20.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 250/3 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5607 – Avaya/Nortel Enterprise Solutions)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 250/03
1. |
Fit-13 ta’ Ottubru 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permeżż tagħha l-impriża Avaya Inc. (“Avaya”, l-Istati Uniti), ikkontrollata b’mod konġunt minn TPG Partners V, L.P. u Silver Lake Partners III, L.P. (“TPG” u “SLP” rispettivament, l-Istati Uniti), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' ċerti assi u sussidjarji assoċjati man-negozju ta' Enterprise Solutions ta’ Nortel (“Nortel ES”, il-Kanada) tal-impriża Nortel Networks Corporation (“Nortel”, il-Kanada), permezz tax-xiri ta’ assi u ta' sigurtajiet. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5607 – Avaya/Nortel Enterprise Solutions, fl-indirizz li ġej:
|