23.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5645 – CPI CEE/Gazit Midas/Atrium European Real Estate)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 253/12

1.

Fis-16 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) (Ir-Regolament tal-Għaqdiet tal-KE) li permezz tagħha l-impriżi CPI CEE Management LLC (“CPI CEE”, l-Istati Uniti) u Gazit Midas (“Gazit”, Jersey), jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet tal-KE, il-kontroll konġunt tal-imprisa Atrium European Real Estate Limited (“Atrium”, Jersey) permezz tal-konverżjoni tal-bonds konvertibbli tagħhom u warrants f’ekwità ordinarja.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CPI CEE hija amministrata u tingħata l-pariri minn Citi Property Investor (“CPI”), unità tan-negozju ta' Citibank internatinal plc. CPI huwa n-negozu globali ta’ ġestjoni tal-investiment fil-proprjetà immobbli ta’ Citigroup,

Gazit Group hija kumpanija multinazzjonali ta’ investiment fil-proprjetà immobbli involuta fl-akkwist, l-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ proprjetajiet li jrendu, l-aktar ċentri tal-bejgħ marbuta ma' supermarkets, madwar l-Ewropa, l-Amerika ta' Fuq u Iżrael,

Atrium hija kumpanija pubblika ta’ proprjetà immobbli li hija s-sid, u tiżviluppa, assi ta’ bejgħ bl-imnut, l-aktar ċentri tal-bejgħ, madwar l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, il-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti, kif ukoll it-Turkija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5645 – CPI CEE/Gazit Midas/Atrium European Real Estate, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.