22.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5683 – Brookfield/BBI/DBCT)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 252/07

1.

Fl-14 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriżi Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, il-Kanada) u Babcock & Brown Infrastructure (li tinkludi Babcock & Brown Infrastructure Limited u Babock & Brown Infrastructure Trust) (“BBI”, l-Awstralja) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt tal-impriża Dalrymple Bay Coal Terminal (“DBCT”, l-Awstralja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Brookfield hija ġestur ta’ assi globali b’investimenti fi proprjetà, l-enerġija, u assi oħra infrastrutturali,

BBI hija fond ta' infrastruttura li jiġġestixxi portfolio internazzjonali ta' assi infrastrutturali l-aktar fis-settur tat-trasport u s-settur tad-distribuzzjoni u t-trażmissjoni tal-enerġija,

DBCT hija faċilità portwali Awstraljana li tesporta faħam metallurġiku u termali miksub mir-reġjun Bowen Basin ta' Queensland fl-Awstralja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5683 – Brookfield/BBI/DBCT, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.