11.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/33


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5586 – Sita/Paprec/FPR)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 301/17

1.

Fit-3 ta’ Diċembru 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha Sita France (Franza), ikkontrollata minn Suez Environnement, u Paprec Plastiques (Franza), ikkontrollata minn Paprec France, li tappartjeni lill-grupp Paprec, jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b), tar-Regolament il-kontroll konġunt ta’ France Plastiques Recyclage SAS (“FPR”) (Franza) li għandha bħala attività t-trattament tal-fliexken tal-plastik tal-polyethylene terephthalate (PET).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Sita France: attiva fis-settur tar-riċiklaġġ tal-iskart li jinkludi l-ġbir u t-trattament tal-iskart,

Paprec Plastiques: attiva fis-settur tar-riċiklaġġ tal-iskart b’mod partikolari tal-plastik.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5586 – Sita/Paprec/FPR, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.