13.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 272/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5679 – Boreas Holdings/Centrica Renewable Energy Limited/Glid Wind Farms)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 272/10

1.

Fis-6 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru No 139/2004 (1) li skont liema l-impri¿i (i) Boreas Holdings S.à.r.l (“Boreas Holdings”, il-Lussemburgu), vettura b'għanijiet speċjali li tappartjeni lil (TCW Energy XIV u European Clean Energy Fund) immaniġġjata minn TCW Asset Management Company (“TAMCO”, ir-Renju Unit), sussidjara ta' The TCW Group, Inc. (“TCW”, l-Istati Uniti tal-Amerika), li tappartjeni lil Société Générale S.A. (“Société Générale”, Franza) u (ii) Centrica Renewable Energy Limited, sussidjarja li hi kollha kemm hi proprjetà ta' Centrica plc (“Centrica” ir-Renju Unit), se tikseb fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) ta' dak ir-Regolament kontroll konġunt ta' GLID Wind Farms TopCo Limited (“GLID Wind Farms”, ir-Renju Unit), li bħalissa hija kontrollata kompletament minn Centrica, permezz tal-bejgħ u x-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal TCW u Société Générale: il-forniment ta' servizzi finanzjarji internazzjonali,

għal Centrica: il-ġenerazzjoni, negozjar u forniment tal-elettriku l-aktar fir-Renju Unit. Hija tipproduċi u tforni wkoll il-gass naturali,

għal GLID Wind Farms: l-iżvilupp, sjieda, operar u mmaniġġjar ta' impjanti tar-riħ li jiġġeneraw l-elettriku fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5679 – Boreas Holdings/Centrica Renewable Energy Limited/Glid Wind Farms, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.