31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5643 – ArcelorMittal/Miglani/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 261/13

1.

Fit-23 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi ArcelorMittal Netherlands B.V. kompletament ikkontrollata minn ArcelorMittal S.A. (“ArcelorMittal” – il-Lussemburgu), u mill-familja Miglani tal-Indja jiksbu, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' Uttam Galva Steels Limited (“il-JV”), l-Indja, permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal ArcelorMittal il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ prodotti varji tal-azzar,

għall-familja Miglani attivitajiet diversi ta’ kumpanija holding,

għall-JV il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ prodotti varji tal-azzar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5643 – ArcelorMittal/Miglani/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.