23.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/23


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5514 – Crédit Agricole SA/Société Générale Asset Management)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 253/09

1.

Fl-14 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Crédit Agricole Group (Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll ta' partijiet tal-impriża SGAM Group (Franza) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-grupp Crédit Agricole: wieħed mill-gruppi bankarji ewlenin fi Franza, preżenti fl-attivitajiet bankarji u finanzjarji kollha,

għall-Grupp SGAM: ġestjoni ta’ assi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5514 – Crédit Agricole SA/Société Générale Asset Management, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.