18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 308/2


Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-newtralità tal-Internet

2009/C 308/02

“Il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lill-preservazzjoni tal-karattru miftuħ u newtrali tal-Internet, b'kunsiderazzjoni sħiħa għar-rieda tal-koleġislaturi biex issa, in-newtralità tal-internet tkun imħaddna bħala objettiv politiku u prinċipju regolatorju li għandu jkun imħeġġeġ mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (1), flimkien mat-tisħiħ tar-rekwiżiti ta' trasparenza relatati (2) u l-ħolqien ta' setgħat ta' salvagwardja għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex ikunu evitati d-degradazzjoni tas-servizzi u x-xkiel jew it-tnaqqis tar-ritmu tat-traffiku fuq in-netwerks pubbliċi (3). Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri, billi fir-Rapport ta' Progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li tagħmel kull sena, tintroduċi attenzjoni partikolari dwar kif il-‘libertajiet tal-internet’ taċ-ċittadini Ewropej qed ikunu salvagwardjati. Sadanittant, il-Kummissjoni se tissorvelja l-impatt tal-iżviluppi tas-suq u tat-teknoloġija fuq il-‘libertajiet tal-internet’ billi tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel l-aħħar tal-2010 dwar jekk hemmx bżonn gwida addizzjonali u se tapplika s-setgħat eżistenti tal-liġi ta' kompetizzjoni biex tittratta kwalunkwe prattika li tista’ titfaċċa kontra l-kompetittività”.


(1)  L-Artikolu 1(8)(g) tad-Direttiva 2009/140/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37).

(2)  L-Artikolu 1(14) tad-Direttiva 2009/136/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11).

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.