6.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5591 – CEZB/JAVYS/JESS JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 239/06

1.

Fid-29 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza għal Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi ČEZ BOHUNICE a.s. (“CEZB”, ir-Repubblika Ċeka), li tappartjeni lill-grupp ČEZ a.s. (“CEZ”, ir-Repubblika Ċeka), u Jadrová a vyraďovacia spoločnosť, a.s. (“JAVYS”, ir-Repubblika Slovakka) jiksbu fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ tal-impriża Jadrová energetická spoločnosť Slovenska, a.s. (“JESS”, ir-Repubblika Slovakka) permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal CEZ: il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku,

għal JAVYS: trattament ta' skart nukleari u l-għeluq ta' faċilitajiet nukleari.

3.

L-impriża konġunta, JESS, se jkun impjant nukleari ġdid attiv fil-ġenerazzjoni u l-bejgħ tal-elettriku fir-Repubblika Slovakka.

4.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

5.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5591 – CEZB/JAVYS/JESS JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.