24.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5556 – JPMC/Schoeller Arca Systems)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 255/08

1.

Fis-16 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża One Equity Partners II, L.P. (“OEP”, l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata mill-JPMorgan Chase & Co (“JPMC”, l-Istati Uniti tal-Amerika), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll kollu kemm hu tal-impriża Schoeller Arca Systems Services B.V. (“SAS”, l-Olanda) kumpanija li attwalment hi kkontrollata b’mod konġunt mill-OEP and Schoeller Holding GmbH, permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża OEP: investiment ta' ekwità privata,

għall-impriża SAS: tfassil, manifattura, distribuzzjoni u kummerċ ta’ prodotti tal-platik għal ġar ta' materjal.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5556 – JPMC/Schoeller Arca Systems, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.