15.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/6


Avviż ta’ Proċedura ta’ Għażla PE/119/S

2009/C 222/04

Il-Parlament Ewropew qed jorganizza proċedura ta' għażla:

PE/119/S – Aġent temporanju – Assistent (AST 1) fil-qasam tal-bini speċjalizzat fil-bini tal-istruttura tal-bażi u fil-bini sekondarju ta' tkomplija.

Din il-proċedura ta' għażla teħtieġ livell ta' edukazzjoni għoli ċċertifikat b'diploma fil-qasam tat-tekniki tal-bini (speċjalizzazzjoni fil-bini tal-istrutturi tal-bażi u fil-bini sekondarju ta' tkomplija) ta' dewmien minimu ta' sentejn.

jew

livell ta' edukazzjoni sekondarja muri b'ċertifikat li jagħti aċċess għall-edukazzjoni għolja flimkien ma' esperjenza professjonali f'qasam relatat man-natura tal-funzjonijiet ta' mill-inqas tliet snin.

Mhija rikjesta l-ebda esperjenza.

Dan l-avviż ta' reklutaġġ huwa ppubblikat biss bil-Franċiż. It-test integrali jinsab fil-Ġurnal Uffiċjali C … A f'din il-lingwa.