|
19.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/31 |
Rettifika ghas-Sejħa Għall-Proposti 2010 – EAC/41/09 – Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 247, tal-15 ta’ Ottubru 2009 )
2009/C 279/17
F’paġna 13, punt 2 “Eligibilità” għandu jinqara kif ġej:
“2. Eliġibbiltà
Il-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja japplika għat-tipi u l-livelli kollha ta' edukazzjoni u taħriġ u edukazzjoni vokazzjonali u huwa aċċessibbli għall-entitajiet kollha elenkati fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni.
L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin (1):
|
— |
is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
il-pajjiżi tal-EFTA-ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, |
|
— |
Pajjiżi kandidati: it-Turkija. |
Flimkien ma' dan:
Applikanti mill-Kroazja u mill-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huma eliġibbli għall-azzjonijiet li ġejjin:
|
— |
sħubiji permezz tal-Comenius, il-Grundtvig u l-Leonardo da Vinci; (il-Comenius Regio huwa eskluż), |
|
— |
taħriġ fuq il-post tax-xogħol permezz tal-Comenius u l-Grundtvig, |
|
— |
mobbiltà permezz tal-Leonardo da Vinci, |
|
— |
żjarat u skambji permezz tal-Grundtvig, |
|
— |
mobbiltà għall-istudenti biex jistudjaw permezz tal-Erasmus u allokazzjonijiet (li jinkludu ċ-ċertifikat ta’ allokazzjoni tal-Konsorzju Erasmus), |
|
— |
mobbiltà tal-istaff permezz tal-Erasmus (assenjazzjonijiet tat-tagħlim u taħriġ tal-istaff), |
|
— |
żjarat preparatorji fil-programmi sezzjonali kollha, u |
|
— |
żjarat ta' studji fl-Attività Prinċipali Nru 1 tal-Programm Transversali. |
Applikanti mill-Kroazja u mill-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huma eliġibbli għall-azzjonijiet li ġejjin:
Jekk jogħġbok innota li taħt is-Sejħa attwali, il-mobbiltà individwali minn pajjiżi oħra li qed jieħdu sehem fil-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja għall-Kroazja u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ma tistax tkun iffinanzjata mill-fondi tal-programm, ħlief għall-mobbiltajiet fi ħdan is-sħubiji approvati tal-Comenius, il-Grundtvig u l-Leonardo da Vinci.
Fir-rigward tal-isħubiji, l-applikanti mill-Kroazja u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huma eliġibbli biss bħala sħab, u mhux bħala koordinaturi ta’ sħubija.
(1) Għajr għall-programm Jean Monnet li huwa miftuħ għall-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla fid-dinja kollha.”