċi:

Indirizz għat-tressiq tal-offerti:

Fondo Español de Garantía Agraria (FEGA)

C/ Beneficencia, 8

28004 Madrid

ESPAÑA

Posta elettronika: intervec@fega.mapya.es;

Feks +34 913104618 / 915219832 / 915224387 / 913476387 / 913474708

L-offerti li ma jitressqux b'mezzi elettroniċi għandhom jaslu fl-indirizz rilevanti f'żewġ envelops ittimbrati. L-envelop ta' ġewwa, ittimbrat, għandu jkollu l-indikazzjoni “Offerta marbuta mas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu – ir-Regolament (UE) Nru 1292/2009”.

L-ebda offerta ma tista' tiġi rtirata qabel ma l-Istat Membru konċernat jikkomunika lill-offerent ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti.

2.

L-offerta flimkien max-xhieda u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (2) għandhom isiru bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li organizzazzjoni kompetenti tiegħu tkun id-destinazzjoni tal-offerta.

IV.   GARANZIJA

Għandu jsir id-depożitu ta' garanzija mal-organizzazzjoni kompetenti.

V.   ATTRIBUZZJONI TAL-KUNTRATT

L-attribuzzjoni tal-kuntratt tikkonferixxi:

(a)

id-dritt għall-ħruġ, fl-Istat Membru fejn tressqet l-offerta, ta' liċenzja tal-importazzjoni li ssemmi t-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni li għalih tirreferi l-offerta u maħruġa għall-kwantità kkonċernata;

(b)

l-obbligu li titressaq applikazzjoni, fl-Istat Membru msemmi fil-punt a), għal liċenzja tal-importazzjoni għal din il-kwantità.


(1)  ĠU L 347, 24.12.2009.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.